Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi ftehim mal-Malta transport authority biex sewwieqa li jsuqu vetturi fil-freeport ma jkollhomx għalfejn ikunu sewwieqa liċenzjati?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-Awtorita dwar it-trasport ta' Malta m’għandha l-ebda ftehim rigward sewqan ta' vetturi ġewwa il-freeport.
L-Awtorita tinforma illi il ġurisdizzjoni tagħha tapplika għal sewqan fuq it-toroq u mhux f’propjeta privata.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8015 u għar-risposta relattiva, peress li l-policy ta' l-awtortia' dwar it-trasport ta' Malta ġiet dikjarata bħala abbużiva mill-qorti ta' l-appell fid-19 ta' April 2004, jaqbel il-Ministru li l-policy għandha tinbidel biex taxis ta' sidien Għawdxin ikunu jistgħu jaħdmu Malta bla restrizzjonijiet?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-policy eżistenti ta' l-Awtorita' dwar it-Trasport hi skond l-avviż pubblikat fil-Gazzetta tal-gvern tal-15 ta' Ġunju 2001. Is-sentenza tal-Qorti ta' l-Appell ikkonfermat sentenza li kienet ingħatat mill-Prim' Awla tal-Qorti fit-12 ta' April 1999, u allura ma tkoprix deċiżjoni meħudha wara dik id-data mill-Awtorita'.
Jien infurmat ukoll li d-deċiżjoni kif spjegata fl-avviż pubblikat fil-Gazzetta tal-Gvern fil-15 ta' Ġunju 2001 kienet ittieħdet bl-iskop li jibqa' jkun garantit is-servizz tat-taxis fil-gżira Għawdxija.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jsir it-tarmac fi Triq il-Kurunell Mass u Triq 25 ta' Marzu ġewwa Ħal Tarxien peress li jinsabu fi stat diżastruż?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Naqbel ma' l-Onorevoli Interpellant li Triq il-Kurunell Mass u Triq 25 ta' Marzu ġewwa Ħal Tarxien huma fi stat diżastruż u għalhekk il-Ministru ħa ħsieb sabiex jinbeda l-proċess sabiex isiru x-xogħolijiet meħtieġa f'dawn it-toroq. Minħabba illi is-sejħa għall-offerti għadha mhux pubblikata, mhuwiex possibli tingħata data għax-xogħolijiet li jinkludu ħafna aktar mit-tarmac imsemmi fil-mistoqsija.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx ħsieb li l-parti ta' fuq ta' Triq il-Pitkali, bejn il-ġibjun u l-pitkali fil-limiti ta' Ta' Qali, hijiex se tiġi mogħtija wiċċ ġdid peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-Awtorita' dwar it-Trasport qed tipprepara programm għall-asfaltar ta' diversi toroq madwar Malta kollha u x-xogħol fil-lokalita isir aktar il-quddiem skond il-prijoritatjiet li jirriżultaw.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fil-ministeru tiegħu u d-dipartimenti li jaqgħu taħtu mill-1 ta' Lulju 2004 sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Mill-1 ta' Lulju sal-lum, ingħataw (6) transfers fil-Minsteru għall-Iżvilupp Urban u d-Dipartimenti li jaqgħu taħtu skond kif jidrhu hawn taħt.
Isem u Kunjom
Minn
Għal
Grad
Crocifisso Grima
Ministry for Urban Development & Roads
Education Department
Assistant Principal
Joan Gabriele
Ministry for Urban Development & Roads
Health Division
Senior Clerk
Gordon Meli
Network Infrastructure Directorate
Ministry for Urban Development & Roads
Quantity Surveyor
Joseph Busuttil
Agriculture Department
Network Infrastructure Directorate
Quantity Surveyor
Joseph Micallef
Agriculture Department
Network Infrastructure Directorate
Quantity Surveyor
Denis Schembri
Agriculture Department
Network Infrastructure Directorate
Quantity Surveyor
Felix Farrugia
Works Division
Public Transport Directorate
Vehicle Evaluator
Jista' il-Ministru jgħid min huma l-konsulenti legali ta' l-awtorita' dwar it-trasport? Jista' jgħid meta ġew ingaġġati mill-awtorita' dwar it-trasport? Saret sejħa għall-offerti jew il-konsulenza ngħatat b'direct order? Kemm ħallset l-awtorita' dwar it-trasport għal din il-konsulenza sena b'sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Il-konsulenti legali ta’ l-Awtorita’ dwar it-Trasport huma Sapiano & Associates.
Dawn ġew ingaġġjati mill-Awtorita’ mill-ewwel ta’ Jannar ta’ 2003.
L-Onor Membru għandu jkun informat li saret sejħa għall-Expression of Interest għall-konsulenti legali ma l-Awtorita’. Dan l-avviż deher fil-gazzetti lokali kif inhu mniżżel hawn taħt :
The Times April 25, 2002
Business Weekly April 25, 2002
In-Nazzjon April 25, 2002
L-Orizzont April 25, 2002
Malta Independent April 25, 2002
Malta Today April 28, 2002
Business Times Mejju 1, 2002
L-Awtorita’ dwar it-Trasport ħallset Lm20,700 fis-sena 2003 u Lm15,930 sa Settembru tas-sena 2004.
Jista' il-Ministru jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru?
X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena ma ġiet irrapurtata l-ebda serqa ta' oġġetti lil dan id-direttorat hawn fuq imsemmi.
Jista' il-Ministru jagħti indikazzjoni f'liema stadju wasal ix-xogħol tat-triq ta' Wied il-Qlejgħa li tagħti mir-Rabat sal-Mosta - Chadwick Lakes - li hi wżata minn ħafna familji Maltin bħala rotta prinċipali wżata fil-ġranet tal-mistrieħ?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi it-triq inkwistjoni tagħmel parti mix-xogħlijiet li qed isir inkonnessjoni mal-Ħames Protokoll Taljan. Ix-xogħlijiet f’din it-triq qegħdin fi stadju avvanzat u huwa stmat illi sal-lum, kwazi 60% tax-xogħlijiet ġew kompluti. Ix-xogħlijiet kompluti jikkonsistu minn installazzjoni tas-servizzi tal-WSC, Enemalta, Maltacom u Melita Cable, bini ta’ ħitan trattati fuq is-sejjiegħ, implimentar ta’ sistema li tinkorpora l-ġbir ta' l-ilma tax-xita, tqegħid ta’ pedamenti u din il-gimgħa saru l-ewwel xogħlijiet ta’ asfaltar. Ix-xogħlijiet f’din it-triq huma mistennija li jitlestew sal-aħħar ta’din is-sena.
Peress li qed ikun hemm complaints minħabba l-fatt li r-rotot taċ-Ċirkewwa suppost huma express imma tal-linja qed jieqfu biex jgħabbu l-passiġġieri minn fuq stages bħal-linji normali, jista' il-Ministru jara li r-rotot express li suppost huma diretti jinħadmu kif suppost, tenut kont ukoll tal-prezz li huwa ogħla minn tal-linja normali?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi hemm 3 rotot diretti, speċifikament li jitilqu miċ-Ċirkewwa filgħodu, li huma:-
6.30 am bir-Rotta 475
7.10am bir-Rotta 475
8.10am bir-Rotta 453
Inizjalment, dawn kienu jissejħu express routes, imma preżentament dawn qed jissejħu rotot diretti. In-noll ta’ din ir-rotta hija ta’ 40c u l-passiġġieri jistgħu jirkbu din ir-rotta miċ-Ċirkewwa biss. Din ir-rotta (mhix waħda mir-rotot il-ġodda) tieqaf biss fuq stages oħra meta l-passiġġieri jċemplu sabiex jinżlu minn fuq il-karozza tal-linja.
B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8097 u 8222 li oriġinarjament saru lill-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern u li issa ġew riferuti lilu u cioe' jista' il-Ministru jassigura li r-reserved parking bays li hemm fi Triq San Pietro, Sliema għandhom il-permessi meħtieġa?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Id-Direttorat għall-Immaniġġjar tat-Traffiku għamel site visit fi Triq San Pietru fejn instabu żewg kaxxi sofor. Waħda quddiem ‘St. Peter Flats’ bil-kelma ‘Res’ (Reserved) fiha u l-oħra quddiem ‘Sisters of St. Joseph’ li ma kien hemm xejn miktub fiha.
L-ebda waħda minn dawn iż-żewġ kaxxi sofor m'hemm approvazzjoni għaliha. Iżda, għandu jiġi nnutat li l-kaxxa safra quddiem ‘Sisters of St. Joseph’, peress li ma hemm xejn miktub fiha, bil-liġi din hija parking bay għax parking bay tista’ tkun mmarkata b’linji sofor jew bojod. Iżda l-pubbliku ġenerali jista’ jassumi li din il-kaxxa safra hija post riservat.
Jista' il-Ministru jitlob li jsir ri-disinjar tar-roundabout li hemm fit-tarf ta' Psaila Str, Sta. Venera (ħdejn il-mini) b'mod li forsi t-traffiku lejn l-Imsida jista' jiġi mgħoddi minn lane usa għaliex fil-għodu qed ikun hemm kju kbir ta' karozzi sa Birkirkara?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi bħalissa għaddej studju biex tiġi solvuta il-problema tat-traffiku f'din l-area ikkonċernata.
Jista' il-Ministru jgħid jekk qattx saret xi proposta mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun dwar kif tista' tittaffa' il-problema tat-traffiku fi Triq il-Kappillan Mifsud, fil-Ħamrun u speċifikament f'salib it-toroq ma' Triq Mons. Depiro u Triq Villambrosa? Hemm xi pjanijiet li qegħdin jiġu studjati biex jitwettqu f'dan ir-rigward?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Minn riċerka fir-records tad-Direttorat irriżulta li:
1) Wara laqgħa li saret bejn uffiċċjali tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku u l-Kunsill Lokali tal-Ħamrun f’Ġunju tal-1995 il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva sistema ta’ One Waysignage Road Markings u Zebra Crossing fi’ Triq Villambrosa u Triq Kappillan Mifsud.
2) Fil-20 ta’ Mejju 1997 il-Kunsill Lokali tal-Ħamrun applika sabiex issiru Traffic Lights fi Triq Kappillan Mifsud c/w Triq Depiro u Triq Kappillan Mifsud c/w Triq Villambrosa.
3) Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, b’ittra bid-data’ 28 ta’ Mejju 1997 irrakomanda li jsiru Mini Roundabouts. Il-Kunsill Lokali kellu jissottometti pjanti f’dan ir-rigward. Sal-lum dawn il-pjanti ma ġewx sottomessi mill-Kunsill Lokali.
4) Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, b’ittra bid-data’ 29 ta’ Ottubru 1998 talab lid-Direttur tat-Toroq biex issir feasibility study għat-Traffic Lights fi Triq Villambrosa j/w Triq Kappillan Mifsud. Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma sab ebda records ta’ dan il-feasibility study.
5) Fl-1 ta’ April 1999 il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku approva sinjali tat-traffiku u road markings fi Triq Villambrosa wara talba mill-Kunsill Lokali bid-data 10 ta’ Marzu 1999.
6) Il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku wara diversi kummenti mill-pubbliku kiteb lill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun għal kummenti tagħhom dwar sistemi tat-traffiku ġo Triq Villambrosa c/w Triq Brighella.
7) Fl-20 ta’ Ottubru 2004 il-Kunsill Lokali talab għall-laqgħa mad-Direttorat għall-Immanniġjar tat-Traffiku biex jiġu diskussi proposti tat-traffic management. Din il-laqgħa saret fit-26 ta’ Ottubru 2004. Ma ġie diskuss xejn relatat mat-toroq imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari.
8) B’email bid-data’ 27 ta’ Ottubru 2004 il-Kunsill Lokali ikkonferma li ma kellu xejn pendenti mad-Direttorat b’riferenza għal kontenut tal-Mistoqsija Parlamentari.
Għaldaqstant id-Direttorat m'għandu ebda proposta mill-Kunsill Lokali tal-Ħamrun rigward kif tista' titaffa l-problema tat-traffiku kif imsemmija fil-Mistoqsija Parlamentari u għalhekk mhux qed isir l-ebda studju f’dan ir-rigward.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8227 u cioe' jgħid x'inhi r-raġuni għala Triq Awrora fil-Mosta, li ilha li nbdiet minn Jannar 2004, sal-lum għadha ma tlestietx meta toroq oħra li nbdew magħha ilhom li tlestew ix-xhur?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi d-Direttorat ħareġ żewġ tenders għall-kostruzzjoni ta' Triq l-Awrora fil-Mosta:
(1) It-tender għall-kostruzzjoni ta' bankini, servizzi u storm water culvert ħareġ f'Settembru 2003. Ix-xogħol beda iktar kmieni din is-sena u tlesta kif ippjanat.
(2) Fi Frar 2004 nħareġ it-tender għall-kostruzzjoni u l-asphalting tat-triq. Dan it-tender qed jiġi aġġudikat in vista tad-diskussjoni dwar ir-rati u riċentement l-irħas tender offra traħħis fuq l-offerta oriġinali tiegħu.
Jista' il-Ministru jekk jogħġbu, jirrispondi mistoqsija parlamentari 8145 dwar persuni li tilfu t-12-il punt tagħhom wara li ħadu l-liċenzja tas-sewqan wara l-1 ta' Jannar ta' din is-sena?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi:-
1. s’issa ma kien hemm ebda persuna li tilfu it 12-il punt tagħhom. Ma ttieħdu l-ebda passi peress li s'issa ma kienx hawn każi bħal dawn.
2. F’każ li jkun hemm persuni li jtellgħu total ta’ 12-il punt isir li gej:
Skond vetturi bil-mutur (licenzi tas-sewqan leġislazzjoni sussidjarja
a. 34. (6) Meta detentur ta’ liċenzja tas-sewqan bi prova jintalab biex jidher quddiem qorti jew tribunal dwar reati li jidhru fis-Sitt Skeda, hu għandu jkollu fuqu l-liċenzja msemmija u l-kontroparti tagħha u l-Maġistrat jew il-Kummissarju għall-Ġustizzja għandhom il-poter li jikkonfiskaw l-imsemmija liċenzja jekk il-punti ta’ penali mniżżla fil-kontraparti ta’ l-imsemmija liċenzja flimkien mal-punti ta’ penali miżjuda bis-sentenza mogħtija minn dak il-Magistrat jew Kummissarju ghall-Ġustizzja jitilgħu għal tnax-il punt jew aktar.
b. 35. Liċenzja tas-sewqan bi prova tiġi revokata jekk, f’xi żmien matul il-perijodu ta’ tliet snin bi prova, id-detentur ta’ dik il-liċenzja jkollu b’ kollox tnax-il punt ta’ penali jew aktar.
36. Sewwieq li jkollu l-liċenzja tas-sewqan bi prova revokata skond ma jidher fir-regolament 35, jista’ biss japplika għall- liċenzja ġdida tas-sewqan bi prova wara li jgħaddu tliet xhur mid-data tar-revoka billi jippreżenta applikazzjoni ġdida skond ma jidher fit-Taqsima III.
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8275 u cioe' jgħid jekk hemmx ħsieb li l-parti ta' fuq ta' Triq il-Pitkali, bejn il-ġibjun u l-pitkali fil-limiti ta' Ta' Qali, hijiex se tiġi mogħtija wiċċ ġdid peress li tinsab fi stat ħażin ħafna?
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8195, jista' il-Ministru jgħid liema kienet l-awtorita' li ma tatx permess li jitwaħħal arloġġ fil-venda ta' Ħal Qormi? Meta saret it-talba? Minn min saret? Għaliex ġiet rifjutata?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi mill-1993, l-Awtorita' li qabel kienet imsejħa l-Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku kienet iddeċidiet li tinstalla arloġġi fil-vened kollha ta’ Malta sabiex tgħin tirregolarizza it-tluq ta’ l-iskedi ta’ tal-linja.
Rigward dan, l-Awtorita' kienet għamlet diskussjonijiet u laqgħat fuq il-post ma’ uffiċjali tal-MEPA, li dak iż-żmien kienet imsejħa l-Awtorita' ta’ l-Ippjanar. Dawn il-laqgħat saru bejn Marzu u April ta' l-1993.
Wara dawn il-laqgħat ġie stabbilit illi f’ċertu vened ma setawx jiġu mwaħħla arloġġi. Dan minħabba li l-arloġġi ma kinux kompatibbli mal-policies relatati mal-konservazzjoni ta’ postijiet urbani u ċentri ta’ l-irħula, liema policies kienu jitħaddnu dak iż-żmien mill-Awtorita' ta’ l-Ippjanar.
Minħabba f’hekk, ċertu vened li huma lokati f’dawn it-tip ta’ lokalitajiet f’Malta, bħalma hi l-venda ta’ Ħal Qormi, ma ġiex installat arloġġ.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8195, jista' il-Ministru jgħid fin-nuqqas ta' arloġġ fil-venda ta' Ħal Qormi, x'qiegħed isir biex ikun assigurat li karozza tal-linja titlaq fil-ħin stipulat u mhux ftit qabel jew ftit wara minn fuq il-venda, anke meta r-rotta tkun qed topera bħala waħda ċirkolari minflok venda? Saru spezzjonijiet? Ġie żvelat xi abbuż?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi sa’ l-10.00 ta’ filgħodu, l-ħin tat-tluq qed isir skond l-iskedi u dan qed jiġi ikkontrollat mill-Ispetturi li għandha impjegati magħha l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku u dan peress li t-Transport Assistants ta’ l-Awtorita' mhux qed jiġu dettaljati hemmhekk.
Mill-ispot checks li qed isiru mill-Awtorita' ma jidhirx li hemm xi abbuż u dan specjalment minħabba l-fatt li meta rotta tkun ċirkulari, il-vjaġġ bilfors jitwettaq għax il-vettura jkolla in-nies mgħobbija.kemm għall-Belt u kemm għal l-area ta’ Triq Aniċi.
Jista' il-Ministru jintervjeni sabiex tissolva problema li nħolqot fir-rotta 15 ta' Santa Luċija, fejn issa wara l-l0.00 a.m. ir-rotta 15 qed tiġi mdawwra għal 115 u b'hekk il-karozzi tal-linja minflok qed jitilqu minn Santa Luċija qed jitilqu minn Birżebbuga u sakemm jaslu Santa Luċija diġa' ikunu mimlijin, għad-detriment tar-residenti ta' Santa Luċija li ta' spiss qed jitħallew l-art? Jistgħu jittieħdu passi mill-aktar fis peress li qabel kien ikun hemm venda filgħodu f'Neighbourhood 2 li issa spiċċat, u għaldaqstant m'għadux ikun hemm karozzi vojta filgħodu meta f'dan il-ħin id-domanda għat-trasport pubbliku tkun kbira ħafna?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi mill-informazzjoni li qed tinġabar wara l-istħarriġ li sar fit-tieni ġimgħa tal-bidu ta’ l-operat ta’ dan is-servizz, ma kienx irriżulta illi ir-rotta 115 qed tkun mimlija wara l-10.00 ta’ filgħodu. Madankollu, l-Awtorita ser tagħmel stħarriġ ġdid rigward din ir-rotta.
Il-venda ta’ filgħodu f’ Neighbourhood 2 għadha qed tiġi operata sa l-10.00 ta’ filgħodu, għaldaqstant ikun hemm l-karozzi tal-linja neċessarji. Wieħed irid jinnota illi qabel ma ġie introdott is-servizz l-ġdid, l-venda xorta kienet topera jiġifieri sa l-10.00 ta’ filgħodu. Dan għaliex wara l-10.00 ta’ filgħodu ir-rotta kienet taħdem fuq bażi ċirkulari.
Bl-introduzzjoni tas-servizz l-ġdid l-passiġġier qed ikollu aċċess li jmur minn u lejn Birżebbuġia.