Legislature:
Category:
Reset
Active:

Akkomodazzjoni Soċjali – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tinforma fiex tinsab l-applikazzjoni għall-akkomodazzjoni soċjali tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament? Tista’ tgħid jekk il-fond li d-dettalji dwaru wkoll qed jingħata separatament huwiex battal u jekk hux disponnibli għall-akkomodazzjoni soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikanta in kwestjoni m’għandhiex applikazzjoni għall-akkommodazzjoni alternattiva. L-Awtorita’ tad-Djar m’għandhiex iċ-ċwievet tal-fond indikat.

Istallazzjoni ta’ Lift

Question

Tista’ l-Ministru tindika meta se jiġi stallat il-lift fil-blokka li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-applikazzjoni għal lift ġo Blokk S, Triq Katerina Vitale, Santa Lucija, ġiet approvata u qegħda nkluża mal-lista ta’ xogħlijiet pendenti għall-liftijiet. Is-sit in kwistjoni ġie mkejjel u saru l-pjanti meħtieġa. Il-proposta issa trid tiġi sottomessa għas-skrutinju tal-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b’Diżabilitá biex wara ssir applikazzjoni għal permess mill-MEPA. Wara dan l-istadju u skont prioritajiet applikabbli, jigi ppreparat tender document biex tinħareġ sejha ghall-offerti għax-xoghlijiet mehtiega.

bdil ta' post — każ ta' individwu

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 7037, tista' l-Ministru tara li jsir kuntatt ma' din l-omm li mhux trid post imma bdil ta' post minħabba mard ħalli kif jitbattal post hija tieħu dak battal u tagħti tagħha lill-Gvern

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija ssibha fil-mistoqsija parlamentari 7037.

Sptar Mater Dei – Trasferiment ta’ pazjenti lejn djar tal-anzjani

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern mill-Isptar Mater Dei bejn Jannar 2011 u Novembru 2013 xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-Anzjani — Pazjenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm iddaħħlu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar tal-Anzjani – postijiet vakanti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħolqu postijiet vakanti għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern bejn Jannar 2011 u Novembru 2013 xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Jannar 2011 sa Frar 2013 ma nħolqu ebda postijiet għall-pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern. Ta’ min jinnota li matul ix-xahar ta’ Diċembru 2012, ingħalqet għal kollox id-Dar tal-Anzjani tal-Gzira u b’hekk naqsu 18-il sodda. Informata li f’Marzu 2013 inħolqu 37 sodda fid-Dar taż-Żejtun, 33 sodda fid-Dar Residenzjali ta’ Zammit Clapp u 33 sodda fid-Dar tal-Mellieħa, kollha djar tal- anzjani tal-Gvern immexxija mill-privat. F’Awwissu 2013 gew maħluqa 6 sodod fid-dar ta’ Bormla, dar residenzjali tal-Gvern wkoll immexxija mill-privat.

Djar tal-Anzjani – imwiet ta’ pazjenti

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm mietu pazjenti fid-djar tal-anzjani tal-Gvern bejn Jannar 2011 u Novembru 2013 xahar b’xahar u tagħti l-informazzjoni għal kull dar tal-anzjani b’mod separat?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — xogħlijiet lill-kumpaniji

Question

Tista’ l-Ministru tgħid x’xogħolijiet ingħataw il-kumpaniji li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabilità tagħha bejn Jannar 2008 u Marzu 2013, sena b’sena? Tista’ tgħid ix-xogħol fiex kien jikkonsisti u kemm kien il-ħlas li sar f’kull każ? Tista’ tgħid jekk kull biċċa xogħol ingħatatx wara sejħa għall-offerti jew jekk hux b’direct order?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-Ministeru u mill-entitajiet, aġenziji, awtoritajiet, korporazzjonijiet kollha ma ngħatatx xogħol lill-kumpanija li d-dettalji tagħhom ngħataw separatament bejn Jannar 2008 u Marzu 2013.

Il-Fgura – Uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali — ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra kemm hemm persuni jaħdmu ġewwa l-uffiċċju tas-Sigurtà Soċjali l-Fgura u jekk huwa possibbli kemm persuni użaw is-servizzi tiegħu tul is-sena li għaddiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fl’uffiċċju distrettwali tal-Fgura hemm jaħdmu żewġ uffiċjali fi grad klerikali. Ma dawn irid jiżdied ukoll servizz ta’ darba fil-ġimgħa (jew kemm tirrikjedi d-domanda) ta’ Maniger Distrettwali. In-numru ta’ viżitaturi li żaru l-fergħa tal-Fgura matul l- 2013 kien jammonta għal ftit iktar minn 14,000.

Arbitri

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm hemm persuni bħalissa sabiex iservu ta' arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 107 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali? Tista’ tgħid min huma dawn l-arbitri? Tista’ tgħid meta nħatru dawn l-arbitri u tgħid ukoll kif intgħażlu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li disa’ Arbitri ġew maħtura sabiex iservu ta’ arbitri għall-finijiet tal-Artikolu 107 tal-Att dwar is-Sigurtà Soċjali u dan b’effett mit-3 ta’ Frar 2014. Dawn huma: L-Imħallef Franco Depasquale Dr Noel Camilleri Dr Joe Mifsud Dr Edward Gatt Dr Andy Ellul Dr Shaheryar Ghaznavi Dr Adrian Camilleri Dr Reno Borg Dr Vince Micallef

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — ingaġġ ta' ħaddiema

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew impjegati nies ġodda fil-Ministeru u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħtha mill-1 ta’ Jannar 2012 sat-8 ta’ Marzu 2013? Tista’ tipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità, u xahar b’xahar?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — top management position

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 7501, tista’ l-Ministru tgħid min huma l-persuni li kienu jokkupaw kariga marbuta mal-ogħla skali fis-servizz pubbliku (skali wieħed sa ħamsa) u fl-entitajiet pubbliċi (skali ekwivalenti) li jaqgħu taħt id-dekasteru tagħha u li l-kuntratt tagħhom jew twaqqaf jew ma ġiex imġedded wara li skada mid-9 ta’ Marzu s’issa? Tista’ tipprovdi l-ismijiet ta’ nies li ġew appuntati għal top management position mid-9 ta’ Marzu s’issa?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Caritas Malta – Kap Eżekuttiv

Question

Tista’ l-Ministru tikkonferma li l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament ġie sekondat biex iwettaq xogħol bħala Amministratur mal-Caritas Malta u jekk fl-affermattiv, tista’ l-Ministru tinforma lill-Kamra x’inhuma l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-istess individwu msemmi filwaqt li tgħid ukoll kemm qiegħed jgħaddi ammonti ta’ flus il-Gvern lill-Caritas Malta biex ikun jistgħu jitħallsu s-salarji u l-benefiċċji addizzjonali tal-istess persuna msemmija filwaqt li telenka għalkemm żmien hu validu tali ftehim mal-istess organizzazzjoni msemmija?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna imsemmija hija impjegata tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi. Għalhekk il-mistqosija għandha ssir lill-Ministeru konċernat.

San Vinċenz de Paule — serqiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid minn Marzu 2013 ‘l hawn kemm ġew irrappurtati serqiet mir-residenza San Vinċenz de Paule inkluż sgass u/jew serqiet minn stores, uffiċini, swali, dipartimenti, night shelters, serqiet minn fuq anzjani jew serqiet minn fuq ħaddiema? Tista’ tagħti lista ta’ kull serqa jew sgass?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenza San Vinċenz de Paule – każijiet ta’ abbuż sesswali

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm ġew irrappurtati każijiet ta’ abbuż sesswali fuq residenti fir-Residenza San Vinċenz de Paule xahar b’xahar tul l-2013?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni miġbura jidher li kien hemm kas wieħed ta’ abbuż sesswali li ġie rraportat u qiegħda tittieħed proċedura kriminali kontra il-persuna konċernata. Dan seħħ minn qarib tal-vittma stess fid-29/07/2013.

Residenza San Vinċenz de Paule – żieda fis-sodod

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm żdiedu sodod fir-Residenza San Vinċenz de Paule minn wara l-elezzjoni ‘l hawn? Tista’ tgħid f’liema sala ġiet miżjuda kull sodda? Meta żdiedu dawn is-sodod u għal kemm żmien se jibqgħu hemm?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li bħal ma sar fis-snin tal-imgħoddi, għall-perjodu ta’ matul ix-xitwa, ġewwa ir-residenza SanVinċenz da Paul wara l-elezzjoni ‘l hawn żdiedu sitta u tletin sodda bħala extra beds u hemm ftehim mal-unjins li dawn is-sodod jibqgħu sa’ l-aħħar tax-xahar t’April. Qed npoġġi l-informazzjoni mitluba li turi f’liema sala ġiet miżjuda kull sodda u meta fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament li applika biex isiru xi xogħlijiet fuq il-post?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-Sinjur li għalih qed issir referenza applika għall-irrangar u titjib fir-residneza privata tiegħu nhar il-21 ta’ Frar 2013. Il-Perit tal-Awtorita’ tad-Djar approva s-segwenti:- § Spustar ta’ tank tal-ilma għal fuq il-ħadid; €200 § Bdil ta’ tieqa li fil-bitħa €400 § Bdil ta’ kontrabejt €894 € 1494 Id-Dħul tas-sinjur jintitolah għal 30% tas-somma approvata mill-Perit għalhekk dan ġie informat li ser jikkwalifika għal €448. Meta ġie mitlub jersaq għall-iffirmar tal-ftehim mal-Awtorità tad-Djar is-Sinjur naqas li jagħmel dan u talab li l-Awtorità tad-Djar li din tiġi riveduta. Irid jiġi stabbilit jekk l-ammont għandux jiġi rivedut.

Home help – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-anzjana bedridden li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha bżonn is-servizz tal-home help?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu żball f’din il-mistoqsija u fid-dettalji ta’ din il-persuna.

Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja — spezzjonijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm saru spezzjonijiet mid-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Familja s-sena l-oħra? Liema servizzi ġew spezzjonati? X’konklużjonijiet/ rakkomandazzjonijiet ħarġu minn dawn l-ispezzjonijiet?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li matul l-2013 saru total ta’ 116-il spezzjoni regolari fid-77 Ċentru ta’ matul il-jum għat-tfal li huma registrati (provisional jew temporary) mad-Dipartiment. Minn dawn l-ispezzjonijiet ħarġu b’kollox 757 rakomandazzjoni kif muri f’tabella numru 1 li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Uħud minn dawn ir-rakomandazzjonijiet jintalbu kull sena, filwaqt li oħrajn intalbu skond il-każ, jew għaliex kien għadhom ma ġewx indirizzati mis-sena ta’ qabel. Saru ukoll 10 spezzjonijiet fuq ilmenti li l-pubbliku rreġistra mad-Dipartiment dwar Ċentri ta’ Matul il-Jum għat-Tfal. Saru ukoll spezzjonijiet ta’ dokumenti ta’ 6 Aġenziji tal-Addozzjoni sabiex dawn jiġu akkredidati. F’dawn il-każijiet ma saretx spezzjoni tal-uffiċini. Id-Dipartiment tal-Istandards fil-Ħarsien Soċjali għaddej ukoll bil-proċess tar-regolazzjoni tad-djar tat-tfal (Out of Home Care). Bħala parti minn dan il-proċess saru ukoll 18-il visita lid- djar tat-tfal. Minħabba li dawn id-djar qegħdin jaħdmu biex jilħqu l-istandards stabbiliti għalihom, dawn il-visiti ikunu aktar maħsuba biex jgħinu fl-iżvilupp tas-servizz, milli bħala spezzjonijiet. L-ispezzjonijiet fis-settur tad- Djar tat-Tfal ( Out of Home ) jibdew la darba s-servizzi ikunu waslu biex jintlaħqu l-i standards stabbiliti.

Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali – Customer Care

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm-il każ kien hemm ta’ persuni li marru għand il-customer care tal-Fondazzjoni għas-Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali u għand id-Dipartiment tal-Anzjani matul is-sena l-oħra? Kemm minn dawn il-każijiet ġew solvuti jew ingħataw soluzzjoni wara l-interventi li saru?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Aġenziji Appoġġ, Sedqa u Sapport fi ħdan il-Fondazzjoni Ghal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali m’għandhomx sistema fejn tinżamm statistika ta’ kemm-il persuna tiġi moqdija f’customer care. L-anqas ma tinżamm statistika ta x’tip ta’ problemi jkollhom il-klijenti li jiġu jew iċemplu customer care tal-aġenziji. Jekk klijent jiġi b’xi lment, dan/din jiġi riferut lil kap tas-servizz partikolari jew lill-maniġer tas-servizz, jiddependi mill-każ. F’każ li l-ilment ikun wieħed li jimmerita l-attenzjoni ta’ superjur ta’ maniġer, dan jiġi riferut lil Head Office tal-Fondazzjoni Għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali. Matul is-sena l-oħra ma kienx hemm każijiet li ġew riferuti lil Head Office tal-Fondazzjoni Għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali.