Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — spejjeż ta' assigurazzjoni
Question
Jista' l-Ministru jagħti rendikont tal-ispejjeż tal-assigurazzjoni fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbilità tiegħu, sew jekk huma dipartimenti, aenziji, kumpaniji, awtoritajiet u l-korporazzjonijiet għas-sena 2013 u 2014 (sad-data tal-mistoqsija) u jagħti d-dettalji tal-ammonti imħallsa/invoiced u l-aġenziji/brokers tal-assigurazzjoni li mingħandhom qed jittieħed is-servizz?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill- Onorevoli Interpellant.
San Pawl il-Baħar — Triq Jean de la Cassiere - xogħlijiet
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 12306, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta nbdiet il-koordinazzjoni dwar kull xogħol ta' servizzi li kienu/huma meħtieġa jsiru fi Triq Jean de la Cassiere, f'San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li jitkompla x-xogħol f'din il-parti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi l-kordinazzjoni bdiet f’Ottubru 2013 mal-entitajiet kollha li setgħa kellhom bżonn jgħaddu xi servizz. Ix-xogħol jitkompla ladarba il-WSC jkollhom id-dokumentazzjoni meħtieġa, ħalli l-kuntrattur l-ewwel ikun jista’ jkompli bix- xogħol tiegħu.
Jista’ l-Ministru jgħid fiex wasal il-programm pilota ta’ investiment fi qsari li jsebbħu ż-żoni urbani u li għalih saret referenza fid-diskors tal-Budget għal 2014? Meta ser jispiċċa dan il-proċess?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi il-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru ikkonċernat.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – mobile phones mħallsa mill-Gvern
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat, inkluż il-Ministru, li għandhom mobile telephone imħallas mill-Gvern? Jista’ jgħid kemm kienet in-nefqa globali minn April 2013 s’issa?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant tispeċifika il-perjodu li tiegħu trid l-informazzjoni, jekk hux sa meta saret il-mistoqsija jew sa meta ser tiġi imwieġba. Dan biex tingħata l-informazzjoni korretta.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk bl-introduzzjoni tar-rotot l-ġodda hemmx il-ħsieb li tiġi estiża r-rotta li tipprovdi servizz ġewwa Marsalforn sabiex isservi wkoll lir-residenti li joqgħodu fil-parti hekk imsejħa “tax-Xwejni”?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fir-rotot hekk kif ġew proposti, ir-rotta li minn Marsalforn tmur lejn il-Bajja tal-Qbajjar mhix ser tiġi estiża għall-inħawi tax-Xwejni.
Infurmat ukoll illi jekk tiġi estiża din ir-rotta, il-karozzi tal-linja ma jkollhomx fejn iddawwru sabiex joħorġu mix-Xwejni. Ta’ min wieħed jinnota illi l-bus stop li huwa l-aktar qrib tal-inħawi tax-Xwejni jinstab f’distanza ta’ madwar 350 metru il-bogħod, li hu ikkunsidrat bħala distanza raġonevoli. Dan il-bus stop jinsab ġewwa l-bajja tal-Qbajjar.
Jista’ l-Ministru jgħid x’rotot għandhom ir-residenti ta’ Ħal Lija u xi frekwenzi għandhom dawn ir-rotot?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat li r-rotot li jservu il-lokalità ta’ Ħal-Lija kif ukoll il-frekwenzi tagħhom huma dawn li ġejjin:
Numru tar-Rotta
Frekwenza waqt ħinijiet
Peak
37
60 minuta
38
60 minuta
41
30 minuta
42
60 minuta
43
20 minuta
44
30 minuta
45
20 minuta
55
60 minuta
106
30 minuta
136
60 minuta
Jista’ l-Ministru jgħid hemmx ħsieb li jinbidel il-bus shelter li hemm fi Triq il-Mosta (faċċata tal-JB) jew li jiġu installati bankijiet ġox-shelter eżistenti minħabba li dan m’għandux bankijiet u peress li qiegħed ġo triq arterjali jintuża ħafna mill-anzjani tal-lokal?
Response (MIZZI, JOE)
Ninsab infurmat illi l-bus shelter li qiegħed jirreferi għalih l-Onorevoli Interpellant ġie renovat ftit tax-xhur ilu fejn, minbarra illi dan ix-shelter ġie miżbugħ, inbidlulu wkoll xi partijiet minn dan ix-shelter illi kienu imkissrin jew nieqsa.
Infurmat ukoll illi Transport Malta ser tkun qiegħda tara jekk jistax jeħel xi tip ta' bank f' dan ix-shelter.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xiri ta' biljetti tal-ajru
Question
Jista’ l-Ministru jgħid, b’mod separat, liema kienu l-aġenziji tal-ivvjaġġar li mingħadhom inxtraw il-biljetti tal-ajru tal-Ministeru, id-Dipartimenti, l-entitajiet, l-aġenziji, il-koporazzjonijiet, l-awtoritajiet, il-kummissjonijiet, il-kumpaniji, u l-fondazzjonijiet li jaqgħu taħtu u kemm kien il-ħlas f’kull każ? Jista’ jagħti din l-informazzjoni għas-snin bejn l-2004 u l-2012, sena b’sena b’mod separat? Jista’ jgħid kemm tħallset kull aġenzija b’mod totali fis-snin indikati? Jista’ jgħid f’kull każ jekk il-ħlas sarx b’direct order jew le?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Ta’ min jgħid li fil-perjodu imsemmi, intefqu xejn inqas minn €2,169,393.53 fuq xiri ta’ biljetti tal-ajru mill- aġenziji tal-ivvjaġġar. Dan barra is-somma ta’ €875,513.52 f’ biljetti li ġew mixtrija direttament mill-kumpaniji tal-ajru. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jinnota illi għalkemm għal numru ta’ snin mill-imsemmi perjodu, l-entita’ Wasteserv kienet tifforma parti minn dan il-Ministeru, għall-fini ta’ din it-tweġiba, l-ispiża fuq infieq fuq biljetti tal-ajru minn din l-istess entita’ ser tingħata mill-Ministeru għall-Iżvilupp Sostenibbli, l-Ambjent u Tibdil fil-Klima.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — kuntratti ta' konsulenza
Question
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 11558, jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba u li tkopri il-perjodu mill-1 ta' Ottubru 2013 sat-30 ta' Settembru 2014?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jispeċifika jekk hux jirreferi ukoll għall-kuntratti ta’ konsulenza li ġew ingaġġati mill-amministrazzjoni preċedenti u aktar ‘l quddiem ġew imġedda.
Is-Siġġiewi – Triq Dun Ġużepp Aquilina – numerar tad-djar
Question
Jista’ l-Ministru jgħid meta se jsir in-numerar fi Triq Dun Ġużepp Aquilina, fis-Siġġiewi?
Response (MIZZI, JOE)
Ser issir spezzjoni mid-Door Numbering Unit fit-triq imsemmija sabiex tkun stabbilita is-sitwazzjoni preżenti rigward in-numri tal-bibien f’din it-triq. Jekk tinħass il-ħtieġa li jsir eżerċizzju ta’ numerar tal-bibien, dan ikun maħdum u sussegwentement ippubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern ftit żmien qabel ikun ser isir il-bdil tal-Karti tal-Identita’ fis-Siġġiewi bħala parti mill-eżerċizzju nazzjonali tal-bdil tal-Karti tal-Identità. Għal dan il-għan id-Door Numbering Unit qed twettaq il-ħidma tagħa fid-diversi lokalitajiet b’ko-ordinazzjoni sħiħa mal-Uffiċċju Elettorali u l-IDMO.
San Pawl il-Baħar — Triq Jean de la Cassiere - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar x'tip ta' koordinazzjoni saret mal-entitajiet, rigward ix-xogħol ta' tarmak li suppost se jsir fi Triq Jean de la Cassiere San Pawl il-Baħar? Meta hu mistenni li jsir ix-xogħol meħtieġ f'din it-triq?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li Transport Malta bdiet ix-xogħlijiet f’din it-triq. Minħabba l-fatt li mill-koordinazzjoni mal-entitajiet irriżulta li l-Water Services Corporation għandhom bżonn jagħmlu xogħlijiet f’din it-triq, bħalissa Transport Malta qed tistenna lil din l-entità tlesti d-dokumentazzjoni meħtieġa biex il-kuntrattur ikun jista’ jagħmel dawn ix-xogħlijiet ukoll.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jinbeda x-xogħol fi Triq is-Simar, San Pawl il-Baħar, biex jiġi assigurat li r-residenti jkunu jistgħu jagħmlu użu mill-proprjetà tagħhom, mingħajr periklu għalihom u dannu għall-vetturi tagħhom? X'rappreżentazzjonjiet saru, kemm, minn korpi uffiċjali, kif ukoll mingħand individwi (mingħajr ma jingħataw ismijiet)? X'reazzjoni kellu l-Ministeru jew Transport Malta għal dawn ir-rappreżentazzjonijiet?
Response (MIZZI, JOE)
Hekk kif imwieġeb għall-mistoqsija parlamentari 11947, ninforma lill-Onor. Interpellant li Triq is-Simar għadha mhiex iffurmata skont kif titlob il-liġi u għaldaqstant kif diġà mwieġeb diversi drabi, Transport Malta ma tistax tagħmel xogħlijiet għalissa.
Billi x-xogħol fuq is-Salini limiti ta' San Pawl il-Baħar/Naxxar, kien ingħad li għandu jkun lest sa l-aħħar ta' din is-sena, iżda jidher li dan mhux se jkun il-każ, billi ilu żmien twil ma jsir xi xogħol fuq dawn l-inħawi, jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hemmx xi diffikultajiet partikulari biex ix-xogħol ikun jista' jitlesta, u b'kemm hu mistenni li titwal id-data ta' tkomplija ta' dan ix-xogħol? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm ħruġ ta' xi tenders ġodda dwar dan l-istess proġett? Jekk iva, meta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien ninsab infurmat li kien hemm xi dewmien fil-ħrug tal-aħħar tender relatat ma’ dan il-proġett.
Bħalissa għaddej ix-xogħol fuq ir-rijabilitazzjoni tas-salt marsh u t-tindif tal-garrigue (CT3182/2013).Kien hemm dewmien biex inbeda x-xogħol fuq dan il-kuntratt minħabba li din it-tender kellha terġa toħroġ wara li l-ewwel żewġ sejħiet kellhom jitwaqqgħu.
Barra dan riċentament inħarġet l-aħħar tender in konnessjoni ma’ dan il-proġett, jiġifieri dik għal kostruzzjoni u twaħħil fuq il-post ta’ pont tal-ħadid li ser jipprovdi l-aċċess mit-triq għall-proġett. (CT3184/2014). Din it-tender bħalissa qed tiġi aġġudikata.
Hu mistenni li dan il-proġett ikun lest sa’ Ġunju 2015.
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 11203, għal kemm tul ta’ żmien ġie ffirmat il-kuntratt imsemmi bejn Transport Malta u Poala Estates Ltd?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tul ta’ dan il-kuntratt huwa għal 5 snin minn meta l-uffiċini jgħaddu f’idejn Transport Malta.
Transport Malta – Is-Sannat, ix-Xewkija u l-Qala — Immaniġġar tat-traffiku
Question
B’referenza għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari 1201, jista’ l-Ministru jgħid x’tip ta’ mmaniġġar tat-traffiku sar minn Transport Malta għax-xogħol li qed isir f’diversi lokalitajiet ġewwa s-Sannat, ix-Xewkija u l-Qala f’Għawdex? Jsita’ jgħd x’inhi r-raġuni li diversi toroq ingħalqu kompletament u lanqas biss twaħħlu sinjali tat-traffiku sabiex jidderiġu lis-sewwieqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-immaniġġjar tat-traffiku għax-xogħol li qed isir f’diversi lokalitajiet ġewwa s-Sannat, ix-Xewkija u l-Qala f’Għawdex ġie imqassam f’erbgħa fażijiet biex jipprovdi l-inqas inkonvenjent possibli lill- vetturi u r-residenti.
Wara li saru d-
detections
fit-toroq biex jiġu magħrufa il-pożizzjonijiet tas-servizzi li hemm taħt it-triq, ġie stabbilit li tali xogħol irid isir fin-nofs tat-triq minħabba numru sostanzjali ta’ servizzi eżistenti u għalhekk minħabba sigurtà, ċertu toroq kellhom jiġu magħluqa. Ir-residenti ta’ dawn it-toroq dejjem tħallielhom aċċess kif ukoll lil dawk li kellhom bżonn jgħatu xi servizz.
Sinjali tat-traffiku ġew imwaħħla fuq il-post qabel ma tibda’ kull fażi, imma minħabba l-maltemp li kien hawn dawn l-aħħar jiem, xi tabelli kellhom jinqalgħu biex jiġu mibdula.
Malta Public Transport Services Ltd – każijiet ta’ dixxiplina
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru illi l-kumpanija tal-Gvern li bħalissa qiegħda topera s-servizz tat-trasport pubbliku, il-Malta Public Transport Serices Ltd., mhux qed tagħti d-dritt lill-ħaddiema li jkunu preżenti waqt seduti tal-bord tad-dixxiplina? Veru illi dawn il-każijiet tad-dixxiplina qegħdin jiġu deċiżi minn rappreżentanti tal-kumpanija Malta Public Transport Services flimkien mal-GWU mingħajr il-pre¿enza waqt dan is-smiegħ tal-ħaddiema involuti biex b’hekk ikunu jistgħu jagħtu l-verżjoni tagħhom tal-fatti? Veru illi qed jintbagħtu ittri lill-ħaddiema li jkollhom xi każ ta’ dixxiplina illi l-każ tagħħhom ser ikun deċiż mill-kumpanija Malta Public Transport Services flimkien mal-GWU, allavolja l-ħaddiem involut ikun membru ta’ union oħra jew inkella ma jkun fl-ebda union?
Response (MIZZI, JOE)
Nibda billi ngħid li mhu veru xejn li l-Malta Public Transport Services Ltd. mhux qed tagħti d-dritt lill-ħaddiema li jkunu preżenti waqt seduti tal-bord tad-dixxiplina. Insinwazzjonijiet simili ma jgħinux fil-proċess tad-demokrazija anzi jservu biss ta’ tfixkil. Għaldaqstant ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skont informazzjoni pprovduta mill-kumpanija Malta Public Transport, il-proċedura hija li l-ħaddiema dejjem jingħataw id-dritt li jkunu preżenti waqt seduti tal-bord tad-dixxiplina.
Skont proċedura maqbula mal-Union rikonoxxuta, l-impjegat inkwistjoni jiġi infumat permezz ta’ ittra li ser jiltaqa’ l-bord tad-dixxiplina flimkien mal-Union rikonoxxuta tal-ħaddiema. Fl-ittra l-impjegat jiġi infurmat li jekk irid jattendi għal dan is-smiegħ jista’ jġib miegħu rappreżentant ta’ l-għażla tiegħu. L-impjegat irid jinforma lill-kumpanija bil-ħsieb tiegħu li jattendi u għaldaqstant il-kumpanija tipprovdilu data għas-smiegħ tal-każ tiegħu. Jekk jaċċetta li s-smiegħ isir mingħajr ma jkun attenda, il-każ jiġi diskuss bejn il-bord tad-dixxiplina u l-Union rikonoxxuta li tirrappreżenta lill-ħaddiema biex tittieħed deċiżjoni mill-kumpanija.
Jekk il-Union jew il-ħaddiem ma’ jaqblux mad-deċiżjoni li tkun ittieħdet mill-kumpanija, issir seduta oħra fil-preżenza tal-ħaddiem inkwistjoni, flimkien ma’ rappreżentant tal-għażla tiegħu fejn tittieħed deċizjoni finali.
Anke wara li tittieħed deċizjoni finali, l-impjegat xorta jista’ jappela din id-deċiżjoni f’kull stadju.
Trasport Pubbliku — każ ta’ xufier li nqalagħlu l-isteering wheel tal-vettura
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jikkonferma li, kuntrarjament għal dak li qal is-CEO tal-Malta Public Transport Services Ltd, fil-każ ta’ dak ix-xufier li inqalagħlu l-isteering waqt li kien qed isuq xarabank tal-linja, ix-xufier involut ma ngħataxi ċ-ċans ta’ smiegħ xieraq u fl-ebda ħin la l-Malta Public Transport Services u lanqas Transport Malta ma bagħtu għalih biex jisimgħu l-verżjoni tiegħu tal-fatti?
Response (MIZZI, JOE)
Niġbed għall-attenzjoni tal-Onor. Interpellant illi x-xufier involut f’dan l-inċident mhux impjegat tal-kumpanija tal-Gvern Malta Public Transport Services iżda huwa jew kien impjegat ta’ wieħed mill-kuntratturi mqabbadin mill-istess kumpanija sabiex tipprovdi servizz fuq rotot tat-trasport pubbliku.
Insinwazzjonijiet simili ma jagħmlux ġieh lill-għola istituzzjoni tal-pajjiż.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux veru illi xufiera tal-Malta Public Transport Services li jaħdmu ġimgħa ta’ 40 siegħa fil-ġimgħa ma jitħallsux bis-siegħa /siegħa u nofs għal sigħat li jaħdmu fuq l-40 siegħa, mentri l-Malta Public Transport Services ħerġet sejħa għal ħaddiema fi ħdanha biex min irid jagħmel xogħol ta’ xufier wara l-40 siegħa xogħol tagħhom, jithallas bir-rata ta’ xufier iżda bis-siegħa / siegħa u nofs? Jikkonferma l-Ministru illi din hija inġustizzja max-xufiera li jaħdmu mal-Malta Public Transport Services?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi minn informazzjoni mogħtija mill-kumpanija Malta Public Transport, il-kumpanija qiegħda tħallas lill-ħaddiema kollha tagħha dawk ir-rati ta` overtime hekk kif stipulat fil-liġi meta tali ħaddiema jaqbżu il-ħin ta` xogħol massimu medju ta’ kull ġimgħa. Dan hu stipulat fil-liġi applikabbli nkluż l-Ordni għall-Kunsill tal-Pagi tat-Trasport, u/jew il-kuntratt relattiv skont il-każ.
Malta Public Transport Services – applikazzjonijiet għal xogħol ta’ xufier bl-overtime
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm applikaw nies fi ħdan il-Malta Public Transport Services Ltd li jixtiequ jagħmlu xogħol ta’ xufier wara l-40 siegħa xogħol tagħhom? Kull min applika kellu t-tag ta’ Transport Malta biex jagħmel dan ix-xogħol kif ukoll il-liċenzja biex isuq dawn it-tip ta’ vetturi? Kemm intgħażlu minn dawk li applikaw biex jagħmlu dan ix-xogħol? Min huma dawn il-persuni?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma kien hemm l-ebda applikazzjoni ġdida sabiex ħaddiema tal-Malta Public Transport Services jagħmlu xogħol ta’ xufiera wara l-40 siegħa tagħhom. Il-ħaddiema li qed jaħdmu bħala xufiera wara l-40 siegħa ta’ xogħol tagħhom kienu qed jagħmlu dan ix-xogħol qabel ma nħareġ avviż mill-kumpanija.
Infurmat ukoll li l-ħaddiema kollha li qed jagħmlu dan ix-xogħol għandhom it-tag u liċenzja ta’ Transport Malta.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — direct orders
Question
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 11543, jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji tad-direct orders li ngħataw u ċjoè lil min ingħataw dawn id-direct orders, x’kien is-servizz jew prodott mitlub u kemm kien l-ammont li tħallas mill-Gvern f’kull każ?