Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-tenders bin-numri WB25/99 u WB26/99, konnessi ma' rranġar jew asfaltar ta' toroq, ma ngħatawx lil min kellu l-irħas u l-aktar offerta vantaġġjuża?
Response (GALEA, ĊENSU)
Billi ma jirriżultax li ħarġu `tenders` konnessi ma rranġar jew asfaltar ta` toroq bir-referenzi indikati mill-Onor. Interpellant, jista l-Onor. Interpellant jindikali għal liema `tenders` qed jirreferi.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 12383 li oriġinarjament kienet saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': jista' jgħid x'se jsir sabiex tissewwa t-triq li nqalgħet kollha bil-maltemp, li mill-Kalkara tagħti għal Birgu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li t-tiswija ta' parti mill-ħsara f'din it-triq tirrikjedi li jsir xogħol fil-baħar id-Dipartiment tat-Toroq inkariga il-'Marine Section' tad-Diviżjoni tax-Xogħolijiet biex l-ewwel issir it-tiswija tal-moll.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjani għandu d-Dipartiment tat-Toroq għal Triq iċ-Ċawsli (Triq l-10 ta' Settembru) Zabbar, li ilha snin sħaħ tiġi rranġata u terġa' tinżel, bil-konsegwenza li qed iżżomm ħafna ilma u qed issir ħsara kbira lill-vetturi apparti li jkunu qed jirriskjaw li jinqalbu minħabba l-mod kif niżlet u sfrundat f'ċertu partijiet minnha? Billi din hi triq passaġġa ħafna għaliex tgħaqqad iż-Żejtun ma' Ħaż-Żabbar u l-Fgura, hemm ħsieb li tiġi rranġata b'mod permanenti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-triq indikata mill-Onor. Interpellant diġa ġiet spezzjonata f`eżerċizju li qed isir mill-Konsulenti Ġermaniżi u d-Dipartiment tat-Toroq sabiex isir programm separat għar-restawr ta` toroq bħal din, li għalkemm mhumiex toroq arterjali għandhom `linking furction` għat-trasport bejn l-ibliet u l-irħula.
Jista' l-Ministru jgħid xi pjanijiet għandu d-Dipartiment tat-Toroq biex tinstab soluzzjoni permanenti għal Girdle Road, Zabbar, bit-tama li tingħata kisja tarmac, kif intalab mill-istess kunsill lokali ta' Ħaż-Żabbar, ħalli b'hekk jiżdied it-traffiku f'din it-triq u dan fih innifsu jservi ta' deterent għal min jabbuża u juża din it-triq biex jitfa' żibel u imbarazz jew għall-affarijiet oħra illeċti? X'inhi l-pożizzjoni tal-Ministeru dwar din it-triq li llum saret problema kronika ta' Ħaż-Żabbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li t-titjib fil-Girdle Road diġa ġie diskuss mal-Kunsill Lokali ta` Haż Żabbar u anki saru testijiet li wrew li t-triq mhux biżejjed li tingħata kisja tarmak, iżda għandha bżonn xi xogħol ta` rikostruzzjoni.
Qed isiru wkoll diskusjonijiet mal-Kunsill biex titjieb is-sistema tat-traffiku fil-Girdle Road, Triq il-Foss. It-Titjib għalhekk isir meta dawn l-affarijiet jiġu finaliżżati.
B'riferenza għall-ittra li dehret fuq "l-orizzont" tal-Ġimgħa, 3 ta' Diċembru, 1999 f'paġna 11 tas-sindku ta' Ħaż-Żabbar, is-Sur Joe Fenech, jista' l-Ministru jikkummenta dwar talba tal-kunsill biex culvert li tiela' minn Wied il-Għajn jiġi estiż għal Triq il-Qalb Imqaddsa u Triq l-Iskola, Zabbar, biex jinqata' l-għargħar minn dawn it-toroq? Saret inspection mir-Roads Department u mill-Istorm Water Division? Meta saret jekk saret din il-laqgħa u fil-fatt dan ix-xogħol li qed jitlob il-kunsill se jsir? Jekk iva, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi l-Onor. Interpellant għar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 13199 u 12018 li diġa ttrattaw fuq dan is-suġġett. Ix-xogħol irid bilfors isir skond il-prijoritajiet li għandu quddiemu d-Dipartiment.
B'riferenza għar-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 13052, jista' l-Ministru jagħti breakdown għal kull lokalita' separatament ta' l-20 kilometru tarmac li ngħata matul is-sena 1999?
Peress li ħafna toroq fir-Rabat, Malta, jeħtieġu li jingħataw it-tarmac, jista'l-Ministru jikkunsidra li matul din is-sena jorganizza programm ta'l-għoti tat-tarmac għat-toroq tar-Rabat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Id-Dipartiment tat-Toroq hu responsabli mill-bini ta` toroq ġodda u riabilitazzjoni ta` toroq, mhux mill-għoti ta` `tarmac` fuq toroq eżistenti. Dan ix-xogħol hu responsabilta tal-Kunsilli Lokali.
Jista' l-Ministru jinfurmana liema huma dawk it-toroq fil-limiti tar-Rabat, bħal Baħrija, li matul din is-sena se jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mall-Kunsill Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq, li jgħaqqdu lokal ma ieħor bħal fil-każ tal-Baħrija, ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Peress li qed jiġi rranġat il-ġnien Joanne f'Ħal Tarxien mill-Kunsill Lokali Tarxien, jista' l-Ministru jara li t-toroq fl-inħawi tal-madwar li għadhom mhux mibnija jitlestew biex ilaħħqu ma' l-inawgurazzjoni tal-ġnien imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob l-Onor. Interpellant jindika liema huma t-toroq li qed jagħmel riferenza għalihom.
Jista' l-Ministru jgħid hux veru li qabel l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali tar-Raħal Ġdid li saru dawn l-aħħar ġranet fil-Posta ta' Raħal Ġdid inżamm xi materjal milli jitqassam għal ġranet twal, mibgħut mill-Partit Laburista lill-votanti, filwaqt li materjal mibgħut mill-Partit Nazzjonalista tqassam normali? Jekk iva, jista' jgħid x'ġara u għaliex inżammu milli jintbagħtu fil-ħin u x'passi ttieħdu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-materjal konness ma` l-elezzjoni ta` dan il-Kunsill Lokali, kollu tqassam fil-ħin.
Jidhirlu l-Ministru li fid-daħla għal Triq tas-Swatar, lejn l-iskola St Martin u l-Price Club, għandu jinstab rimedju għal għadajjar li hemm min-naħa għal oħra tat-triq? Huwa konxju l-Ministru li jkun diffiċli ħafna li wieħed jidħol bil-vettura, u aktar u aktar bir-riġel, minn dan il-post?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li qed jiġi ppjanat titjib fit-toroq tal-lokalita' li qed jinkludu bini ta' toroq ġodda li jagħtu għall-isptar il-ġdid, u għalhekk it-toroq imsemmija mill-Onor. Interpellant iridu jinqalgħu u jsiru mill-ġdid la jitlesta dan il-pjan.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm lid-Dipartiment tat-Toroq milli jsolvi l-problema ta' l-għadira mdaqqsa li hemm fil-Pwales fit-triq bejn ix-Xemxija u Għajn Tuffieħa? Il-Ministru huwa konxju mill-inkonvenjent, partikolarment għas-sewwieqa li jkollhom jgħaddu minn dak l-ilma kollu wara kull ħalba xita?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għal risposta mogħtija għal domanda Nru. 12854.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li t-twessigħ tat-triq mil-Isptar Monte Carmeli għat-triq prinċipali jinsab wieqaf? Min wettaq ix-xogħol fuq il-ħajt tas-sejjieħ li nbena, il-gvern jew il-kuntrattur? Meta se jitkompla dan ix-xogħol?
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx xi pjan min-naħa tal-gvern biex jipprovdi fondi biex jikkumpensa lil dawk li tiġrilhom ħsara fil-vettura minħabba ħofor, tħarbit fit-toroq?
Kemm se jonfoq il-gvern fuq dan il-kumpens?
Fuq liema kriterji se jiġi deċiż l-ammont ta' kumpens?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sa llum m`hemmx fondi partikolari għal ħlasijiet bħal dawn. Sadanittant biex tkun iċċarata l-interpretazzjoni li ngħatat f`ġurnal lokali dwar dan is-suġġett qed inpoġġi kopja tad-domandi u tar-risposti li ngħataw.
Jista' l-Ministru jispjega għaliex bus shelters approvati għal ġo Ħaż-Żabbar, mill-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku għadhom ma waslux s'issa? Għaliex z-zebra crossings approvati f'Ħaż-Żabbar għadhom bla dawl minkejja li jien informat li kien lest iħallas l-ispejjeż l-istess Kunsill Lokali ta' Ħaż-Żabbar?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali ta` Haż Żabbar, fi żmien sena għamel talba għal ħames `Bus Shelters`. Tlieta minnhom diġa ġew installati. It-tnejn l-oħra ser jitpoġġew aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid x'possibbilta' hemm illi Triq Widnet il-Baħar, Żurrieq tiġi mogħtija wiċċ peress illi apparti l-inkonvenjent, f'din it-triq jabitaw aktar minn erba' persuni bi bżonnijiet speċjali b'mod illi f'każ partikolari minnhom il-persuna konċernata tinsab fi stat ta' arrest ġewwa darha għax impossibbli biex tinħareġ minħabba l-istat ħażin tat-triq?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li s-servizzi tqegħdu f'din it-triq u l-Kunsill Lokali diġa għamel bankina biex tkun tista' tintuża minn nies bi bżonnijiet speċjali li joqogħdu f'din it-triq.
Id-Dipartiment tat-Toroq ser jara kif il-parti tat-triq li għadha mhix asfaltata tkun ukoll asfaltata.
Peress li x-xogħol waqaf ħesrem b'inkonvenjent kbir għar-residenti, jista' l-Ministru jgħid meta se jitlestew dawn it-toroq, ċioe': (a) Triq Amleto Spiteri; u (b) Triq il-Ħabbież ġo Ħal Qormi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li dawn it-toroq waqaf ix-xogħol fihom peress li nstab li kienu mibnija fuq il-ħamrija u jridu jsiru preparamenti biex din il-ħamrija titneħħa. Ix-xogħol qiegħed isir mill-Kunsill Lokali.