Legislature:
Category:
Reset
Active:

Management Efficiency Unit – rapport dwar il-piżijiet amministrattivi fuq kunsilli lokali

Question

Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kien ġie mħejji mill-Management Efficiency Unit(MEU) wara li dan kien mitlub jagħmel eżerċizzju sabiex jiġu identifikati l-piżijiet amministrattivi li qed ixekklu lill-kunsilli lokali milli jagħtu servizz effettiv u effiċjenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill Onor. Interpellant li ir-rapport għadu qed jiġi diskuss internament. Kif ikun magħluq il-proċess inkun nista npoġġi ir-rapport fuq il-Mejda tal-Kamra kif mitlub mill-Onor. Interpellant.

Gwardjani Lokali – vetturi bi pjanċi tar-reġistrazzjoni barranin

Question

Jista’ l-Ministru jinforma dwar kif qed jiġi infurzati somom amministrattiva imposti mill-gwardjani lokali fuq vetturi bi pjanċi tar-reġistrazzjoni barranin u x’mekkaniżmi hemm sabiex jiġi aċċertat li tali somom qegħdin jinġabru?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor. Interpellent jirreferi għat-tweġiba li ngħatat mill-Ministru għat-Trasport u Infrastruttura għal mistoqsija parlamentari 17282.

Santa Luċija – xogħlijiet/proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali tal-lokalità ta’ Santa Luċija fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li sar mill-Kunsill Lokali ta’ Santa Luċija matul is-snin 2013, 2014, 2015.

Ħal Tarxien – xogħlijiet/proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali tal-lokalità ta’ Ħal Tarxien fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li sar mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-snin 2013, 2014, 2015.

Il-Gudja – xogħlijiet/proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali tal-lokalità tal-Gudja fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li sar mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Tarxien matul is-snin 2013, 2014, 2015.

Raħal Ġdid – xogħlijiet/proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali tal-lokalità ta’ Raħal Ġdid fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li sar mill-Kunsill Lokali ta’ Raħal Ġdid matul is-snin 2013, 2014, 2015.

Qrati – Community Services Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw community service orders permezz ta’ sentenzi mill-Qrati tagħna fis-sena 2014? Jista’ jindika s-sigħat komplessivi u l-organizzazzjonijiet li ġew servuti magħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Qorti ta’ Malta Sena Ordni ta’ Servizz fil-Komunità (CSO) Ordni ta’ Probation u Servizz (CO) Numru ta’ sigħat Placement Provider (NGO) Placement Provider (LC) 2010 7 8 1950 6 9 2011 4 8 1000 4 5 2012 7 11 2000 13 2 2013 10 22 2550 23 7 2014 20 12 3265 21 7 2015 37 8 5820 24 3 Wieħed ta’ min jinnota li fil-kolonna tal-Placement Provider in-numri jistgħu jkunu inqas mit-total ta’ Ordnijiet mogħtija mill-Qrati, u dan minħabba f’każijiet ta’ Appell li jkun sar mill-individwu, kif ukoll minħabba f’każijiet fejn il-persuna ma tkunx idonea biex twettaq Ordni ta’ Servizz fil-Komunità u għaldaqstant każijiet bħal dawn ma jkunux ġew allokati. Ta’ min isemmi li fir-rigward tas-sena 2015 għad hemm każijiet li għad iridu jiġu allokati ma’ NGO jew ma’ Kunsill Lokali sabiex ikunu jistgħu jwettqu n-numru ta’ sigħat ta’ xogħol. Qorti ta’ Għawdex Sena Numru ta’ community service orders Numru ta’ siegħat Organizazzjonijiet li ġew servuti magħhom 2010 0 0 Mhux applikabbli 2011 0 0 Mhux applikabbli 2012 0 0 Mhux applikabbli 2013 0 0 Mhux applikabbli 2014 1 100 Gozo Football Association 2015 0 0 Mhux applikabbli

Qrati – Community Services Orders

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw community service orders permezz ta’ sentenzi mill-Qrati tagħna fis-sena 2015? Jista’ jindika s-sigħat komplessivi u l-organizzazzjonijiet li ġew servuti magħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi ghat-twegiba li tajt ghal mistoqsija parlamentari 22685.

Arbitraġġi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi tul is-sena 2014 u jista’ jindika n-natura tagħhom? Jista’ jindika wkoll kemm ġew deċiżi jew kemm ġew irtirati? Kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor Interpellant li skont informazzjoni li ngħatajt mill-Malta Arbitration Centre. Fl-2014 kien hemm 338-il każ ġdid, li jinkludi 2 każijiet internazzjonali, 299 kawżi mandatorji u 37-il każ volontarju, li minnhom hemm 173 każ li għadhom pendenti. Filwaqt li fl-2015 kien hemm 354-il każ ġdid, li jinkludi 6 każijiet internazzjonali, 294 kawżi mandatorji u 54-il każ volontarju li minnhom għad hemm 267 li għadhom pendenti. Ta’ min wieħed jinnota li sal-aħħar ta’ Diċembru 2015 kien hemm total ta’ 886 każ pendenti minn total ta’ 4608-il każ li ġie introdott mill 2003

Arbitraġġi reġistrati

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew reġistrati arbitraġġi tul is-sena 2015 u jista’ jindika n-natura tagħhom? Jista’ jindika wkoll kemm ġew deċiżi jew kemm ġew irtirati? Kemm għadhom pendenti?

Response (BONNICI, OWEN)

Nitlob lill-Onor Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għal mistoqsija parlamentari 22688.

Kunsill lokali Birkirkara – proċedura stabbilita dwar kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm ċirkostanzi fejn il-kunsill lokali ta’ Birkirkara ma mexiex mal-proċeduri tal-kuntratti bejn l-2010 u l-2013? Jekk iva, jista’ jgħid liema kienu dawn il-kuntratti u x’kien il-valur tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Kien hemm numru ta’ kazijiet fejn jidher li l-Kunsill ma mexiex mal-proċeduri tal-kuntratti u dan wieħed jista jsibu kemm fir-rapporti ta’ l-awdituri kif ukoll minn korrispondenza li s-Segretarju Eżekuttiv preċedenti kien kiteb lill-awtoritajiet. Il-każijiet kienu dawn – 1. Xogħol ta’ tarmak li jammonta għal madwar €211,000. Dan it-tarmak sar f’Marzu tas-sena 2013 f’ Misraħ u Sqaq it-Tiġieġ, Sqaq Buħawra, Triq FM Galea, u Triq Tommaso Dingli. It-tender BLC006-2009 dwar resurfacing and ancillery works kien mirbuħ minn Polidano Bros Ltd madankollu l-Kunsill ħadem bil-kuntrattur V&C. It-tender BLC006-2009 kellu jiskadi fil-31 ta’ Jannar 2014 u apparti Polidano, kienu tefgħu offerta Asfaltar u Alfred Schembri & Sons. Il-kuntrattur Polidano kien informa lill-Kunsill illi peress li kellu flus dovuti lejh li kienu ma tħallsux ma riedx jagħmel ix-xogħol. Il-Kunsill ħareġ tender ġdid BLC14-2012 imma ma kienx ġie ffirmat qabel is-17 ta’ Ġunju 2013. It-tender intrebaħ minn V&C Contractors. B’hekk jidher illi x-xogħol sar qabel ma sar il-kuntratt bejn il-kuntrattur u l-Kunsill. 2. Spiża ta’ madwar €107,000 fuq tliet snin bħala extras għal tbattil ta’ skips u servizzi addizzjonali lil kumpanija NORTHERN CLEANING. Il-ftehim dwar dawn l-extras sar b’mod verbali u ma hemm l-ebda kuntratt. L-awditur kien talab lill-Kunsill biex joħroġ tender addizzjonali imma jidher li ma kien sar xejn minn dan. 3. Spejjeż marbuta ma’ photocopier mikrija lill-Kunsill – bejn is-sena 2010 u 2013 l-ispejjeż laħħqu s-somma ta’ madwar €54,000. Ma kien hemm l-ebda tender għal dan is-servizz. 4. Kiri ta’ Vetturi. Il-Kunsill ħallas madwar €17,000 f’kiri ta’ karozzi mingħajr ma nħareġ tender fuq it-tliet snin imsemmija. 5. Xiri ta’ mwejjed tal-kompjuters, għaxra b’kollox, liema ħlas ammonta għal €11,900. Dan bla sejħa għal offerti 6. Spiża ta’ madwar €8,500 fuq tliet snin relatati ma’ kiri ta’ għaxar waste seperation bins mingħand General Cleaners Co. Ltd. Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li r-rapporti marbuta ma’ dawn is-sitt każijiet intbgħatu lill-Bord ta’ Governanza sabiex jinvestiga dawn il-każijiet.

Kunsilli Lokali – Wi-fi fil-pjazez

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kunsilli lokali li għandhom il-wifi fil-pjazez tagħhom u jekk hemmx xi ħsieb li dawn jiżdiedu?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li minn informazzjoni miġbura hemm 61 Kunsill Lokali li joffri servizz ta’ WiFi fil-pjazez tagħhom li jammontaw għal 120 pjazza. Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-bqija tal-informazzjoni mitluba skont kif miġbura mill-Kunsilli Lokali.

Proġett Għaqal id-Dar

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema kienu dawk il-kunsilli lokali li ħadu sehem fil-proġett Għaqal id-Dar? Kemm kien l-ammont ta’ dawk li attendew u jekk hemmx il-ħsieb li iktar kunsilli lokali jibbenfikaw minn dan il-programm?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul din is-sena diġa saru żewġ korsijiet relatati mal-proġett Għaqal id-Dar li fihom ipparteċipaw numru ta’ Kunsilli Lokali. L-ewwel course sar bejn Frar u Marzu tal-2015 f’Ħal Għaxaq, Kalkara, Ħal Qormi, u San Pawl il-Baħar fejn ħadu sehem 65 persuna. Minn Settembru sa Novermbru ta’ 2015 sar course ieħor fil-Mellieħa, Msida, Pembroke u Santa Luċija fejn ħadu sehem 86 persuna. Hemm il-ħsieb li minn Jannar sa Marzu 2016 se jkun qed isir course ieħor fl-Għarb, Ħad-Dingli, il-Birgu u l-Ħamrun.

Kunsilli lokali – parteċipazzjoni fil- proġett pilota ta’ ġbir ta’ skart organiku

Question

Jista’ l-Ministru jgħid liema huma dawk il-kunsilli lokali li qegħdin jipparteċipaw fil-proġett pilota ta’ ġbir ta’ skart organiku? Jista’ jgħid x’qed ikunu r-riżultati miksuba u jekk il-kunsilli lokali humiex kuntenti bir-rispons tan-nies?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li preżentement hemm ħames Kunsilli Lokali li qegħdin jipparteċipaw fl-ewwel fażi tal-proġett pilota ta’ ġbir ta’ skart organiku li daħal fis-seħħ mit-30 ta’ Ottubru 2015. Dawn huma: l-Imdina, Bormla, Birkirkara, Ħal Għaxaq u Ta’ Xbiex. Il-kummenti li rċevejna mingħand il-Kunsilli Lokali u mingħand il-pubbliku kienu varjati u jagħtu lok għal titjib fis-sistema. Wara kollox, dan huwa l-iskop għalfejn isir proġett pilota. Intant ninforma lill-Onor. Interpellant li dan il-proġett ser jgħaddi għat-tieni fazi tiegħu mid-29 ta’ Jannar 2016 fejn erbgħa lokalitajiet oħra sejrin jissieħbu ma’ dawk li diġa semmejt. Dawn huma: Marsaxlokk, l-Imġarr, is-Swieqi u Ħal Kirkop.

Europe for Citizens Programme

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm kunsilli lokali li bbenefikaw mill-Europe for Citizens Programme? Jista’ jgħid x’qiegħed jagħmel sabiex il-kunsilli lokali jkunu megħjuna biex ikollhom aktar suċċess fl-applikazzjonijiet tagħhom?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li kien hemm 45 Kunsilli Lokali li bbenefikaw mill-Programm Europe for Citizens minn kemm ilha Malta eliġibbli li tipparteċipa fih. Minn Novembru 2014 sal-aħħar tal-2015, il-Europe for Citizens Contact Point ta’ Malta li jinsab fi ħdan id-Dipartiment għall-Gvern Lokali (sa minn Novembru 2014), organizza 12 -il sessjoni ta’ taħriġ u ta’ informazzjoni kemm lir-rappreżentanti eletti tal-Kunsilli Lokali kif ukoll lill-istaff amministrattiv tal-istess Kunsilli. Tali sessjonijiet qed jiġu organizzati flimkien mal-MEUSAC.

Programm URBACT III

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi l-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Programm URBACT III tal-Unjoni Ewropea? Jista’ jgħid x’qiegħed isir sabiex il-kunsilli lokali jibbennfikaw minn dawn il-fondi?

Response (BONNICI, OWEN)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi taħt il-programm il-ġdid URBACT III, sal-lum ħarġet biss sejħa waħda għal proġetti. Kienu tlieta l-Kunsilli Lokali li bil-għajnuna tan-National URBACT Point ta’ Malta u tal-MEUSAC, issottomettew proġetti kemm bħala Lead Partners kif ukoll bħala Partners, għall-kunsiderazzjoni tas-Segretarjat tal-istess Programm. Sfortunatament, l-ebda proġett ma ġie aġġudikat. In-National URBACT Point ta’ Malta, organizzat Info Day għall-Kunsilli Lokali u għal entitajiet li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw f’dan il-programm sabiex tipprovdi iktar tagħrif rigward l-istess programm. Ġew mistiedna wkoll rappreżentanti tas-Segretarjat tal-Programm URBACT III kif ukoll esperti lokali u barranin li qassmu l-esperjenzi tagħhom ma’ dawk preżenti. In-National Contact Point ta’ Malta, ħa wkoll ħsieb sabiex jorganizza laqgħat bilaterali bejn il-Kunsilli Lokali li l-proġett tagħhom ma kienx magħżul fis-sejħa għal proġetti msemmija, u r-rappreżentanti tas-Segretarjat tal-Programm fejn ġie spjegat lilhom fid-dettal ir-raġunijiet għalfejn l-applikazzjoni tagħhom ma ġietx milqugħa. In-National URBACT Point ta’ Malta se tibqa torganizza laqgħat ta’ informazzjoni għall-entitajiet kollha li jistgħu jkunu interessati jipparteċipaw f’dan il-programm fix-xhur li ġejjin. Ġiet ikkreata ukoll facebook page bħala mezz li biha jista’ jiġi promoss il-programm u sabiex tiġi ddisseminata l-informazzjoni relatata mal-istess programm.

Permanent Commission Against Corruption – ħlas ta’ kera jew ċens

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22098 li oriġinarjament saret lill-Prim Ministru u ċjoè jgħid kemm tħallas kera jew ċens, jekk inhu l-każ, il-Permanent Commission Against Corruption , għall-uffiċini tagħha fil-Belt u meta bdiet tali kirja jew ċens?

Response (BONNICI, OWEN)

Il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni topera l-Uffiċini tagħha mill-binja li tinsab f’numru 21 u ġġib l-isem Chateau De La Ville fi Triq Arċisqof , il-Belt Valletta. Il-binja hija propjeta tal-Gvern amministrata mill-Ministeru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali, għaldaqstant kwalunkwe spejjeż ta’ allokazzjoni jaqgħu direttament taħt il-Ministeru. Irrid ngħid illi din il-binja sa ftit ilu kienet kompletament mitluqa u prattikament fi stat ta’ abbandun u dan il-Gvern, b’għaqal, irnexxilu jirrinnovvaha u jirrestawraha biex issa tkun tista’ titgawda mill-ġenerazzjonijiet tal-lum u dawk futuri. Inżid ngħid li minn din il-binja wkoll – f’sular naturalment differenti – topera l-Aġenzija għall-Għajnuna Legali. Infatti, issa li l-Aġenzija twaqqfet formalment u ġie impjegat Manager (li eventwalment se jkun assistit minn Clerk full time) b’seħħ mill-1 ta’ Frar li ġej se jibda jingħata s-servizz sħiħ ta’ Għajnuna Legali f’ambjent ferm iktar sabiħ u kunfidenzjali minn dak eżistenti.

Il-Fgura – xogħlijiet/proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali tal-lokalità tal-Fgura fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal- Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li sar mill-Kunsill Lokali tal-Fgura matul is-snin 2013, 2014, 2015.

Ħal Għaxaq – xogħlijiet/proġetti infrastrutturali

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li saru mill-Kunsill Lokali tal-lokalità ta’ Ħal Għaxaq fis-snin 2013, 2014 u 2015 u għal kull proġett/xogħol jgħid: a) fiex kien jikkonsisti; b) meta sar; c) min kien ikkuntrattat biex jagħmlu; u d) kemm sewa?

Response (BONNICI, OWEN)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni kif mitluba tal-proġetti/xogħlijiet infrastrutturali li sar mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Għaxaq matul is-snin 2013, 2014, 2015.

Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili – kawżi ġodda

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ippreżentati kawżi ġodda quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili tul is-snin 2013, 2014 u 2015 sena b’sena?

Response (BONNICI, OWEN)

In-numru ta’ kawżi ppreżentati u kawżi li ġew deċiżi quddiem il-Prim’ Awla tal-Qorti Ċivili (Malta) matul is-snin indikati huma dawn: SenaNumru ta’ Kawżi PreżentatiNumru ta’ Kawżi deċiżi 201317301985 201417371797 201517421851 Għandu jingħad ukoll illi dawn il-figuri jinkludi wkoll il-kawżi ppreżentati fil-gżira ta’ Għawdex quddiem il-Qorti tal-Maġistrati (Ġħawdex) fil-kompetenza superjuri tagħha.