Legislature:
Category:
Reset
Active:

Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili – kawżi deċiżi

Question

Jista’ l-Ministru jindika kemm ġew deċiżi kawżi quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili tul is-snin 2013, 2014 u 2015, sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta’ kawżi deċiżi mill-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili matul is-snin indikati huma dawn: Sena Numru ta’ Kawżi deċiżi 2013 1985 2014 1797 2015 1851 Għandu jingħad ukoll illi dawn il-figuri jinkludi wkoll il-kawżi deċiżi mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex) fil-kompetenza superjuri tagħha.

Kumitati Reġjonali – tisħiħ tal-kunsilli lokali fil-qasam kulturali

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xi proposti qegħdin jitħejjew u kif se jkunu qegħdin jaħdmu l-Kumitati Reġjonali sabiex jgħinu u jsaħħu l-kunsilli lokali fil-qasam kulturali? Jista’ jgħid ukoll hemmx il-ħsieb li l-Gvern jgħaddi allokazzjoni diretta lill-Kumitati Reġjonali sabiex isaħħu l-attivitajiet kulturali fil-kunsilli lokali rispettivi fir-Reġjuni?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Kumitati Reġjonali qegħdin jintalbu jikkoordinaw l-Attivitajiet Kulturali fil-Kunsilli rispettivi tagħhom sabiex l-attivitajiet organizzati mill-Kunsilli Lokali jgħollu il-livell u jilħqu aktar nies. Dan qed jagħmluh ukoll billi l-Kumitati Reġjonali qegħdin jirriklamaw dawn l-attiviatjiet u jħeġġu l-Kunsilli Lokali kollha jipparteċipaw fl-attivitajiet organizzati minn Kunsilli Lokali fl-istess Reġjun. Il-Gvern diġa ħabbar li għas-sena 2016 il-Kumitati Reġjonali se jingħataw għajnuna diretta finanzjarja ta’ 10,000 ewro kull Reġjun sabiex ikunu jistgħu jassitu aħjar il-ħidma tal-Kunsilli Lokali fil-qasam Kulturali. Dan ix-xogħol qed isir permezz ta’ koordinaturi reġjonali li diġa qed jaħdmu mal- Kumitati Reġjonali bil-għan li dawn l-attivitajiet ikunu ta’ standard li jikkumplimenta l-fatt li l-Belt Valletta ser tkun il-Belt Kapitali Ewropea tal-Kultura fis-sena 2018.

Kunsilli lokali – trażmissjoni live tal-laqgħat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi kunsilli lokali li mhumiex jittrażmettu live il-laqgħat tagħhom? Jista’ jgħid jekk il-kunsilli lokali humiex iżommu recording tal-laqgħat li qegħdin ikunu streamed fuq l-internet u jekk hemm kunsilli lokali li jżommu recordings, jista’ l-Ministru jgħid min huma?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li hemm 6 Kunsilli Lokali li mhumiex jittrażmettu live il-laqgħat tagħhom. Ninsab infurmat wkoll minn ġbir ta’ informazzjoni li mhux il-Kunsilli Lokali kollha qegħdin iżommu recording tal-laqgħat li qegħdin ikunu streamed fuq l-internet. Il-Kunsilli Lokali li qed jżommu recordings tal-laqgħat huma: L-Imdina, il-Birgu, l-Isla, Ħaż-Żabbar, is-Siġġiewi, Ħal Balzan, Birkirkara, Floriana, Għajnsielem, il-Għargħur, Ħal Għaxaq, il-Ħamrun, il-Kalkara, Kerċem, Marsaskala, Marsaxlokk, il-Mellieħa, l-Imqabba, in-Naxxar, Pembroke, Ta’ Sannat u ż-Żurrieq. Infakkar li bi qbil bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra iddaħħal provvediment fil-liġi tal-Kunsilli Lokali li se jidħol fis-seħħ fl-ewwel kwart ta’ din is-sena li jipprovdi obbligu ta’ trasmissjoni tal-laqgħat tal-Kunsilli Lokali. Għalhekk nieħu l-opportunita’ ta’ din is-seduta sabiex nappella lill-Kunsilli Lokali kollha biex jottempraw irwiehhom ma’ dan l-obbligu illum qabel għada.

Kunsilli lokali – ftehim ta’ ġbir ta’ skart separat

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx kunsilli lokali li għamlu jew qegħdin fil-proċess li jagħmlu xi tip ta’ ftehim dwar il-ġbir tal-iskart separat ma’ xi kumpanija li mhijiex reġistrata bħala waste scheme operator? Jekk iva, jista’ jgħid min kienu dawn il-kunsilli lokali u x’azzjoni ittieħdet jew se tittieħed?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.

Il-Ġnien ta’ Hastings

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-prezz li wieħed irid iħallas sabiex jagħmel użu mill-Ġnien ta’ Hastings? Jista’ jgħid x’inhi l-proċedura stabbilita u jekk hemm proċedura stabbilita meta din ġiet approvata mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta? Jista’ jgħid jekk hemmx Bye-Law li tirregola din il-proċedura u jekk iva, liema hi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li l-prezz li wieħed irid iħallas biex jagħmel użu mill-Ġnien ta’ Hastings hu ta’ €1200.00 (ta’ ġurnata). Ma jirriżultax li hemm xi proċedura stabilita u lanqas data għall-approvazzjoni tagħha, iżda il-prassi hi li min ikun jixtieq jikri l-ġnien javviċina il-persuna nkarigata fil-Kunsill u dan jagħmillu l-booking. Ma jirriżultax lanqas li hemm xi bye-law li tirregola din il-proċedura imma din ġiet magħmula ad hoc. F’dan id-dawl il-Monitoring Unit fi ħdan id-Dipartiment għall-Gvern Lokali qed jinvestiga l-każ biex is-sitwazzjoni tiġi regolata minnufih.

Kunsilli Lokali — Pool ta’ Segretarji Ezekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-pool tas-Segretarji Eżekuttivi fl-2013? Jista’ jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali li ma kellhomx Segretarju Eżekuttiv meta ħarġet is-sejħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li fis-sena 2013 kien hemm 147 applikazzjoni fil-pool tas-Segretarji Eżekuttivi. Kien hemm ukoll 11 –il Kunsill Lokali u 3 Kumitati Reġjonali li kellhom Aġent Segretarju Eżekuttiv meta ħarġet is-sejħa.

Kunsilli Lokali — Pool ta’ Segretarji Ezekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw persuni għall-pool tas-Segretarji Eżekuttivi fl-2015? Jista’ jgħid kemm hemm kunsilli lokali li m’għandhomx Segretarju Eżekuttiv meta ħarġet is-sejħa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għas-sejħa għall-pool tas-Segretarji Eżekuttivi applikaw mija tnejn u tmenin (182) persuna. Din is-sejħa għalqet fit-8 ta’ Jannar 2016. Inżid ngħid li kull Kunsill Lokali għandu Segretarju Eżekuttiv jew Aġent Segretarju Ezekuttiv. Bħalissa sittax (16)-il Kunsill Lokali għandhom Aġent Segretarju Eżekuttiv.

Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili – ittri uffiċjali eżekuttivi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati ittri uffiċjali eżekuttivi taħt l-artikolu 166A tal-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili f’Malta u Għawdex tul is-sena 2015?

Response (BONNICI, OWEN)

L-ammont ta’ Ittri Uffiċċjali ppreżentati fil-Qrati Maltin ai termini tal-Artikolu 166A ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili matul is-snin hawn taħt indikati kien hekk: Sena Numru ta’ Ittri pprezentati 2010 5287 2011 5369 2012 3440 2013 3590 2014 2965 2015 2760 L-ammont ta’ Ittri Uffiċċjali ppreżentati fil-Qrati Għawdxin ai termini tal-Artikolu 166A ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili matul is-snin hawn taħt indikati kien hekk: Sena Numru ta’ Ittri pprezentati 2010 170 2011 235 2012 131 2013 159 2014 115 2015 90

Marsalforn Għawdex – Kumitat Amministrattiv

Question

Jista’ l-Ministru jgħid meta ser jinħatar il-membru l-ġdid fil-Kumitat Amministrattiv ta’ Marsalforn Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-Kumitat Amministrattiv ta’ Marsalforn bagħat ir-rakkomandazzjoni tiegħu u din qed tiġi proċessata mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali.

PBS – programmi bl-aktar udjenzi

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma l-iktar programmi li għandhom udjenzi fuq il-PBS?

Response (BONNICI, OWEN)

Skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorita` tax-Xandir li sar fix-xahar ta’ Ottubru 2015, il-programmi li għandhom l-akbar udjenzi fuq l-istazzjonijiet tal-PBS huma: TVM Aħbarijiet 94,852 (peak) Katrina 87,434 Ċaquffa 82,843 Xarabank 82,180 Strada Stretta 80,935 Dissett 61,541 Radju Malta Familja Waħda 13,603(peak) Ħadt l-Aħbar 12,347 Għandi xi Ngħid 11,854 Bonġu Kafe 11,427 Imrieżaq 10,796 Marċifest 10,796

Kunsill Malti għall-Arti — festivals

Question

Jista’ l-Ministru jgħid xfestivals se jittellgħu mill-Kunsill Malti għall-Arti matul l-2016?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Malti għall-Arti li l-avvenimenti li huma proġettati s'issa għas-sena 2016 huma dawn: Carnival – 5-9 Ta' Frar Freedom Day – March, 31 Ta' Marzu Sette Giugno – 6 Ta' Gunju Imnarja – 28,29 Ta' Gunju Għanafest - 10-12 Ta' Lulju Arts Festival - 8-17 Ta' Lulju Jazz Festival – 21-23 Ta' Lulju Summer Carnival – 20,21 T' Awwissu Victory Day – 8 Ta' Settembru Independence Day – 21 Ta' Settembru Notte Bianca – 1 Ta' Ottubru Dun Karm Activities - Ottubru Three Palaces – 31 Ottubru – 6 Novembru IFACCA - 18-21 t’Ottubtu Remembrance Sunday – 13 Novembru Republic Day – 13 ta’ Dicembru Christmas Events - 17–24 ta’ Dicembru Kunċert tal-President Għas-Sena L-Ġdida – Jannar 2017 Il-Kunsill għandu wkoll il-ħsieb li jagħmel attivitajiet oħra matul din is-sena li jiġu mħabbra eqreb lejn id-data.

Internazzjonalizzazzjoni tat-talent Malti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’qed jagħmel il-Kunsill Malti għall-Arti biex jiffaċilita l-internazzjonalizzazzjoni tat-talent Malti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nemmen li l-isfida li għandna quddiemna fis-settur tal-arti hu li jkollna iktar artisti li jxandru t-talent artistiku tagħhom barra minn pajjiżna. Għalhekk il-Kunsill Malti għall-Arti għamel ħidma qawwija biex jgħin lill-artisti jilħqu din il-mira. Fl- 2015 il-Kunsill Malti gћall-Arti: 1. Impjega Internationalisation Associate 2. Nieda l- Cultural Export Fund (travel, touring and translation ), li qiegћed ikabbar il-visibilita tat-talent Malti fuq pjattaforma internazzjonali u qiegħed jgћin sabiex il-Maltin jilћqu swieq u udjenzi internazzjonali. It- Travel Grants jappoġġjaw lill-artisti u operaturi kulturali li jridu jesploraw, jiżviluppaw ћiliet ġodda, u jiksbu aktar kuntatti internazzjonali. Il- Presentation and Touring jappoġġja preżentazzjoni u esebizzjonijiet jew tours internazzjonali u t- Translation Grant jappoġġja t-traduzzjoni ta’ xogћlijiet artistiċi li jvarjaw minn kotba, gћall-films, gћall-distribuzzjoni internazzjonali. 3. Sar membru tal- European Union National Istitutes for Culture (EUNIC), gћaqda li l-gћan tagћha hija li tespandi r-rwol tal-kultura fl-Ewropa u li ssaћћah id-djalogu interkulturali, l-iskambju u l-kooperazzjoni sostenibbli ma’ pajjiżi minn barra l-Unjoni Ewropea. Is-sћubija ta’ Malta ġiet approvata b’mod unanimu meta l-Assemblea Ġenerali vvutat b’mod uffiċċjali biex taċċetta lil Kunsill Malti gћall-Arti bћala l-aktar membru riċenti tagћha. Il-missjoni tal-EUNIC hija li tippromwovi l-valuri Ewropej u li tikkontribwixxi gћad-diversità kulturali ġewwa u barra l-Unjoni Ewropea, permezz ta’ kollaborazzjoni bejn l-istituti kulturali Ewropej madwar id-dinja. 4. Issottometta l-applikazzjoni, li ġiet approvata, gћall-paviljun ta’ Malta fil-Biennale tal-Arti f’ Venezja. Din hija l-akbar fiera internazzjonali u magћrufa tal- arti. 5. Ingћaqad mat- task force taċ-CHOGM u l-Ministeru gћall-Affarijiet Barranin biex jikkofinanzjaw u jorganizzaw il- program kulturali li ġie ppreżentat ġewwa ћames pajjiżi tal-Commonwealth. 6. Beda jipprepara gћas-Summit Dinji tal-Arti u l-Kultura li ser iseħħ ġewwa il-Belt Valletta fl-2016. Dan is-Summit Dinji – li qiegћed jiġi organizzat flimkien mal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kunsilli tal-Arti u Aġenziji Kulturali (IFACCA) – mistenni jilqa’ madwar 500 delegat minn 80 pajjiż sabiex jiddiskutu l-aktar kwistjonijiet importanti fl-arti. 7. Beda jipprepara l-programm kulturali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill Ewropew fl-2017. 8. Nieda l-istrateġija għall-internazzjonalizzazjoni tal-artisti Maltin. Qed jippjanaw li fil-ħames snin li ġejjin: a) Jinvestu €500,000 permezz tal-Cultural Export Fund f ’għotjiet għall-ivvjaġġar, touring u t-traduzzjonijiet għall-prattikanti fis-setturi kreattivi li qed ifittxu li jattiraw udjenzi u swieq usa’; b) Jorganizzaw delegazzjonijiet b’kollaborazzjoni ma’ entitajiet oħrajn, fi pjattaformi internazzjonali tal-arti inklużi s-swieq, il-fieri u l-festivals; c) Jiżviluppaw il- Malta Showcase bħala riżors onlajn u pjattaforma ta’ netwerking għall-promozzjoni internazzjonali u opportunitajiet ta’ showcasing; d) Jikkummissjonaw il-paviljun ta’ Malta fil-Biennale tal-Arti f ’Venezja fl-2017 e) Jikkollaboraw mal-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fuq id-diplomazija kulturali u r-relazzjonijiet kulturali esterni permezz tal-koġestjoni tal- Cultural Diplomacy Fund ; f) Jamministraw flimkien il-programm kulturali internazzjonali tal-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl-2017; g) Jappoġġaw l-iżvilupp ta’ programmi ta’ residenza tal-artisti li ġejjin Malta jew dawk li ħerġin minn Malta. Dawn il-programmi se jiġu implimentati f’ kollaborazzjoni mal-Organizzazzjonijiet Kulturali Pubbliċi u l-festivals u jiffokaw fuq ir-riċerka, it-twettiq ta’ proġetti kollaborattivi u l-iskambju; h) Jappoġġaw lill-Ministeru għall-Affarijiet Barranin fl-implimentazzjoni ta’ ftehimiet bilaterali u multilaterali u jagħtu suġġerimenti dwar il-programmazzjoni kulturali; i) Jiffaċilitaw il-konferenzi internazzjonali u s-sessjonijiet ta’ netwerking inkluż is-Seba’ Summit Dinji talArti u l-Kultura fl-2016 u l-Laqgħa annwali tal-Koordinaturi tan-Netwerk Ewropew; j) Jipparteċipaw b’mod attiv bħala membri tan-netwerks internazzjonali bħal pereżempju l- International Federation of Arts Councils and Cultural Agencies - IFACCA, European Union National Institutes of Culture - EUNIC, l-IETM - International Network for Contemporary Performing Arts u l-European Festivals Association - EFA.

Kunsill lokali tal-Belt Valletta –– direct orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ direct orders mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sena b’sena mill-2010 sal-2015? Jista’ jgħid liema kienu dawk li qabżu t-treshhold ta’ direct order u x’kien l-ammont tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant illi l-informazzjoni miġbura mingħand il-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta hija is-segwenti: · 2012 – Eur 207,138 · 2013 – Eur 115,263 · 2014 – Eur 214,719 · 2015 – Eur 194,044 (informazzjoni miġbura sa l-aħħar ta’ Lulju) Għar-rigward tal-mistoqsija tal-Onor Interpellant jekk dawn jaqbżux it-treshhold tad-direct order, ninforma lill-Kamra li l-Kunsill ma kienx jagħraf jirrispondi. Sadanittant, id-Dipartiment għall-Gvern Lokali permezz tal-Monitoring Unit qiegħed isegwi dan il-każ.

Kunsill Lokali Belt Valletta – għoti ta’ kuntratti għall-ġbir tal-iskart

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu l-kuntratturi għall-ġbir tal-iskart mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta sena b’sena, mill-2010 sal-2015? Jista’ jgħid meta ngħataw dawn il-kuntratti, meta ħarġet is-sejħa għall-offerti u meta ġew aġġudikati mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed ngħaddi l-informazzjoni kif mitluba dwar min kienu l-kuntratturi għall-ġbir tal-iskart, meta ingħataw il-kuntratt, meta ħarġet is-sejħa għall-offerti u meta ġew aġġudikati mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta mill-2010 sal-2015. Tabella PQ 21910 Sena Liema kienu l-kuntratturi għall-ġbir tal-iskart Meta ngħataw dawn il-kuntratti Meta ħarġet is-sejħa għall-offerti Meta ġew aġġudikati mill-Kunsill Lokali 2010 Mr Anthony Zammit 13 ta’ Marzu 2006 13 ta’ Jannar 2006 6 ta’ Marzu 2006 2011 2012 2013 Waste Collection ltd 1 ta’ April 2013 2 ta’Ottubru 2012 7 ta’ Diċembru 2012 2014 2015

Reġjun ta’ Għawdex – għajnuna għad-devoluzzjoni tad-dawl tat-toroq

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’għajnuna ngħatat lir-Reġjun t’Għawdex sabiex ikun jista’ jwettaq b’mod tajjeb id-devoluzzjoni tad-dawl tat-toroq? Jista’ jgħid jekk hemmx pjan li r-Reġjuni l-oħra jieħdu f’idejhom id-devoluzzjoni tad-dawl kif sar fir-Reġjun t’Għawdex?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-Reġjun ta’ Għawdex ingħata s-somma ta’ €50,000 kull sena kif ukoll uffiċċjal mid-Dipartiment għall-Gvern Lokali u żewġ ħaddiema oħra sabiex ikunu jistgħu jaħdmu fuq dan l-irwol ġdid li għandu r-Reġjun. Ir-Reġjun se jingħata wkoll €9,000 oħra sabiex ikun jista’ jieħu ħsieb dawl ieħor li mhuwiex kopert bil-ftehim tal-kuntratt il-ġdid. Is-Segretarjat Parlamentari jinsab għaddej b’diskussjonijiet mal-Ministeru tal-Enerġija dwar il-possibbilita’ ta’ devoluzzjoni tad-dawl mal-Kumitati Reġjonali ġewwa Malta.

Ħal Tarxien — Kappella ta' Santa Marija - restart

Question

Jista' l-Ministru jgħid għala sar nofs ir-restawr u mhux kollu, tal-Kappella ta' Santa Marija f'Ħal Tarxien? Għaliex lanqas minn barra ma sar kollu? Għaliex minn ġewwa ma sar xejn għajr il-kwadru? X'sar minnu r-rixtellu sabiħ tal-ħadid li kien hemm quddiem il-bieb prinċipali tal-kappella?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li x-xogħol li kellu jitwettaq mid-Direttorat tar-Restawr kien ikopri l-faċċati kollha esterni li kienu aċċessibili, inkluż il-kampnari u l-koppla, bil-għan principali li tiġi restawrata l-knisja minn barra. Dan ix-xogħol fil-fatt twettaq u hekk ġiet imħarsa wkoll l-istruttura interna mill-elementi esterni bħal, per eżempju, dħul ta’ ilma tax-xita. Ix-xogħol fuq ġewwa kellu jitwettaq mill-entità propjetarja tal-istess kappella. Din hi l-prassi li normalment tiġi adottata bil-għan li matul ix-xhur/ snin tingħata għajnuna lill-ikbar numru possibli ta’ entitajiet u jiġu salvagwardjati l-ikbar numru possibli ta’ binjiet storiċi. Ix-xogħol imwettaq mid-Direttorat tar-Restawr ġie f’dan il-każ estiż għall-gwarniċ tal-kwadru titolari peress li dan kien jitlob ċertu attenzjoni u kapaċità manwali partikolari. Ninsab infurmat ukoll li d-Direttorat tar-Restawr kien għamel talba lid-Direttorat għall-Manufattura u Servizzi fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport u Infrastruttura biex jiġi rrestawrat ir-rixtellu ta’ barra

Deputat Avukat Ġenerali — kariga

Question

Jista' l-Ministru jgħid minn min hi koperta l-kariga tad-Deputat Avukat Ġenerali fil-jum li fih qed issir din l-interpellanza?

Response (BONNICI, OWEN)

Kif jaf l-Onor. Membru d-detentriċi preċedenti tal-kariga ta’ Deputat Avukat Ġenerali ġiet elevata għall-ġudikatura u l-post preżentement huwa vakanti. Il-medda ta’ doveri li kienet twettaq id-Deputat Avukat Ġenerali preċedenti bħalissa qed tinqasam bejn l-Avukat Generali u Avukati oħra fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt illi meta jkun hemm il-ħtieġa li jinħatar Aġent Avukat Ġenerali dan l-inkariku jiġi assenjat abbażi tal-applikazzjoni mutatis mutandis tar-regoli applikabbli fis-Servizz Pubbliku.

Belt Valletta – Proġetti/xogħlijiet infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali fil-lokalità tal-Belt Valletta fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta li matul is-snin 2013, 2014 u 2015 ma sarux proġetti/xogħlijiet infrastrutturali minħabba nuqqas ta’ fondi. Madanakollu, il-Gvern, permezz tal-proġett Valletta 2018, qed jiffinanzja bosta proġetti kapitali u infrastrutturali fil-Belt Valletta fosthom saret Pjazza Kastilja mill-ġdid flimkien ma’ xogħlijiet f’Triq l-Ordinanza. Bħalissa għaddej xogħol f’Strada Stretta li qed tiġi rrennovata minn naħa ta’ fuq san-naħa t’isfel li jinkludi: xogħol fit-turġien kollu, wiċċ tat-triq ġdid, servizzi ġodda tad-dawl u kif ukoll lanterni ġodda apposta. Għaddej xogħol ukoll fuq ir-riġenerazzjoni tal-Biċċerija l-Antika li tinkludi wkoll l-infrastruttura tal-madwar kollha. Xogħlijiet oħrajn l-għaddejin fil-Belt Valletta bħalissa huma: - Ir-riġenerazzjini tas-Suq l-Antik flimkien mal-privat. - Ir-restawr fuq il-Knisja tal-Ġiżwiti - Ir-restawr tal-faċċatta ta’ Palazzo Ferreria fejn illum hemm il-Ministeru tal- Familja u Solidarjeta’ Soċjali. - It-tisbiħ ta' Pjazza San Ġwann, flimkien mal-arkati u l-faċċati tal-bini tal-Gvern fl-istess pjazza. - Ir-restawr tal-Funtana tat-Tritoni u t-tkomplija tal-aħħar fażi tal-proġett tad-daħla tal-Belt Valletta.

Kollezzjoni ta’ mapep

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tul din is-sena jew matul din il-Leġiżlatura, jiġu esposti permanentement il-mapep li jiffurmaw il-kollezzjoni mogħtija mill-individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Mapep imsemmija ser jkunu parti mill-wirja permanenti f’MUŻA u ser ikunu fuq sistema ta’ rotazzjoni skont prassi mużeografiċi moderni. Dawk li ma jkunux esibiti jkunu wkoll aċċessibli għal riċerkaturi u l-pubbliku in ġenerali. Jinżammu wkoll wirjiet speċjalizzati minn żmien għal żmien. Il-kollezzjoni ta’ mapep tal- individwu lid-dettalji dwaru qed jingħataw separatament hija biss parti minn kollezzjoni akbar ta’ mapep li għandha fil-kustodja tagħha Heritage Malta. Filfatt, fil-ġranet li ġejjin ser tiġi inawgurata wirja temporanja ta’ mapep li ser ikunu proposti għar-reġistru tal-UNESCO (Memory of the World Register). Dan qed isir b’kollaborazzjoni ma’ Charles University ta’ Praga ġewwa r-Repubblika Ċeka.

Forti Sant’Iermu

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm żaru l-Forti Sant’Iermu xahar b’xahar minn mindu fetaħ sad-data li fiha tkun imwieġba din il-mistoqsija?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ viżitaturi li żaru l-Forti Sant Iermu mill-ftuħ tiegħu fl-10 ta’ Mejju 2015 sal-15 ta’ Jannar 2016 huwa kif ġej: Mejju: 12,266* Gunju: 3,843 Lulju: 2,970 Awwissu: 4,969 Settembru: 7,288 Ottubru: 16,026** Novembru: 212*** Dicembru: 3002 **** Jannar: 1705 ***** * Open Day fl-10 ta’ Mejju li ghaliha attendew 10,000 ruh. ** Tinkludi Notte Bianca (8,355) *** Il-forti maghluq mit-2 ta’ Novembru sa nofs Dicembru minhabba s-Summit u CHOGM. **** Mill-1 ta’ Dicembru sas-6 ta’ Dicembru kien maghluq. Mill-7 ta’ Dicembru sat-30 ta’ Dicembru 2015 ***** Mill-1 ta’ Jannar sal- 15 ta’ Jannar 2016