Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-persuna li isimha qed jintbagħat separatament tkeċċa mill-Awtorita' tad-Djar? Jista' jgħid kemm ilha sejra il-kwistjoni?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant hi uffiċċjal pubbliku li kienet sekondata ma' l-Awtorita' tad-Djar u issa reġet lura mas-servizz pubbliku.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'ser jiġri minn nies li sa ftit żmien ilu kienu fil-bini magħruf WSSA fil-Blata l-Bajda mmexxi mill-YMCA u li ser jispiċċaw bla saqaf fuq rashom?
Jista' jgħid ukoll x'ser jiġri minn każi ġodda li fl-aħħar mill-aħħar diversi minnhom huma riferuti minn istituzzjonijiet tal-gvern?
X'alternattivi ser joffri l-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Ministeru qiegħed f'kuntatt kontinwu mal-YMCA biex tinstab soluzzjoni għal kull persuna li kienet qiegħda tingħata kenn fil-bini magħruf bħala WSSA fil-Blata l-Bajda.
Tul is-sentejn li għaddew, il-Gvern ħa numru ta' inizjattivi biex tittaffa l-problema ta' min ikollu bżonn kenn temporanju:
- infetaħ ċentru ġdid ta' emerġenza għal nisa u tfal li jkollhom bżonn kenn protett;
- intlaħaq ftehim mal-Knisja biex tinfetaħ dar ta' kenn għal nisa u tfal li jkollhom bżonn ambjent ta' sapport fejn joqgħodu fi żmien ta' tranżizzjoni.
Dan is-servizz beda jopera;
- żdied sostanzjalment il-finanzjament tal-Fondazzjoni Suriet il-Bniedem li toffri kenn temporanju għall-irġiel;
- kera proprjeta' lill-Fondazzjoni Suriet il-Bniedem biex din titranġa u tintuża għal min ikollu bżonn kenn temporanju fit-tul;
- żdied sostanzjalment il-finanzjament li l-Gvern jagħti lil Dar Merħba Bik;
- żdied sostanzjalment il-finanzjament lid-Dar Osanna Pia biex din id-dar tkabbar s-servizzi tagħha;
- l-Awtorita' tad-Djar żviluppat skema ta' għajnuna lill-għaqdiet volontarji li jipprodu servizzi ta' kenn temporanju.
Il-Gvern ser ikompli jiżviluppa s-servizzi ta' kenn temporanju skond il-bżonn, kemm b'mod dirett kif ukoll f'għajnuna lill-għaqdiet volontarji li jipprovdu jew jixtiequ jipprovdu dan is-servizz.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid liema kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura tat-tessuti għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' impjegati totali maqsuma skond id-dipartimenti u aġenziji li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għax-xahar ta' Settembru minn 1995 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-informazzjoni qiegħda tinġabar u r-risposta tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura tat-tabakk għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-kostruzzjoni (privat) għax-xahar ta' Settembru minn 1995 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li jsir arranġament biex il-persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li tinsab fis-siġġu tar-roti u tgħix biss bil-benefiċċji soċjali tħallas il-kera lid-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali f'pagamenti ta' mhux iżjed minn Lm5 fix-xahar għax hi żgur ma tiflaħx tħallas iżjed minn hekk?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jien infurmat illi d-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali diġa' għamel l-arranġamenti meħtieġa biex l-ammont li għandha tagħti l-persuna minnu ndikata jitħallas bin-nifs.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk humiex intitolati jaħdmu għas-sussidju l-anzjani li d-dettalji tagħhom qed jintbagħtu separatament biex isewwu s-saqaf perikoluż tad-dar ċkejkna tagħhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-familja ndikat mill-Onor. Interpellant tista' tibbenefika mill-Iskema li tipprovdi għal għajnuna biex isir xogħol ta' tiswijiet fid-dar, kemm jekk din hi proprjeta' tagħha kemm jekk hi mikrija mill-privat jew il-Gvern, kemm il-darba tissodisfa dawn il-kriterji prinċipali:
1. Id-dħul annwali skond in-numru tal-membri tal-familja ma jeċċedix Lm5,000 u/jew;
2. ma għandiex assi li jeċċedu s-somma ta' Lm12,000 u/jew;
3. ma għandiex fil-pussess tagħha fond ieħor ta' residenza adekwata għaliha.
Jista’ l-Viċi Prim Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru. 23532 dwar dar ta' l-anzjani ta' l-Mtarfa?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nassigura lill-Onor. Interpellant li l-anzjani fl-Imtarfa Home huma kkurati u jiġu maħsula regolarment skond il-ħtieġa ndividwali ta' dak li jkun, u dan jiddependi mill-livell ta' dipendenza tal-pazjent.
Ninsab infurmat li l-iskip li suppost hu għall-użu tar-residenti tal-Home, qiegħed jintuża wkoll minn nies oħra u f'dan ir-rigward qiegħdin isiru taħdidiet mal-Kunsill Lokali ta' l-Imtarfa.
Ninsab infurmat ukoll li l-amministrazzjoni tal-Home ma tagħti ebda ġurnal lir-residenti, la lokali u lanqas barrani.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi breakdown ta' l-impjegati ta' l-Imtarfa Home għas-snin 1999 u 2000 u l-lum.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura ta' l-għamara għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid jekk il-persuna indikata separatament min din il-mistoqsija hux ser tibbenefika b'xi żieda fil-pensjoni tagħha u dan permezz tal-reorganisation li saret fiċ-ċivil?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 22849 f'Seduta 473 u partikolarment għall-aħħar parti ta' dik it-Tweġiba.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li l-applikant HA 46/2000 għax-xiri tal-fond 18, Raymar, Żnuber Str, San Ġwann ma ngħatax il-benefiċċju li jgwadi mill-iskema ta' sussidju fuq xiri tad-djar li kienet aktar favorevoli għal dik li hemm illum? Jekk dan huwa dovut għall-iskadenza ta' l-iskema, jista' jgħid meta din l-iskema ġiet fit-tmiem tagħha?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-persuna li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant applikat biex tixtri d-dar tal-Gvern li toqgħod fiha fid-29 ta' Marzu 2000. Din l-applikazzjoni saret taht l-Iskema Numru 6, li ġiet ippubblikata fil-Gażżetta tal-Gvern fit-8 ta' Ottubru 1999.
L-Iskema preċedenti dwar l-istess suġġett, jiġifieri Skema I, kienet valida sas-7 ta' Ottubru 1999.
Jista' l-Ministru jara li jibda joħroġ iċ-cheque tal-pensjoni ta' anzjana li l-dettalji tagħha jidhru separatament minn din il-mistoqsija peress li mhix tirċievi l-ebda dħul finanzjarju? Tista' din l-anzjana tieħu risposta u tirċievi l-aħħar żvillupi bil-miktub?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-anzjana imsemmija applikat għall-Pensjoni għar-Romol fil-31 ta' Jannar, 2001. Il-każ diġa' ġie finaliżżat u ser tirċievi l-ewwel ċekk din il-ġimgħa. Dwar dan il-pensjonanta ġiet infurmata bil-miktub.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li katusa ta' bitħa ta' flats tal-Gvern fi Blokk 2, Skema 2, Telgħet Raħal Ġdid, Paola, titranġa u jintbagħtu ħaddiema biex jiftħu din il-katusa minħabba li ħiereġ ħafna drenaġġ?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Għaddejt it-talba tal-Onor. Interpellant lid-Dipartiment tal-Bini u Tiswija ta' Djar għall-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura ta' l-ikel mal-privat għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' persuni li kellhom impjieg fil-qasam tal-manifattura taż-żraben għax-xahar ta' Settembru mill-1995 sal-lum?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jara li s-servizz telecare jiġi provdut lil persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament li kif spjegajt f'mistoqsija preċedenti għandha bżonn urġenti għax tgħix waħedha u hi marida? Meta se jiġi pprovdut dan is-servizz?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li t-Telecare Centre ma rċieva ebda applikazzjoni mingħand il-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant, għalhekk din il-persuna ser tiġi pprovduta b'formola ta' applikazzjoni biex tkun tista' tagħmel talba għas-servizz.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li bihom tiġi evalwata l-qgħada ta' nisa bi tfal, partikolarment li qegħdin f'shelter u li m'għandhomx residenza fejn imorru wara li jgħalqilhom it-terminu taż-żmien, li jistgħu jkunu fix-shelter mid-dipartiment ta' l-akkomodazzjoni soċjali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Sallum il-kriterji li jintużaw huma l-istess bħal dawk li jintużaw fil-każi li għandu d-Dipartiment. Madanakollu, is-sistema l-ġdida ta' kif jinħadmu l-punti, tagħti konsiderazzjoni għaċ-ċirkostanzi ta' każijiet bħal dawn.
Jista' l-Viċi Prim Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-pakkett edukattiv "Ħoloq" imniedi mill-kummissjoni nazzjonali persusni b'diżabilita'?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Kummissjoni Nazzjonali Persuni b'Diżabilita' ppubblikat t-tieni edizzjoni tal-pakett edukattiv Ħoloq fl-1999. Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja ta' dan il-pakkett.