Legislature:
Category:
Reset
Active:

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 mill-impjegati fis-segretarjat privat huwa ta' Lm2109.85. Dawk intitolati u l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 huma : Kap tas-Segretarjat - Lm 833.38 Is-Segretarju Privat - Lm 193.83 Il-Kordinatur tal-Komunikazzjoni - Lm1082.64

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Taxxi

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8883 u cioe' jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-miżati li daħħal l-MCAST huma dawk mill-istudenti barranin u mill-korsijiet part-time. Il-miżata għall-istudenti barranin hija ta' Lm1,200 kull sena. Il-Kuleġġ iċċarġja Lm1,100 fis-sena 2003 (bir-rata tas-sena 2002). Informat wkoll li fl-Universita' ddaħlu dawn il-korsijiet ġodda u b'hekk miżati ġodda : Master of Psychology Lm1500 Ba fil-Kriminoloġija Lm 250 Microsoft Certified Systems Engineer Lm 300 Developer Ca.Net Lm 250 VB.Net Lm 300

Kurrikulu Nazzjonali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 3546, jista' il-Ministru jgħid xi żviluppi kien hemm fir-rigward tat-twettiq tal-kurrikulu nazzjonali minn Diċembru 2003 sal-lum? Jista' jgħid jekk sarx assessment ta' xi twettiq mill-kurrikulu nazzjonali minn mindu daħal fis-seħħ? Jekk iva, jista' ipoġġi dan id-dokument fuq il-mejda tal-Kamra?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Kurrikulu (NCC) wettaq programm ta’ ħidma ta’ twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali. Parti min dan il-programm ta’ twettiq kien il-finanzjament ta’ diversi proġetti kurrikulari fl-iskejjel. Dawn il-proġetti kienu jittrattaw diversi aspetti tal-Kurrikulu fosthom dawn l-oqsma: il-litteriżmu, l-inklużjoni, il-valuri, twettiq ta’ edukazzjoni ta’ kwalità kif ukoll proġetti dwar ix-xjenza u t-teknoloġija. Il-Kunsill Nazzjonali (NCC) qed iwettaq ukoll programm dwar l-inklużjoni permezz tal-grupp immexxi minn Dr Paul Bartolo. L-għan ta’ dan il-proġett hu li jgħin lill-iskejjel jiżviluppaw kultura u politika ta’ inklużjoni u riżorsi biex jissapportjaw l-inklużjoni ta’ studenti bi ħtiġijiet speċjali (IEN) f’edukazzjoni regolari. Il-Kunsill ħadem ukoll mal-grupp tax-Xjenza Ko-ordinata dwar sillabu tax-Xjenza Ko-ordinata. Sar ukoll ħafna taħriġ mid-Dipartiment tal-Kurrikulu fuq il-Level Descriptors li ġew introdotti aktar kmieni din is-sena. Dawn il-Level Descriptors huma pass ieħor lejn it-twettiq tal-Kurrikulu. Din is-sena n-numru ta’ parteċipanti għal dawn il-korsijiet ta’taħriġ kienu ferm akbar minn tas-snin ta’ qabel peress li ngħata taħriġ lil gruppi differenti għal perjodu iqsar mis-soltu. Matul is-sena 2004 saru wkoll żewġ Konferenzi Nazzjonali, waħda f’Marzu u l-oħra f’Ottubru. L-ewwel waħda kienet iffokata fuq it-tagħlim ta’ l-Ingliż u l-oħra fuq it-tagħlim tal-Matematika. Saru wkoll laqgħat preliminari dwar il-Konferenza Nazzjonali fuq il-tagħlim tal-Malti. Il-kors li wassal għal ċertifikat fil-Community Learning, li sar mill-Kunsill tal-Kurrikulu (NCC) bil-kollaborazzjoni tal-Fakultà ta’ l-Edukazzjoni ta’ l-Università ta’ Malta, ġie fi tmiemu f’Settembru li għadda. It-twettiq tal-Kurrikulu huwa proċess kontinwu li ma jsirx mid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni jew mill-Kunsill tal-Kurrikulu (NCC) biss. Huwa l-obbligu ta’ kull skola li twettaq il-Kurrikulu Nazzjonali. Assessjar ta’ xi twettaq mill-Kurrikulu seta’ sar mill-Assoċċjazzjoni tal-Kunsilli Skolastiċi (AKS) u mill-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol.

Ministeru ta' l-Edukazzjoni — Vetturi u mobile phones

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 7858 u cioe' jista' jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' vetturi u mobile phonesużati minn staff impjegat kemm fis-segretarjat privat tal-ministru kif ukoll mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni separatament? Kemm mill-vetturi huma mikrija u b'liema prezz? Min jużahom? Jista' jgħid ukoll kemm hu stmat li jiswew il-kirjiet tal-vetturi matul din is-sena finanzjarja? Rigward il-mobile phones, min huwa ntitolat biex jużahom u kemm hu stmat li jiswew il-kontijiet tagħhom matul din is-sena finanzjarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lil Onor. Membru jirreferi għat-tweġiba tal-Mistoqsija numru 8355, f'Seduta 188.

Impjiegi — Sensji

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema fil-lukandi li matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena ngħataw is-sensja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk : 2004 Numru ta' Sensji Jannar 22 Frar 20 Marzu 27 April 13 Mejju 14 Ġunju 6 Lulju 10 Awissu 3 Settembru 11

Smart Card

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema ħwienet u negozji huma ntitolati li jitħallsu bl-ismart card ta' l-istudenti? Liema huma s-servizzi u l-prodotti li jistgħu jinxtraw bl-ismart card? Għaliex qed ikun hemm dewmien biex il-pagamenti li saru bl-ismart card jiġu effettwati lis-sidien tal-ħwienet? Kemm hemm negozji li huma ntitolati li jitħallsu bl-ismart card?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-iSmart Card ta' l-istudenti tista' tintuża fi ħwienet li applikaw u kienu aċċettati fis-sistema u li jbiegħu kotba, materjal edukattiv u servizzi anċillari, ħwienet tal-kompjuters, organizazzjonijiet li jipprovdu s-servizz ta' l-Internet. Hemm ukoll ħwienet li jbiegħu materjal sportiv u oħrajn li joffru prodotti jew servizzi meħtieġa għal korsijiet partikolari, bħala huma dak tal-Hairdressing u Beauty Therapy. Informat ukoll li m'hemmx lista definita' ta' prodotti u servizzi li jistgħu jinxtraw minn żmien għal żmien skond il-ħtiġijiet ta' l-istudenti konfermati mill-awtoritajiet edukattivi. Iżda kulmin hu fis-sistema jaf x'inhuma dawk l-affarijiet u servizzi li ma jistax jaċċetta għalihom ħlas bil-Card. Bħala regola, l-ħlas lis-sidien tal-ħwienet isir kull 3 ġimgħat. Ġieli kien hemm każi fejn kien hemm xi dewmien għal diversi raġunijiet, fosthom xi numru tal-kont bankarju fejn ikunu depożitati l-flus li jkun żbaljat. Ninsab infomat li bħalissa hemm 256 negozju li jaċċettaw ħlas b'li Smart Card u dawn jiżdiedu regolarment.

Kunsill Malti għall-Isport

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7848, jista' il-Ministru jgħid kemm kienu l-flus li ngħataw f'għajnuna finanzjarja lill-għaqdiet sportivi mill-Lm582,234 imsemmija?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija numru 8239.

Edukazzjoni — Vetturi/Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 7858 u cioe' jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' vetturi u mobile phonesużati minn staff impjegat kemm fis-segretarjat privat tal-ministru kif ukoll mad-diviżjoni ta' l-edukazzjoni separatament? Kemm mill-vetturi huma mikrija u b'liema prezz? Min jużahom? Jista' jgħid ukoll kemm hu stmat li jiswew il-kirjiet tal-vetturi matul din is-sena finanzjarja? Rigward il-mobile phones, min huwa ntitolat biex jużahom u kemm hu stmat li jiswew il-kontijiet tagħhom matul din is-sena finanzjarja?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' mobile phones użati mill-istaff tas-Segretarjat Privat fil-Ministeru ta' l-Edukazzjoni, Żgħażagħ u Xogħol hu tlieta (3). Dwar stima ta' kontijiet, din hija diffiċli li ssir b'mod vijjabbli peress li l-użu ta' mobile phones isir skond in-neċessita' u ċ-ċirkostanzi tal-mument fid-diversi pożizzjonijiet ta' min ikun intitolat għalihom. Informat ukoll li l-Ministeru tiegħi xorta waħda jissorvelja kif meħtieġ dwar il-massimu ta' Lm350 fis-sena għal kull mobile phone, skond kif indikat fiċ-ċirkulari Numru 4/2002 ta' 1 ta' Frar, 2002, tal-Ministeru tal-Finanzi. Dawk intitolati li jużaw il-mobile phone huma; Il-Kap tas-Segretarjat Privat - Is-sur Charlo' Bonniċi, is-Segretarju Privat - is-Sur Pierre Cauchi u il-Kordinatur tal-Komunikazzjoni - is-Sur Claude Sciberras. Informat ukoll li n-numru ta' vetturi fis-segretarjat privat huwa għaxra (10). Disgħa (9) minn dawn huma mikrija. Waħda minn dawn li tintuża mill-Ministru bi prezz ta' Lm17.70 kuljum, tnejn (2) għal użu tas-segretarju privat u assistent privat, bi prezz ta' Lm8.26 kuljum kull waħda u sitta (6) għal użu ġenerali fis-segretarjat għal prezz ta' Lm7.08 kuljum kull waħda, bl-eċċezzjoni ta' vettura waħda, li tinkera bi prezz ta' Lm4.36 kuljum. L-ispiża għall-kirjiet ta' vetturi fis-segretarjat privat għal din is-sena finanzjarja hija stmata li tammonta għal Lm27,100.

Edukazzjoni — Educational Officers

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8025, jista' il-Ministru jgħid x'inhuma s-suġġetti tal-48 educational officer fid-diviżjoni ta' l-edukazzjoni? Jista' jgħid ukoll kemm hemm vakanzi u f'liema suġġetti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li b'kollox hemm 74 post li 26 minnhom huma vakanti. Ser inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-postijiet kollha li hemm ta' l-Educational Officers, inklużi dawk vakanti.

Santa Venera — Skola Vincenzo Buġeja

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8681 u cioe' jista' jgħid kemm studenti mil-lokalita' ta' Ħal Qormi jattendu l-iskola sekondarja tas-subien Vincenzo Bugeja, Santa Venera f'forms 1, 2, 3, 4 u 5?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' l-istudenti li jattendu l-iskola sekondarja tas-subien Vincenzo Bugeja huma hekk : Form 1 - 2 studenti Form 2 - 4 Form 3 - 4 Form 4 - 1 Form 5 - 3 Total - 14

Edukazzjoni, Żgħażagħ u Impjiegi — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Skejjel — Btajjel tas-sajf

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li l-btajjel ta' l-iskola, speċjalment dawk tas-sajf, jitnaqqsu minn kif inhuma llum? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid xi studju qed isir u minn min?

Response (GALEA, LOUIS)

M'hemm l-ebda ħsieb li jitnaqqsu l-btajjel ta' l-iskola, inkluż dawk tas-sajf.

Programm għal Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7459, jista' il-Ministru jgħid kif intqal li hemm 30 applikant meta fil-ġurnali kien rapportat li hemm madwar 100?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ħamsa u tmenin (85) proposta ġew mitfugħa fl-ewwel sejħa għall-Proposti. Jirriżulta li r-rapport dwar 30 applikazzjoni huwa żbaljat. Informat ukoll li l-proċess għadu għaddej.

Għalliema tal-PSD

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienu dawk li applikaw biex jgħallmu l-PSD? Kemm daħlu s'issa? Jista' jgħid ukoll jekk hemmx il-ħsieb li jidħlu aktar għalliema għal dan is-suġġett? Jekk fl-affermattiv, kemm u meta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li kien hemm 40 kandidat li applikaw biex jgħallmu l-PSD, 8 minnhom kienu ineliġibbli. It-32 l-oħra ġew intervistati u għaddew kollha.

Edukazzjoni — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8305 u cioe' jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Skejjel ta' l-Istat — Assenteiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm tfal fl-iskejjel sekondarji tal-gvern li ilhom aktar minn sena ma jattendu l-iskola? Għaliex ma jattendux? X'passi jittieħdu f'każijiet bħal dawn? X'passi diġa' ittieħdu fil-każijiet preżenti?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.