Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #5834 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pilloli Aricept

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex pilloli Aricept tal-5mg li jiswew Lm57.26 mhux jingħataw b'xejn lil min m'għandux il-mezzi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-mediċina Aricept hija wżata għal marda tad-dementia li mhix inkluża fil-lista ta' Schedule V. Din il-mediċina tista' tiġi kkunsidrata biss għal pazjenti li għandhom il-kartuna r-roża u dan f'każ li jkun hemm evidenza medika ċara li l-mediċina hija effettiva. Dan il-għaliex il-mediċina Aricept hija waħda ġdida. Dan li ġej huwa parti mid-drug insert li tipprovdi l-kumpanija li tipproduċi din il-mediċina. "L-uzu tal-mediċina Aricept huwa assoċjat ma' titjib modest fil-memorja u l-kapaċita' li wieħed jitgħallem. Il-mediċina Aricept ma tfejjaqx il-marda ta' l-Alzheimer, ma tnaqqasx il-progress tal-marda u lanqas ma tipproduċi titjib sostanzjali fil-funzjoni tal-pazjent".
Leg 9 PQ #5937 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma u min huma t-tobba, nurses u mpjegati oħra ta' nazzjonalita' barranija li jaħdmu fl-isptarijiet ta' pajjiżna? Jista' l-Ministru jgħid minn liema nazzjon ġejjin, x'kuntatt għandhom u x'salarju qed jirċievu?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant in-numru ta' tobba, infermiera u mpjegati oħra ta' nazzjonalita barranija li jaħdmu fl-isptarijiet fid-Diviżjoni tas-Saħħa huma 93. L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej: Tobba 12 Republika Slovakka 3 Republika Ceka 15 Polonja 5 Bosnia 6 Yugoslavja 1 Macedonja 1 Italja 1 Ingilterra 1 Olanda ____ 45 ____ Infermiera 7 Ingilterra 2 Bosnia 1 Pakistan 2 Bulgaria 5 Jugoslavia 3 Repubblika Slovakka 2 India 6 Nigeria 3 Albanija 1 Palestina 3 Polonja 1 Macedonia 1 Filippini 1 Canada ____ 38 ____ Radiographer 1 Nigeria 1 Yugoslavia 1 Norvegja 1 Ingilterra 1 Filippini 1 Albanija 1 Palestina ____ 7 ____ Scientific Officer 1 Ingilterra Podologist 1 Ingilterra Perfusionist 1 Ingilterra Il-Kuntratt ta'l-imjegati indikati hawn fuq, ħlief fil-kaz ta' Perfusionist, żewġ konsulenti u żewġ Radiographers huwa ta' sena li jista jiġġedded u s-Salarju tagħhom huwa bħala dak tal-Maltin. Fil-każ tal-Perfusionist, 2 konsulenti u 2 Radiographers id-dettalji relattivi huma kif jidhru hawn taħt: Kuntratt Salarju Perfusionist 3 snin Lm15,915 għas-sena 1999 Lm16,550 għas-sena 2000 Lm17,213 għas-sena 2001 Konsulent 7 snin Lm35,000 Konsulent 3 snin Lm42,000 2 Radiographers 1 sena Lm16,200
Leg 9 PQ #5938 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Infermiera

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm huma t-tobba, nurses u mpjegati fl-isptarijiet Maltin li huma Għawdxin? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb tal-gvern li dawn il-ħaddiema jintbagħtu jaħdmu fil-gżira Għawdxija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li n-numru ta' tobba, nurses u mpjegati fl-isptarijiet Maltin li huma Għawdxin huwa ta' 106. It-trasferimenti ta' mpjegati minn Malta għal Għawdex isir skond l-esiġenzi tas-servizz.
Leg 9 PQ #6832 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Siġar

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ilhom ma jinżabru u jiġu mbexxa s-siġar li hemm fil-ġonna tal-btieħi u fit-toroq, kemm in-naħa ta' l-irġiel u tan-nisa, fl-Isptar Monte Carmeli eslużi dawk fil-main garden?

Response (DEGUARA, LOUIS)

is-siġar fil-postijiet msemmija kien ilhom ma jinżabru u jiġu mbexxa għal madwar sentejn u nofs. Dan ix-xogħol reġa beda jsir mill-gimgħa l-oħra jiġifieri qabel ma saret l-interpellanza ta l-Onor. Membru.
Leg 9 PQ #6833 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward 2

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi fis-Seclusion Unit fil-Ward 2 fl-Isptar Monte Carmeli, fejn pazjent ġie mqajjem matul il-lejl biex jiddaħħal pazjent ieħor minfloku fis-single room? Jidhirlu l-Ministru li dan hu każ inuman u degredanti, aktar u aktar meta biex jerġa' jorqod il-pazjent trid tagħtih pilloli oħra? Huwa ġust li pazjenti li jkollhom bżonn ta' kura fis-Seclusion Unit qed jinħarġu qabel iż-żmien biex jiddaħlu oħrajn flokhom? Hemm xi ħsieb li jiżdiedu s-single rooms fis-Seclusion Unit?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kien hemm każ wieħed, iżolat, fejn pazjent fis-Secure Unit ġie mqajjem matul il-lejl biex jiddaħħal pazjent ieħor minfloku fis-seclusion room. Mir-records tal-pazjent in kwistjoni ma jirriżultax li dan il-pazjent kellhom jingħatawlu pilloli oħra biex jorqod wara li ġie trasferit. Allavolja jittieħdu miżuri biex trasferimenti bil-lejl jiġu evitati, madanakollu jista' jiġri hekk minn żmien għal żmien f'kwalunkwe Unit fejn, f'emerġenża, l-bżonn jeċċedi temporanjament il-provvista tar-rizorsi disponibbli. Skond il-policy tas-Seclusion Unit, pazjenti ma jinzammux f'kundizzjonijiet ta' seclusion iżjed milli hemm bżonn. Il-management m'għandu l-ebda ħsieb illi jiżdiedu n-numru ta' seclusion rooms fis-Secure Unit.
Leg 9 PQ #6834 Sitting 94 1999-05-11 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

MIA — Klinika

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-klinika ta' l-ajruport tal-Gudja fejn hemm ħames nurses, hemm erbgħa infermiera jaħdmu roster mod waqt li l-ħames wieħed jaħdem roster differenti? Għaliex ma jaħdmux fuq roster identika bħal dik ta' l-isptarijiet, jiġifieri DDNRO?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Fil-klinika ta` l-ajruport tal-Gudja hemm erba` nfermiera jaħdmu fuq roster DNRO u ieħor jaħdem fuq roster DDNRO. Dan għaliex meta l-infermier ta` l-aħħar ġie trasferit mill-isptar Monte Carmeli għall-klinika ta` l-istess roster li kellu qabel jiġifieri DDNRO. Dan ġara għax meta d-Diviżjoni tas-Saħħa riedet li wieħed mill-infermiera jkun jaħdem bħala reliever biex ikopri l-vacation u sick leave ta` l-erba` l-oħra, l-Union konċernata oġġezzjonat. Għalhekk baqa` kulħadd kif kien. Dwar l-aħħar parti tal-mistoqsija, id-Diviżjoni ma tikseb l-ebda benefiċċju aktar milli hemm bħalissa jekk isir kif qed jiġi ssuġerit.
Leg 9 PQ #5339 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sta. Luċija — Berġa tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li l-Berġa tal-gvern li hemm f'Sta. Luċija tiġi ttrasferita għal ħdejn l-għassa ta' Sta. Luċija jew qrib l-uffiċini tal-kunsill lokali peress li hemm tkun iktar ċentrali?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li jekk jinstab jew jiġi offrut post għall-Berġa ta' Santa Luċija li jkun aktar ċentrali, id-Dipartiment dejjem lest li jikkonsidra li jittrasferixxi il-Berġa.
Leg 9 PQ #5340 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Sta. Luċija — Berġa tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-sħieb li jsir refurbishment tal-berġa ta' Sta. Luċija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li huwa ppjanat li r-'refurbishment' tal-Berġa ta' Santa Luċija, jsir matul din is-sena.
Leg 9 PQ #5341 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Marsa — Berġa tal-gvern

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta beħsiebu jagħmel refurbishment tal-berġa tal-Marsa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li din is-sena fil-Berġa tal-Marsa diġa sar xogħol ta' manutenzjoni u nbidlu tieqa u bieb. Xogħol ieħor hu maħsub li jsir matul is-sena.
Leg 9 PQ #5829 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Photocopy machines

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 3625 peress li l-informazzjoni mitluba hija konnessa ma' infiq ta' fondi pubbliċi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li m'għandi xejn iżjed xi nżid mar-risposta li tajt għall-mistoqsija numru 3625.
Leg 9 PQ #6523 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Ward clerks

Question

Jaħseb il-Ministru li f'Sala Nru 2 ta' l-irġiel ġewwa l-Isptar Monte Carmeli għandu jkun hemm ward clerk minħabba l-amalgamazzjoni ta' Sala Numru 2 u Sala Numru 10 u per konsegwenza hemm pressjoni enormi ta' xogħol li qed isir kollu minn nurses u b'hekk tintilef l-attenzjoni lejn il-pazjenti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant qed jiġi studjat.
Leg 9 PQ #6739 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru tas-Saħħa

Bormla — Ċentru tas-Saħħa

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk huwiex minnu li l-health centre ta' Bormla se tkun miftuħa 12-il siegħa kuljum biss? Jekk fl-affermattiv, x'inhi r-raġuni wara din id-deċiżjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Waqt li d-Dipartiment qiegħed jagħmel l-isforzi kollha biex il-Health Centre jiftaħ 24 siegħa,nikkonferma li l-possibilta illi ċ-Ċentru tas-Saħħa ta' Bormla jista jkun miftuħ 12 il-siegħa kuljum u mhux 24 siegħa sa issa mhix eskluża. Deċiżjoni finali għad trid tittieħed primarjament fuq in-numru ta'tobba li se jiffurmaw il-complement ġewwa il-Health Centre fil-ġejjieni.
Leg 9 PQ #6798 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Spiżerija - Xiri ta' mediċina

Question

Jista' l-Ministru jgħid kif klijent li mar jixtri mediċina nhar is-Sibt, 1 ta' Mejju mill-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa ma ngħatax riċevuta għal mediċina li xtara?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm bżonn ta' iktar dettalji sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw dan il-każ. Id-dettalji meħtieġa huma: 1. L-isem tal-pazjent 2. L-isem tal-mediċina 3. Il-ħin li mar l-ispiżerija Nitlob lill-Onor. Interpellant jaddhili d-dettalji anke privatament.
Leg 9 PQ #6825 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Main garden

Question

Peress li bi nhar fil-main garden ta' l-Isptar Monte Carmeli qed ikun mimli b'karozzi ta' ċerti mpjegati, jista' l-Ministru jgħid xi kriterji jintużaw biex ċerti mpjegati jgawdu minn dan id-dritt u oħrajn le?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-ispazju għall-parking ġewwa l-main garden ta' l-isptar Monte Carmeli huwa limitat. Għalhekk dawk l-impjegati li jilħqu post, jipparkjaw viċin il-main garden. meta dan il-post jimtela jipparkjaw fil-parking area li hemm barra l-bieb ta' l-isptar.
Leg 9 PQ #6829 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Injury on duty

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm każi ta' injury on duty fl-Isptar Monte Carmeli fuq nurses, nursing aides u health assistants minn Settembru, 1998 sa l-24 ta' Diċembru, 1998 sala sala, u x'injury kellhom? Kemm kien hemm każi ta' injury on duty ta' nurses, Nursing Aides u Health Assistants mill-25 ta' Diċembru, 1998 sal-lum fl-istess sptar? F'dak il-każ ukoll, jista' l-Ministru jagħti l-lista mqassma sala sala, u x'injury kellhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Minn Settembru sa l-24 ta' Diċembru ta' l-1998 kien hemm dawn l-injuries: Grade Ward Injury __________________________________________ _________________________ 1 Nurse MW2 Nasal Trauma 2 Nurse FW5A Septic Left finger 3 H/Aux FW5B Needle puncture right thigh Injury on duty ta' nurses, Nursing Aides u Health Assistants mill-25 ta' Diċembru, 1998 sal-lum fl-istess sptar kien hemm sebgħa: Grade Ward Injury __________________________________________ _________________________ 1 Nurse MW2 Abrasion right side face 2 Nurse MW2 Punch on nose 3 Nurse MW2 Abrasion right Elbow 4 Nurse FW7 Abdo-muscle strain 5 Nurse FW10 Cervical neuralgia 6 Nurse Ħal-Far Adult T/C Ligament sprain Grade Ward Injury __________________________________________ ________________________ 1 H.Ass Mess Oil in eye needing occlusion _______________________________________ ___________________________ 1 N/Aide nil nil
Leg 9 PQ #6830 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Kenniesa

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm kenniesa fl-Isptar Monte Carmeli biex jieħdu ħsieb it-tindif ta' toroq, passaġġi u btieħi ta' l-istess sptar? Jista' l-Ministru jieħu passi ħalli jitnaqqas il-ħmieġ li jeżisti f'dawn il-postijiet?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm sitta min-nies biex jieħdu ħsieb it-tindif ta' toroq, passaġġi u btieħi.
Leg 9 PQ #6831 Sitting 93 1999-05-10 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Monte Carmeli — Sala 10

Question

Minn mindu suppost ingħalqet sala 10 ta' l-irġiel fl-Isptar Monte Carmeli fl-24 ta' Diċembru, 1998, jista' l-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa lill-gvern sa l-aħħar ta' April, 1999 fi ħlasijiet ta' overtime biex sala 10 tibqa' miftuħa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Kif għidt diversi drabi, Sala 10 ta' l-irġiel fl-Isptar Monte Karmeli, mill-24 ta' Diċembru 1998 'l quddiem ma baqgħetx tintuża għall-pazjenti psikjatriċi ta' l-Isptar. Baqgħet tintuża biss għal persuni mill-Faċilita' Korettiva ta' Kordin li jkollhom bżonn kura psikjatrika. Dan sar biex jiġu implimentati ir-rakkomandazzjonijiet internazzjonali. Għaldaqstant din is-Sala m'għandhiex staff complement fiss. Jintuża' l-overtime biex jingħata in-nursing care li jkun meħtieġ. L-ispiża f'overtime mill-24 ta' Diċembru 1998 sa l-aħħar ta' April 1999 laħqet Lm18,244.
Leg 9 PQ #5240 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru tas-Saħħa

Spiżeriji — Asperin E.C. 75mg

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li bejn l-20 u s-27 ta' Frar, 1999 ma kienx hemm Asperin E.C. 75mg fl-ispiżeriji tal-Gvern?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li l-mediċina Aspirin E.C. 75 mg tablets mhix 'stock item' imma tinxtara għall-pazjenti partikolari wara li din tiġi approvata mid-'Drugs & Therapeutics Committee(DTC). Dan l-aħħar, il-konsum ta' din il-mediċina żdied minħabba li d-domanda għal dan il-prodott żdiedet. Għaldaqstant, kien hemm nuqqas biss temporanju mill-Ispiżerija ta' l-Outpatients ta' l-Isptar San Luqa mis-Sibt, 20 ta' Frar 1999, sat-Tlieta, 23 ta' Frar 1999 meta ġew imqassmin kwantita' mill-Istores dak in-nhar wara nofsinhar.
Leg 9 PQ #5307 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Ministeru tas-Saħħa — Computers

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 3587 peress li l-informazzjoni mitluba hija importanti u validissima? B'riferenza għar-risposta li ngħatat, jista' l-Ministru jgħid liema standing orders jobbligawni li nagħti d-dettalji kif mitluba fit-tieni parti tal-mistoqsija?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li mgħandix iżjed xi nżid mar-risposta li diġa tajt.
Leg 9 PQ #5639 Sitting 92 1999-05-10 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Knee replacement operations

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex pazjenti għal knee replacement operations qed idumu aktar minn sentejn jistennew biex issirilhom l-operazzjoni?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninforma l-Onor. Interpellant li hemm pazjenti li ilhom jistennew għal aktar minn sentejn għall-operazzjoni ta' Knee Replacement, peress li dawn l-operazzjonijiet mhumiex urġenti u anki peress li huma fil-waiting list ta' konsulenti li għandhom ħafna pazjenti jistennew operazzjoni. Nistgħu noffru lill min ma jridx jistenna ħafna, li jbiddel il-konsulent.