Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 800 u cioe' jgħid kemm jammontaw il-Bars, Pub's u stabilimenti simili li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna? Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita', u x'klassifikazzjoni għandhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Turiżmu għandha 1,885 bars u pubs, 21 Coffee Shops u 19-il kioskf'sit fiss reġistrati u liċenzjati magħha.
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista li turi liema huma u kemm hemm f'kull lokalita, f'Ġunju 2003. Dawn l-istabbilimenti għandhom klassi waħda.
Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 811 u cioe' jgħid kemm hawn holiday flats, holiday appartments u djar oħra, lokalita' b'lokalita', li għandhom il-liċenzja biex jinkrew u jgħid ukoll jekk teżistix klassifikazzjoni ta' dawn? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti wkoll id-dettalji tal-klassifikazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jikkonferma l-Ministru li bħalissa qed isiru nvestigazzjonijiet f'mill-inqas żewġ uffiċini separati barranin tal-MTA dwar allegati rregolaritajiet finanzjarji? Jekk fl-affermattiv, f'liema outposts tal-MIA qed isiru dawn l-investigazzjonijiet?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta bħalissa qiegħda tinvestiga wieħed mill-uffiċini barranin tagħha fejn matul is-sena 2002 saret nefqa akbar mill-budget awtorizzat.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
Jista' il-Ministru jgħid xi programm għandu l-gvern għall-xogħlijiet ta' upgrading fil-bajjiet u x-xtut ?
Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta se jsiru u kemm huwa mistenni li jiswew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Il-Ministeru qed jikkonsidra programm ta' titjib f'għadd ta' bajjiet li jkopri wkoll l-immaniġġjar ta' l-istess bajjiet, u bi ħsiebu jissottometti applikazzjonijiet lill-MEPA f'dan ir-rigward. L-ewwel proġett li għandu jigi mwettaq huwa dak fil-bajja ta' San Ġorġ.
Persuni ta' nazzjonalita' Afrikana — Introduzzjoni ta' visa
Question
Jista' il-Ministru jgħid jekk sarx jew hux se jsir studju dwar l-impatt ta' l-introduzzjoni tal-visa għal ċittadini minn pajjiżi mit-tramuntana ta' l-Afrika (mas-sħubija sħiħa ta' Malta fl-UE), fuq it-turiżmu minn dan ir-reġjun?
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru xogħlijiet ta' upgrading f'bajjiet u xtut fis-snin 2000,01,02,03?
Jista' jgħid liema huma dawn ix-xogħlijiet, meta saru u kemm swew?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-Awtorita' tat-Turiżmu fis-snin indikati ipparteċipat fi proġetti kapitali ta' upgrading f'bajjiet. L-Awtorita' tieħu sehem biss fi proġetti fuq skala żgħira u b'kollaborazzjoni ma' aġenziji oħra tal-Gvern u Kunsilli Lokali. F'dan ir-rigward nistgħu nsemmu l-proġett tal-Exiles li sewa madwar Lm 22,191., Salina Embellishment Project li sewa Lm 19,792. u l-proġett ta' upgrading fil-promenade ta' Marsalforn flimkien mal-Kunsill Lokali taż-Żebbug, li sewa madwar Lm 13,930.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' karozzi tal-gvern li qegħdin jintużaw mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Kemm minn dawn huma government owned u kemm huma mikrija? Fil-każ ta' dawk mikrija, jista' jgħid kemm huma mikrija u jekk humiex leased on contract? Min qed jagħmel użu minn dawn il-karozzi?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-għadd ta' karozzi li qed jintużaw minn uffiċjali fil-Ministeru u fid-Dipartiment tat-Turiżmu inkluż l-I.T.S. huwa ta' 21 li 14 minnhom huma mikrija. Ninsab infurmat ukoll li ħlief għal karozza waħda li hi mikrija bil-prezz ta' Lm6.90 kuljum, l-oħrajn huma kollha mikrija Lm3.70 kull ġurnata.
Kemm inxtraw karozzi ġodda jew huma fil-proċess li jinxtraw u kemm, jew mikrija jew huma fil-proċess li jinkrew mit-12 ta' April ta' din is-sena sal-lum mill-Ministeru tat-Turiżmu u d-Dipartimenti, korporazzjonijiet, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-Ministeru tat-Turiżmu? Kemm fil-fatt huwa n-numru totali ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dikasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru tat-Turiżmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Ministeru, d-Dipartiment tat-Turiżmu u l-Awtorita' Maltija għat-Turiżmu mit-12 ta' April ta' din is-sena sa llum xtraw jew krew karozzi kif ġej:
Ministeru għat-Turiżmu
Inkrew 8
Inxtraw /
Dipartiment tat-Turiżmu/l-Istitut għal Istudji Turistiċi
Inkrew 1 (ITS - Karozza nkriet għal 5 t'ijiem għall-eżamijiet t'Għawdex)
Inxtraw /
Awtorita' Maltija għat-Turiżmu
Inkrew /
Inxtraw /
Fil-fatt it-total ta' karozzi mixtrija u mikrija mid-dekasteri li jaqgħu taħt il-Ministeru għat-Turiżmu hu kif ġej:
Ministeru għat-Turiżmu
Mikrija 8
Mixtrija 4
Dipartiment tat-Turiżmu /l-Istitut għal Istudji Turistiċi
Mikrija 6
Mixtrija 3
Awtorita' Maltija għat-Turiżmu
Mikrija 17
Mixtrija Xejn
MTA — Għaqdiet u Assoċjazzjonijiet/integrati fl-MTA
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm sa mit-twaqqif tal-MTA kien hemm Għaqdiet, Assoċjazzjonijiet jew xorta oħra li talbu li jiġu integrati fl-MTA u t-talba tagħhom ma' ġietx aċċettata? Jista' jgħid f'kull każ x'kienet ir-raġuni li t-talba tagħhom ma' ġietx aċċettata?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li l-Att dwar Servizzi ta' l-Ivvjaġġar u tat-Turiżmu għal Malta (Kap 409) jillimita l-għadd ta' membri li jistgħu jiġu maħtura fuq l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta u fuq id-Direttorati Eżekuttivi li jaqgħu taħtha.
L-Att jaħseb ukoll biex lejn l-aħħar tas-sena jsiru erba' elezzjonijiet biex jiġu maħtura għadd ta' persuni "fuq ir-rakkomandazzjoni ta' dawk l-Assoċjazzjonijiet l-oħra li jkollhom l-għarfien tal-Ministru bħala li l-aktar jirrappreżentaw setturi oħra li jipprovdu servizzi ta' l-ivvjaġġar u tat-turiżmu".
Il-persuni hekk eletti jkunu jirrappreżentaw mhux biss lill-assoċjazzjoni tagħhom iżda lill-assoċjazzjonijiet l-oħra kollha li jkunu ħadu sehem fl-elezzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-ħwienet li huma awtorizzati li jbiegħu s-Souvenirs lit-Turisti li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna?
Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita' ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-Gwidi li hawn jaħdmu f'Malta, Għawdex u Kemmuna?
Jista' jgħid kemm minhom huma Maltin u kemm minhom huma barranin? Jista jgħid ta' liema nazzjonalita huma? Jista' jgħid min qiegħed jimpjeghom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li n-numru ta' gwidi liċenzjati mid-Direttorat fl-Awtorita' tat-Turiżmu, biex jaħdmu fil-gżejjer Maltin huwa ta' 555. Minn dawn 549 huma Maltin u 6 huma barranin.
In-nazzjonalita hija kif imsemmija hawn taħt:
Ċiniż 1
Flemish 2
Ġappuniż 1
Olandiż 2
Billi l-aħħar parti tal-mistoqsija mhix ċara biżżejjed, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jikkjarifika t-tip ta' nformazzjoni li jixtieq.
Jista' il-Ministru jgħid kemm jammontaw ir-Rap's/Rep's li hawn jaħdmu f'Malta, Għawdex u Kemmuna?
Jista' jgħid kemm minhom huma Maltin u kemm minhom huma barranin? Jista jgħid ta' liema nazzjonalita huma? Jista' jgħid min qiegħed jimpjeghom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn holiday flats, holiday appartments u djar oħra, lokalita' b'lokalita', li għandhom il-liċenzja biex jinkrew u jgħid ukoll jekk teżistix klassifikazzjoni ta' dawn? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti wkoll id-dettalji tal-klassifikazzjoni?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' il-Ministru jgħdi kemm il-Għaqda, Assoċjazzjoni jew xorta oħra huma rappreżentati fl-MTA? Jista' jgħid liema huma u f'liema bordijiet huma rappreżentati? Jista' jgħid min huma l-persuna/persuni li qed jirrappreżentaw lil kull wħada minn dawn imsemmija?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra dokument li jagħti l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Ministru ġentilment jinfurmani jekk ix-xogħol li għaddej issa, f'Paceville hux se jkompli fix-xhur tas-sajf?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra Press Release li nħarġet mill-Ministeru għat-Turiżmu dwar ix-xogħol ta' kostruzzjoni f'zoni turistiċi fil-perjodu tas-Sajf.
Ninsab infurmat ukoll li għalkemm il-Ministeru mhux involut direttament fil-proġett ta' Paceville, permezz ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu, għamel appell biex ix-xogħlijiet, f'zoni turistiċi, inkluż f'Paceville għandhom jitħaffu peress li dawn huma zoni sensittivi għall-industrija tat-Turiżmu.
Restaurants u stabilimenti ta' l-ikel — Malta, Għawdex u Kemmuna
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw ir-restaurants u stabilimenti oħra ta’ l-ikel li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna?
Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita', u x'klassifikazzjoni għandhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' 944 stabbiliment li jservu l-ikel, reġistrati u liċenzjati ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-Bars, Pub's u stabilimenti simili li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna?
Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita', u x'klassifikazzjoni għandhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw il-Leisure Clubs/Centres u stabilimenti simili li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna?
Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita', u x'klassifikazzjoni għandhom?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispjega eżattament għal liema stabbilimenti qed jirreferi minħabba li, kif ninsab infurmat, il-kategorija ta' Leisure Clubs/Centres ma teżistix taħt ir-regolamenti ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta.
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw l-Aġenziji ta’ l-Ivjaġġar li hawn f'Malta, Għawdex u Kemmuna?
Jista' jgħid liema huma, lokalita' b'lokalita' ?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta' 229 aġenziji ta' l-ivjaġġar reġistrati u liċenzjati ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta, li turi l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Buġibba — Xogħol ta' kostruzzjoni f'areas turistiċi
Question
Jista' il-Ministru ġentilment jgħid jekk xogħol ta' kostruzzjoni fejn siti privati f'areas turistiċi, speċjalment f'Buġibba, humiex qegħdin jiġu permessi fiż-żmien tas-sajf u jekk fl-affermattiv, humiex qed isiru kontrolli biex b'dan ix-xogħol ma ssirx ħsara lill-industrija tat-turiżmu?
Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)
Ninsab infurmat li ttieħdu miżuri biex, din is-sena wkoll, ix-xogħol ta' kostruzzjoni fl-inħawi turistiċi jkun regolat b'mod li ma ssirx ħsara lill-industrija tat-turiżmu. Bħas-snin li għaddew, intlaħaq ftehim mal-partijiet kollha konċernati biex il-miżuri applikati fis-sajf ta' l-2002 jerġgħu jkunu fis-seħħ bejn l-1 ta' Lulju u t-30 ta' Settembru 2003.
F'dan il-perjodu, ebda xogħol ta' kostruzzjoni ma jista' jsir qabel it-8.00 ta' filgħodu, u kull xogħol għandu bilfors jieqaf bejn is-2.00 u t-3.30 ta' wara nofsinhar. Tul il-perjodu ta' tliet xhur, twaqqigħ ta' bini u qtugħ ta' blat ma jistax isir.
Il-miżuri japplikaw f'zoni f'San Ġiljan, Tas-Sliema, il-Mellieħa, Buġibba, il-Qawra, ix-Xemxija, Wied il-Għajn, Marsalforn u x-Xlendi.
Ninsab infurmat ukoll li l-kunsilli lokali konċernati ġew provduti bi pjanti li jindikaw fejn sewwasew, fil-lokalita' tagħhom, il-miżuri huma applikabbli. Il-pulizija kienet ukoll mgħarrfa bil-miżuri biex tkun tista' twettaq il-kontroll meħtieġ.