Legislature:
Category:
Reset
Active:

Introduzzjoni ta’ middle schools

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3150, jista’ l-Ministru jgħid għal popolazzjoni ta’ madwar 500 student x’nefqa rikorrenti annwali jeħtieġ li ssir biex tkopri r-riżorsi umani u l-materjal l-ieħor li jkun jinħtieġ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li huwa stmat li għal skola sekondarja ta' madwar 500 student, l-ispiża meħtieġa għar-riżorsi umani hi ta' madwar żewġ miljun euro. Għas-sena finanzjarja 2013, skejjel sekondarji li għandhom popolazzjoni ta' 500 student ingħataw dawn l-allokazzjonijiet sabiex ikopru spejjeż rikorrenti:- €4,848.43c għall-'Repair & Upkeep' u €27,983.24c għall-'Materials & Supplies'. Dan l-ammont ivarja skont l-allokazzjoni approvata fl-Estimi Finanzjarji tas-sena rispettiva.

Floriana Learning Centre – inkjesta interna

Question

Jista’ l-Ministru jara li inkjesta interna, li hu diġà informat dwarha, li se ssir fil-Floriana Learning Centre issir b’mod ġust u b’mod li tipproteġi lil kull għalliem li jixtieq jixħet dawl fuq il-verità? Jista’ jara li jissolvew problemi li jidher li hemm bħalissa bejn it-Teacher in Charge tal-Floriana Learning Centre u l-għalliema tal-istess ċentru?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li l-panel li qed jistudja s-sitwazzjoni tal-Floriana Learning Support Centre huwa magħmul minn tlett uffiċjali għolja tad-Direttorat għal Servizzi Edukattivi (żewġ Diretturi u Prinċipal tal-Kulleġġ). Il-panel se jagħmel rakkomandazzjonijiet biex iċ-Ċentru jkompli jimxi 'l quddiem kif jixraq lill-istudenti.

A National Literacy Strategy for All Framework

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min kiteb u min kien involut fit-tfasil tad-dokument ippreżentat mill-Ministru A National Literacy Strategy for All Framework?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna li kiteb u kien involut fit-tfassil tad-dokument imsemmi kien il-Professur Charles Mifsud.

Strateġija Nazzjonali dwar il-Litteriżmu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid min huma l-persuni li qed jaħdmu fuq id-dokument finali tal-Istrateġija Nazzjonali dwar il-Litteriżmu? Sa meta qed ikun ippjanat li tkun lesta din l-istrateġija?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. Id-dokument finali huwa ppjanat li jitlesta iżjed tard din is-sena.

Skejjel ġodda iżgħar

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 3149, jista’ l-Ministru jgħid sa meta se jitlesta l-istudju msemmi fir-risposta dwar it-tqassim ta’ skejjel u meta se jkun f’pożizzjoni li jgħid kemm se jiżdiedu l-iskejjel tal-istat b’effett tad-deċiżjoni ta’ skejjel iżgħar u bl-introduzzjoni tal-middle schools?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant jingħata meta jittieħdu d-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu f'dan il-qasam.

Kunsill Malti għall-Isport – bdil fil-funzjoni

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk il-Gvern hux qed jikkunsidra li jbiddel il-funzjoni attwali u l-mod kif qed jaħdem illum l-Kunsill Malti għall-Isport?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fil-preżent il-Gvern ma għandu l-ebda pjan f'dan ir-rigward.

Kunsill Malti għall-Isport – Kap Eżekuttiv

Question

B'referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1302, jista' l-Ministru jikkonferma jekk iċ-Chairman attwali tal-Kunsill Malti għall-Isport (KMS) kienx wieħed minn dawk li applika għall-kariga ta' Kap Eżekuttiv tal-istess KMS u fil-fatt ismu ma jidhirx fil-lista mpoġġija fuq il-Mejda tal-Kamra għax ma kienx għadda mill-interview? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux minnu li skont rapport ippubblikat fit-Torċa ta' nhar il-Ħadd 30 ta' Ġunju f'paġna 5, l-istess Chairman qed jinvestiga l-proċess tal-għażla tal-Kap Eżekuttiv li hu stess kien kandidat fih? Jekk dan hu minnu min qabbad liċ-Chairman jagħmel din l-investigazzjoni? Ma jaħsibx li ċ-Chairman kellu jiddikjara kunflitt ta' interess u jitlob biex ma jagħmilx din l-investigazzjoni hu? X'kien ir-rwol taċ-Chairman fl-investigazzjoni sal-lum?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li t-tweġiba għall-ewwel mistoqsija hija iva nikkonferma u t-tweġiba għat-tieni parti hija le mhux minnu.

Assistant Heads — ingaġġ

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ħa jkun konkluż il-proċess ta' ingaġġ ta’ assistants heads (primary) li l-interviews għalihom saru f'Jannar li għadda u r-riżultati kienu ppubblikati fit-22 ta' Frar li għadda? Kemm se jkunu dawk li f'Settembru li ġej se jassumu r-responsabbiltà ta' assistant head? Huwa minnu li se jkun hemm tnaqqis min-numru maħsub oriġinarjament?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li fil-preżent hemm rakkomandazzjoni pendenti għall-żewġ assistenti kapijiet ta' skola fis-settur tal-primarja. Hemm ukoll talba għal hames replacements ad hoc. In-numru ta' dawk li se jassumu r-responsabbilità ta' assistenti kapijiet fil-primarja jiddependi mill-esiġenzi tal-iskejjel/il-capacity building u m'hemm l-ebda ħsieb li jkun hemm tnaqqis.

Studenti li ma joqogħdux għal lezzjonijiet tar-reliġjon

Question

Jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti t-tagħlim dwar l-etika li jirċievu dawk l-istudenti tal-iskejjel tal-istat li ma jkunux iridu joqogħdu għal-lezzjonijiet tar-reliġjon?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Qafas tal-Kurrikulu Nazzjonali (QKN) ġie varat fi Frar 2013. Issa jmiss li jitwaqqaf il-Bord ta' Reviżjoni għall-Implimentazzjoni ta' dan il-Qafas. Fix-xhur li ġejjin jibda jiġi ppjanat dan il-programm. Qed nippjanaw li f'għadd ta' skejjel ikollna proġett pilota dwar it-tagħlim tal-etika fl-iskejjel tal-Istat fejn għandna 800 student (500 primarja u 300 sekondarja) li mhumiex qed jieħdu lezzjonijiet tar-Reliġjon.

Kindergarten Assistants — Kodiċi ta' Mġiba

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-working group li kien twaqqaf fil-Leġiżlatura l-oħra sabiex jaħdem fuq Kodiċi ta' Mġiba għall-kindergarten assistants hux se jitħalla jtemm ix-xogħol tiegħu sabiex jiġi ppubblikat il-Kodiċi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant jingħata f'seduta oħra.

learning support assistants – Kodiċi ta’ Mġiba

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-working group li kien twaqqaf fil-Leġiżlatura l-oħra sabiex jaħdem fuq Kodiċi ta' Mġiba għal-learning support assistants hux se jitħalla itemm ix-xogħol tiegħu sabiex jiġi ppubblikat il-Kodiċi?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-working group ma ġiex xolt mill-Gvern il-ġdid u m'hemm l-ebda problema biex itemm ix-xogħol tiegħu.

Literacy Resource Pack

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-Literacy Resource Pack li kien ġie ppreparat mid-Direttorat tal-Kwalità u Standards fl-Edukazzjoni skont iċ-ċirkolari QAD 29/2012 li ħarġet fis-17 ta' Mejju 2012?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Dan huwa xogħol li sar għall-użu professjonali waqt il-lezzjonijiet tal-Complementary. Dan huwa proprjetà tal-iskola u mhux tal-individwu. Se ngħaddi kopja kunfidenzjali lill-Onor. Interpellant ghax huwa maħsub biss għall-użu mill-Complementary teachers. Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja taċ-ċirkolari rilevanti.

Year 3 Literacy Competence Assessment

Question

Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati u l-analiżi kollha li saru mill-2009 tal-Year 3 Literacy Competence Assessment mid-Dipartiment tal-Quality Assurance?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-pjan hu li d-dokument mitlub jiġi ppubblikat mal-bidu tas-sena skolastika ġdida.

Għalliema – full complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-full complement tal-literacy support teachers, tal-oracy support teachers, u tal-complementary teachers fid-Direttorat tas-Servizzi Edukattivi għal din is-sena skolastika 2012/2013 u kemm kien fis-sena skolastika fl-2006/2007?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pixxina Nazzjonali — manager

Question

Jista’ l-Ministru jikkonferma jekk il-faċilità tal-Pixxina Nazzjonali għandhiex manager full-time fil-preżent ? Jekk iva, jista’ jagħti l-isem tal-persuna u jekk le minn min qed titmexxa u fiex wasal il-proċess sabiex jiġi maħtur manager?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Infurmat li bħalissa l-Kumpless Sportiv tal-Qroqq qed jitmexxa mill-Manager responsabbli mill-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop sakemm il-persuna magħżula biex tmexxi l-Kumpless Sportiv tal-Qroqq tassumi r-responsabilitajiet tagħha fil-bidu ta' Awwissu li ġej. Il-Kumpless Sportiv ta' Ħal Kirkop qed ikun temporanjament amministrat mill-Head of Logistics.

Pixxina Nazzjonali – rapport

Question

B'referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Gvern nru 784 fil-25 ta` April, jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal ir-rapport li ssemma dakinhar, li kellu jittratta dwar il-qagħda tal-Pixxina Nazzjonali ?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li dan ir-rapport li qed jirreferi għalih tlesta.

Pixxina Nazzjonali — manutenzjoni

Question

Jista` l-Ministru jgħid x`tip ta’ xogħol ta’ manutenzjoni sar fil-Pixxina Nazzjonali u x’kienet in-nefqa sa issa bejn Marzu u Ġunju 2013?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Pakkett Leġiżlattiv Orizzont 2020

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 2755 , jista’ l-Ministru jgħid jekk intlaħaqx ftehim fuq il-Pakkett Leġiżlattiv tal-Orizzont 2020 waqt it-tmien trilogu li sar fis-17 ta` Ġunju 2013? Jekk intlaħaq, jista’ l-Ministru jgħid fiex jikkonsisti dan il-ftehim? Jista’ jgħid x`se tkun il-pożizzjoni tal-Gvern Malti fuq dan is-suġġett jekk kemm-il darba ntlaħaq ftehim, u jekk le kif se jkun qed jimxi l-Gvern Malti fuq din il-materja?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Fit-trilogu tal-25 ta’ Ġunju, 2013, intlaħaq ftehim preliminarju bejn il-Presidenza u l-Parlament Ewropew dwar il-Pakkett Leġiżlattiv Orizzont 2020. Għalkemm waqt COREPER I tas-27 ta’ Ġunju, 2013, il-Pajjiżi Membri esprimew appoġġ ġenerali għat-test ta’ dan il-qbil preliminarju, ħareg ċar li hemm xi punti oħra li jeħtieġu iktar diskussjoni qabel it-test finali jista’ jkollu approvazzjoni politika finali. Dawn il-punti huma 1) l-Att Delegat għall-Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti ( the Delegated Act for the Joint Technology Initiatives derogation from the Rules of Participation ), 2) il-baġit allokat għat-twessigħ tal-parteċipazzjoni 3) Food4Future / Value Added Manufacturing Komunitajiet ta’ Għarfien u Innovazzjoni (Knowledge and Innovation Communities, KICs). Bħalissa, Malta qiegħda fil-proċess li teżamina t-test ta’ dan il-ftehim preliminarju. Waqt COREPER I tas-27 ta’ Ġunju, 2013, Malta indikat li mill-ewwel evalwazzjoni tagħha jidher li l-figura baġitarja ta’ 0.8% allokata għall-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju hija baxxa wisq. Il-Kummissjoni iżda assigurat lill-Pajjiżi Membri li l-intrapriżi ta’ daqs żgħir u medju se jkollhom allokazzjoni finanzjarja ta 4.5% tal-baġit tal-Qafas tal-Programm Orizzont 2020 meta wieħed iqis il-fondi li ġew allokkati lis-Single SME Instrument. Il-Presidenza se tippreżenta it-test konsolidat tal-qbil li ntlaħaq fil-25 ta’ Ġunju, 2013, bil-għan li jintlaħaq ftehim politiku, waqt COREPER I tas-17 ta’ Lulju, 2013. L-għan ta’ Malta huwa li jintlaħaq qbil mill-aktar fis possibli u f’dan ir-rigward bi ħsiebha tkun flessibbli waqt COREPER I tas-17 ta’ Lulju, 2013 sabiex dan il-qbil jintlaħaq.

Riċerka u Innovazzjoni — nefqa tal-Gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm se tkun in-nefqa tal-Gvern fuq ir-Riċerka u l-Innovazzjoni għas-sena 2013, anke fid-dawl tar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 2754 fejn bla ma kien indikat l-ammont intqal li “il-Gvern huwa impenjat li jinvesti bis-sod f`dan il-qasam”?

Response (BARTOLO, EVARIST)

It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #3400 Sitting 49 2013-07-10 Oral · Interim From: CLYDE PULI To: Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol

Supply learning support assistants – taħriġ u kwalifiċi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk supply learning support assistants li bħalissa diġà għaddejjin b’ taħriġ biex jiksbu kwalifika rikonoxxuta hux se jkunu jistgħu jżommu posthom fl-iskola partikolari li qegħdin fiha bħalissa anke jekk b’kundizzjoni li jiksbu l-kwalifika f’perijodu definit, jew inkella hux se jkunu qed jitilfu posthom meta l-għażla ta’ learning support assistants tkun qed issir qabel dawk ta’ supply learning support assistants?

Response (BARTOLO, EVARIST)

Tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.