Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu persuni l-qorti talli nqabdu jpejpu f'postijiet ta' divertiment, ikel, eċċ minn meta daħlet fis-seħħ il-liġi l-ġdida fil-5 ta' Ottubru, 2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004, minn meta ġew fis-seħħ ir-Regolamenti ta' l-2004 dwar it-Tipjip f'Postijiet Miftuħin għall-Pubbliku, il-Pulizija sabet 45 persuna bi ksur ta' dawn l-istess Regolamenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhu l-ammont ta' droga distrutta mill-pulziija ( u esebita l-qorti) wara l-awtorizzazzjoni tal-qorti, mis-sena 2000 sad-data li tiġi mwieġba din il-misotqsija?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma tinżammx statistika dwar l-informazzjoni mitluba minnu.
Pulizija — Postijiet ta' divertiment - Żgħażagħ taħt l-eta'
Question
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm tressqu sidien ta’ ħwienet tax-xorb, night clubs eċc., fejn fl-2004 nqabdu żgħażagħ taħt l-eta` ta’16–il sena? Meta tressaq kull wieħed u x’kienet is-sentenza f’kull każ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004, inbdew 28 każijiet ta' proċeduri kriminali kontra 23 persuna responsabbli minn postijiet ta' divertiment li fihom instabu persuni taħt is-sittax-il sena. Minn dawn il-proċeduri, 13-il każ ġie deċiż - 5 bi twiddiba, 3 multa, 4 liberati u 1 preskritt, filwaqt li l-każijiet l-oħra għadhom pendenti.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jinformani meta se jerġgħu jibdew jinħarġu l-visas lil studenti Ċiniżi li huma bona fide studenti ta' l-Ingliż, bl-iskop li dawn jingħaqdu fl-Universita' ta' Malta? Ġaladarba dawn huma klijenti tax-xitwa u mhux tas-sajf, jista' jinnota li f'dawn ix-xhur li ilhom li ngħalqu l-visas, dan ikkawża telf ta' xogħol għal xi teachers?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi talbiet għal entry visa minn studenti Ċiniżi li jirriżulta li huma bona fide, m'humiex ikunu miżmuma.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid fl-2004 kemm kien in-numru ta’ żgħażagħ taħt l-eta` li nqabdu fid-diversi postijiet tad-divertiment? Jista’ jagħti informazzjoni li tinkludi wkoll il-lokalitajiet?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004 il-Pulizija sabet 96 persuna taħt is-sittax-il sena ġewwa postijiet ta' divertiment ġewwa B'Buġia, Fgura, M'Scala, Rabat, Sliema, San Ġiljan u Żejtun.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jissolleċita li l-pulizija jwettqu raids fl-area ta' Ġnien Wied Blandun (wara l-Villa tat-Tabib Moran) f'Raħal Ġdid minħabba l-abbuż ta' droga li qed iseħħ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi kemm il-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tat-Taqsimiet tal-Mobile u ta' Kontra d-Droga, jagħmlu ronda regolarment kemm fil-lokalita' msemmija mill-Onorevoli Interpellant, kif ukoll fit-toroq l-oħra.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inħarġu s'issa ċitazzjonijiet permezz ta' l-ispeed cameras taħt ir-responsabbilta' tal-gwardjani lokali, xahar b'xahar?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi n-numru ta' ċitazzjonijiet li ħarġu l-Gwardjani Lokali permezz ta' l-ispeed cameras kull xahar huma kif imniżżlin hawn taħt:
Xahar
Speed Cameras
(Over-speeding)
CCTV's
(ċitazzjonijiet oħrajn)
Total
Novembru'04
3
1,515
1,518
Diċembru'04
1,943
1,693
3,636
Jannar'05 (s'issa)
335
314
649
Total
2,281
3,522
5,803
Ta' min jispeċifika li s-sistema bdiet topera f'Novembru 2004.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk hijiex qiegħda ssir investigazzjoni dwar allegat abbuż/ineffiċjenza/traskuraġni li seħħ mill-gwardjani lokali fl-area tal-Fgura u Ħaż-Żabbar fil-konfront ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament? Din l-investigazzjoni ġiet konkluża? X'kien l-eżitu tagħha? X'passi se jittieħdu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-Gwardjan Lokali li saret referenza għalih mill-Onor. Interpellant spiċċa minn ma' l-aġenzija u mar jaħdem barra minn Malta; għalhekk, l-allegazzjonijiet li saru fil-konfront tal-persuna li l-partikolaritajiet tagħha ntbagħtu separatament ma setgħux jiġu investigati.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm ġew ikkonfiskati armi tan-nar din is-sena, x'tip huma u xi jsir minnhom?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004, il-Pulizija elevat 208 arma tan-nar, li jinkludu snieter, pistoli, revolvers u air weapons. Dawn li jkunu elevati in konnessjoni ma' proċeduri kirminali, jiġu eżebiti fil-Qorti fil-kors tal-proċeduri, filwaqt li dawk li jkunu elevati fuq proċeduri amministrattivi, bħal per eżempju sakemm isir transfer by inheritance, dawn jiġu ritornati hekk kif ikunu tlestew il-proċeduri.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kienu l-każi ta' telf ta' kontroll tal-vejikoli waqt is-sewqan din is-sena? Kemm weġġgħu persuni jew mietu kaġun ta' dawn l-inċidenti? Kemm seħħew inċidenti bejn nofs il-lejl u s-sitta ta' fil-għodu? Kemm seħħew f'weekends jew lejliet festi pubbliċi? Kemm minn dawn l-inċidenti kienu kawżati minn xorb, droga, sewqan eċċessiv?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi t-tagħrif kif rikjest mill-Onorevoli Interpellant mhux disponibbli taħt forma ta' statistika. Madankollu infurmat illi matul is-sena 2004 ġew irrapurtati lill-Pulizija 1,191 l-inċident tat-traffiku, li f'1,177 minnhom ġie irrapurtat li kien hemm persuni li sofrew xi feriti, filwaqt li f'14 oħra kien hemm persuni li tilfu ħajjithom. Minn dawn l-inċidenti kien hemm 363 li seħħew bejn nofs il-lejl u s-sitta ta' filgħodu, filwaqt li kien hemm 589 li seħħew matul weekends jew festi pubbliċi. Ta' min ifakkar illi mill-1 ta' Marzu 2004, inċidenti tat-traffiku fejn ma jkunx hemm persuni mweġġa' jew ħsara fi proprjeta' pubblika, bdew jiġu irrapurtati lill-Gwardjani Lokali.
Pulizija — Persuni li nqabdu jħalltu pitrolju ma' diesel
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm inqabdu persuni jħalltu pitrolju ma' diesel din is-sena? X'kien il-mezz ta' trasport f'kull każ imressaq il-qorti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2004, il-Pulizija ma kellha ebda każ kif imsemmi mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Viċi Prim Ministru ġentilment jgħid kemm hemm psikologi u psikjatri impjegati fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin? Fin-nuqqas li xi wieħed minn dawn mhux impjegat, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid jekk qattx inħasset il-ħtieġa li jkun hemm servizz ta' psikologu u/jew psikjatra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fil-Faċilita' Korrettiva ta' Kordin f'dawn l-aħħar snin dejjem kien hemm is-servizzi ta' Psikologa u Psikjatra.
In vista ta' l-iskema mnedija fl-2002 għal fidi ta' ċens mill-joint office, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm applikaw s'issa biex jifdu ċ-ċens tagħhom? Kemm ġew depożitati flus għal dan il-fidi s'issa? Kemm huwa kkalkolat li hemm min huwa eliġibbli għal din l-iskema?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Uffiċċju Konġunt irċieva 3,357 applikazzjonijet għal fidi taċ-ċens taħt l-iskema mnedija fis-sena 2002. Taħt din l-iskema ma jitħallas ebda depożitu. Ma jistax jingħad kemm minn dawn l-applikanti, kif ukoll minn dawk li fil-futur jistgħu jissottomettu applikazzjoni għall-fidi, huma eleġibbli, peress li għad hemm (i) numru ta' applikazzjonijiet li għad iridu jiġu verifikati u (ii) numru ieħor ta' proprjetajiet li dettalji tagħhom, għad ma ġewx fornuti mill-Entitajiet Ekklesjastiċi.
Wara li kull talba li saret lill-kunsill lokali taż-Żurrieq ġiet injorata, jista' il-Viċi Prim Ministru jintervjeni u jara x'jista' isir bħal, per eżempju culverts, biex il-kwantita' kbira ta' ilma li taqa' fi Triq San Mikiel għal ġo Sqaq l-Iben il-Ħali, Żurrieq għal ġol-pjazza, li jirrendiha diffiċli li n-nies tagħmel użu mill-istess toroq mingħajr ma jixxarbu b'mod partikolari t-tfal, tiġi milqugħa jew indirizzata u mhux l-istess triq tibqa' tgħereq?
Response (BORG, TONIO)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel il-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista’ il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm seħħew kolliżjonijiet tat-traffiku matul is-sena 2003 u kemm minn dawn kienu jinvolvu: (i) char-a-bancs; ii) coaches; iii) taxis; iv) minibuses (ħomor); u v) minibuses (bojod)?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi matul is-sena 2003 ġew irrapurtati lill-Pulizija 13,982 inċident tat-traffiku. Minn dawn kien hemm 487 li kienu jinvolvu buses u 115 kienu jinvolvu taxis. Ninsab infurmat ukoll illi ma tinżammx statistika dwar il-kategoriji ta' buses.
Pulizija — Ċiniżli li applikaw għar-residence permits
Question
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Ċiniżi li applikaw għar-residence permits fis-snin 2002-2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates irċieva matul il-perjodu 1 ta' Jannar 2002 - 30 t'April 2004 mingħand persuni ta' nazzjonalita' Ċiniża għal permess ta' residenza pemanenti, taħt l-iskema li kienet tnehdiet mill-Gvern fl-1988, hu kif jidher hawn taħt.
Numru ta' applikazzjonijiet
Numru ta' persuni nvoluti
2002
48
106
2003
171
519
2004
178
243
Mill-1 ta' Mejju 2004 ir-responsabbilita' għall-ħruġ ta' dawn il-permessi għaddiet għand id-Dipartiment tat-Taxxi Interni. Għalhekk l-informazzjoni dwar il-perjodu 1 ta' Mejju 2004 - 31 ta' Diċembru 2004 għandha tintalab lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Ċiniżi li applikaw għall-work permits fis-snin 2002-2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li n-numru ta' applikazzjonijiet għal liċenzji ta' impjieg ġodda kif ukoll għal tiġdid (extensions) ta' liċenzji li d-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u ta' l-Expatriates irċieva matul il-perjodu 2002-2004 huwa kif jidher hawn taħt.
Numru ta' applikazzjonijiet għal
liċenzji ġodda
Numru ta' applikazzjonijiet għal tiġdid ta' liċenzji (
extensions
)*
2002
68
152
2003
141
143
2004
166
183
* Uħud minn dawn l-applikazzjonijiet huma talbiet biex jiġġeddu l-istess liċenzji li jidhru fl-ewwel kolonna.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien hemm Ċiniżi li ġeddew ir-residence permits tagħhom fis-snin 2002-2004?
Response (BORG, TONIO)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li residence permits (permessi ta' residenza), maħruġa taħt l-iskemi relattivi mnehdija mill-Gvern matul is-snin, jinħarġu għal żmien indefinit. Għalhekk mhux il-każ li dawn il-permessi jiġu mġedda. Jistgħu jaqgħu biss jekk il-persuna konċernata titlob hi stess li tirtira l-permess jew ma tibqax tissodisfa l-kundizzjonijiet marbuta mal-permess.
B'riferenza għal mistoqsija parlamentari 9591, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid għaliex minkejja li nqabeż iż-żmien dovut bil-liġi fejn il-kummissarju irid jagħti risposta fuq il-ħruġ ta' din il-liċenzja numru 38/04 għal gwardjan lokali, sal-lum din għadha ma ħarġitx?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-applikant li saret referenza għalih mill-Onorevoli Interpellant ser ikun infurmat bl-eżitu ta' l-applikazzjoni tiegħu fil-futur qarib.
Jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta kienet l-aħħar darba li ċ-ċentru ħatar arbitri skond it-termini ta' Art. 10(2) ta' l-Att dwar l-Arbitraġġ? Kemm-il arbitru nħatru meta saret l-aħħar ħatra? Meta għandu fi ħsiebu ċ-ċentru li jerġa' jaħtar arbitri skond it-termini ta' Art. 10(2) ta' l-Att dwar l-Arbitraġġ?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat illi l-aħħar darba li nħatru arbitri skond it-termini ta' l-Art 10(2) ta' l-Att dwar l-Arbitraġġ kien fid-29 ta' Ottubru 2004. Dakinhar nħatru ħames arbitri ġodda.
Arbitri ġodda jinħatru meta l-Bord taċ-Ċentru jidhirlu li jkun hemm il-ħtieġa, jew issirlu talba