Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #5921 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Vot Nru 0999 – Miscellaneous Receipts

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti il-Vot Nru 0999 bit-titlu Miscellaneous receipts (Estimi 2014: paġna 316) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost l-ammont ta’ €1,800,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li bħalissa l-Gvern qiegħed f’negozjati mal-Kummissjoni Ewropea sabiex ikun approvat il-Partnership Agreement għas-snin 2014-2020. Fl-istess waqt għaddejja ħidma fuq il-Programmi ta’ Operazzjoni. Huwa wara li jitlesta dan il-proċess meta l-Awtorità ta’ Ġestjoni tibda toħrog is-sejħiet għal proġetti u inizjattivi.
Leg 12 PQ #5922 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 30, Vot Nru 47 – Contractual Services

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti il-Line Item Nru 30 taħt Vot Nru 47 bit-titlu Contractual Services (Estimi 2014: paġna 317) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost l-ammont ta’ €26,000,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Interpellenat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari5921.
Leg 12 PQ #5923 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item 16, Vot Nru 47 - Allowances

Question

Jista’ l-Ministru jagħti d-dettalji u l-workings kollha għall-qabża ta’ 18% (aktar minn €8 miljuni) fl-allowance ivvutati f’Line Item 16 taħt Vot Nru 47 bit-titlu allowance (Estimi 2014: paġna 317)?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Interpellenat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Leg 12 PQ #5924 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 6029 – Vot Nru 47 – Mental Health Services

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 6029 taħt Vot Nru 47 bit-titlu Mental Health Services (Estimi 2014: paġna 319) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu kompost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €26,500,00?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Interpellenat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Leg 12 PQ #5925 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 6771, Vot Nru 47 – Karin Grech Rehabilitation Committee

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettalji ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 6771 taħt Vot Nru 47 bit-titlu Karin Grech Rehabilitation Committee (Estimi 2014: paġna 319) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu compost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €12,000,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Interpellenat li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ingħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Leg 12 PQ #5926 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Baġit 2014 — Line Item Nru 7001 – Vot Nru XVI Capital - ICT

Question

Jista’ l-Ministru jagħti breakdown dettaljat ta’ fiex jikkonsisti l-Line Item Nru 7001 taħt Vot Nru XVI Capital bit-titlu ICT (Estimi 2014: paġna 329) u jagħti elenku sħiħ ta’ kif inhu compost u kif inhu ppjanat li jintefaq l-ammont ta’ €1,880,000?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Leg 12 PQ #6147 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — fondi mill-Unjoni Ewropea

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm u kif hu maħsub li l-Ministeru tiegħu, flimkien mal-entitajiet li jaqgħu fir-responsabilità tiegħu, mistennija jibbenefikaw minn fondi tal-Unjoni Ewropea fl-2014, ġejjin mil-liema programm ġejjin?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari 5921.
Leg 12 PQ #6236 Sitting 95 2013-11-25 Oral · Final From: JUSTYNE CARUANA To: Ministeru għas-Saħħa

Tilqim tal-influwenza

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw tilqimiet tal-influwenza matul dawn l-aħħar għaxar snin sena b'sena u jgħid kemm kien hemm imwiet kull sena kaġun tal-influwenza?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #2587 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — bordijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid liema huma l-bordijiet li jaqgħu taħt l-Ministeru tiegħu li ltaqgħu minn Marzu ta’ din is-sena sad-data li fih tkun imwieġba din l-interpellanza? Liema huma dawk li ma ltaqgħux?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li hemm 12 –il bord li ltqagħu min Marzu ta’ din is-sena sal-lum, li huma: · Council for Health · Council for Nurses and Midwives · Council for the Professions Complementary to Medicine · Embryo Protection Authority · Hospital Management Committee (Karen Grech) · Malta Red Cross Society Management Committee · Medical Council · Mental Health Review Tribunal · National Verification for Measles and Rubella Elimination · Occupational Health and Safety Authority (OHSA) · Pharmacy Council · Radiation Protection Board Infurmat ukoll li hemm żewġ bordijiet li ġew kostitwiti imma għadhom ma ltaqgħux, pero’ dawn il-bordijiet imsemmija hawn taħt ser jiltaqgħu fil-jiem li ġejjin: · Foundation for Medical Services · Government Formulary List Advisory Committee Dawn il-bordijiet imsemmija hawn taħt ħa jiġu ppublikati fil-ġimgħat li ġejjin. · Food Safety Commission. · General Services Board.
Leg 12 PQ #5767 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm fl-Isptar Mater Dei f’Settembru u Ottubru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b`xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li matul ix-xahar ta’ Settembru 2013 saru 545,526 testijiet tad-demm u f’Ottubru 2013 saru 640,107 test ġewwa d-Dipartiment tal- Patoloġija fl-Isptar Mater Dei. Dettalji ta’ kull test xahar b’xahar qed jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #5768 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ċentri tas-Saħħa – testijiet tad-demm

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru testijiet tad-demm f’kull ċentru tas-Saħħa f’Settembru u Ottubru 2013, u jagħti d-dettalji test b’test u xahar b`xahar?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ nies li għamlu t-testijiet tad-demm f’kull ċentru tas-saħħa f’Settembru u Ottubru 2013.
Leg 12 PQ #5769 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

CT/MRI — lista ta' stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm nies jistennew għal CT-Scan, MRI jew testijiet simili, kategorija b`kategorija, u meta hu l-aktar appuntament fil-bogħod?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra n-numru ta’ nies jistennew CT-Scan, MRI jew testijiet simili.
Leg 12 PQ #5918 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Apparat għat-Trattament tal-kanċer

Question

Peress li fil-Parlament il-Ministru qal li l-apparat marbut mat-trattament tal-kanċer ilu Malta mill-2011, jista’ l-Ministru jagħti lista sħiħa tal-apparat li hawn f’Malta, kemm ilu f’Malta, fejn qiegħed illum u meta tħallas?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-ewwel minn tlett Linear Accelerators (LINACs) waslet Malta fl-2011 u ġiet ikkommisjonata f’Ġunju ta’ l-istess sena. Għalhekk din ilha taħdem ġewwa l-Isptar Boffa minn Ġunju 2011. Infakkar lill-Onorevoli Membru li kienet deċiżjoni tal-Amministrazzjoni preċedenti, u ngħid li kienet deċiżjoni tajba, li din il-Linear Accelerator tkun installata ġewwa l-Isptar Boffa sabiex is-servizz ta’ radjuterapija jkun jista jibqa’ jingħata b’mod sħih sakemm jibda jaħdem iċ-ċentru ġdid tal-Onkoloġija. It-tieni u t-tielet Linear Accelerators ġew ordnati fid-29 ta’ Ottubru 2012. Il-Gvern għadu ma ħax dawn il-magni f’idejh għax dan il-proċess isir wara li l-magni jiġu kkummisjonati mill-Aġent. Għalhekk, dawn il-magni għadhom fil-pussess tal-Aġent. L-ewwel Linear Accelerators (LINACs) li waslet Malta fl-2011 qed issiru il- pagamenti dovuti. Infurmat ukoll li dawn il pagamenti ser joħorġu mill- fond Nazzjonali.
Leg 12 PQ #5919 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – pazjenti rikoverati

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ attendenzi fl-Isptar Mater Dei mill-2008 sa Awwissu 2013, xahar b’xahar, skont in-nazzjonalità tal-pazjent rikoverat?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tal-‘Admissions Discharges Transfers Module’ tal-‘Patient Administration System’ u l-‘Patient Master Index’, in-numru ta’ pazjenti li ddaħħlu fl-Isptar Mater Dei mill-2008 sa Awwissu 2013, xahar b’xahar, skont in-nazzjonalità tal-pazjent rikoverat huwa jinsab fuq il-Mejda tal-Kamra. Importanti li wieħed jgħid li dawn il-figuri ma jinkludux dawk il-pazjenti li ġew inviżtati fid-Dipartiment tal-Emerġenza u għal xi raġuni jew oħra ma ddaħħlux bħala pazjenti fl-iswali tal-Isptar Mater Dei. Dawn il-figuri jeskludu wkoll pazjenti li daħlu ir- Renal Unit u n- nursery cots .
Leg 12 PQ #5920 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — interventi

Question

Jista’ l-Ministru jagħti n-numru ta’ interventi li saru fl-Isptar Mater Dei, mill-2008 sa Awwissu 2013, xahar b’xahar, skont in-nazzjonalità tal-pazjent li sarlu l-intervent?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn tagħrif miġbur permezz tas-‘Surgical Operations Register’ tal-Isptar Mater Dei, in-numru ta’ interventi li saru fl-Isptar Mater Dei, mill-2008 sa Awwissu 2013, xahar b’xahar, skont in-nazzjonalità tal-pazjent li sarlu l-intervent jinsabu fuq il-Mejda tal-Kamra. Dawn il-figuri jinkludu proċeduri pjanati minn qabel ( elective ) jew inkella proċeduri ta’ natura urġenti ( emergency) .
Leg 12 PQ #6104 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — tender/direct orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol ingħata mill-Ministeru jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-perijodu 1998 u Marzu 2013? Jista' jgħid għal kull każ, jekk ix-xogħol ingħatax b'direct order jew tender u kemm kienet l-ispiza għal kull każ?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6117 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: ANTOINE BORG To: Ministeru għas-Saħħa

Persuni bil-multiple sclerosis

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn persuni li huma diagnosed bil-multiple sclerosis? Jista’ jgħid ukoll kemm huma dawk li jibbenefikaw mill-benefiċċju għall-multiple sclerosis?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li skont id-database tal-iSkeda V, hemm 301 il-pazjent li jibbenefikaw mill-benefiċċju għal din il-marda.
Leg 12 PQ #6132 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Paediatrics — Operazzjonijiet ta’ preputioplasty

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 6062 u jgħid kemm saru operazzjonijiet magħrufa bħala preputioplasty / prepuce plasty f’Pediatrics f’dawn l-aħħar tliet snin, sena b’sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register in-numru ta’ operazzjonijiet magħrufa bħala ‘preputioplasty/prepuce plasty’ (ICD 9 CM code: 64.93) f’dawn l-aħħar tliet snin jinsab fit-tabella hawn taħt. Sena Numru ta' Operazzjonijiet 2010 32 2011 26 2012 25
Leg 12 PQ #6138 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Ħal Qormi – ftuħ ta’ sptar ġdid

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk hemmx xi ħsieb li jinfetaħ xi sptar privat ġdid ġewwa Ħal Qormi? Jekk iva kemm se jkollu sodod u meta se jibda jopera?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li s-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika irċeviet applikazzjoni biex jinfetaħ sptar privat ġdid ġewwa Ħal Qormi. Dan l-isptar jibda jopera meta l-operautur javża meta jkun lest, sabiex ikun jista jinħariġlu l-liċenzja mill-Awtorità kkonċernata. L-Awtorità tiddeċiedi wkoll in-numru massimu ta' sodod li għalih tista' tinħareġ il-liċenzja.
Leg 12 PQ #6139 Sitting 94 2013-11-21 Oral · Final From: SILVIO SCHEMBRI To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – każ ta’ individwu

Question

Jista’ l-Ministru jara li tiġi kuntattjata l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema rigward appuntament li ngħatat mill-Isptar Mater Dei?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mill-Customer Care.