Peress li jirriżulta li hemm ħaddiema mad-Dipartiment ta' l-Artijiet fil-Baviera li għandhom permessi speċjali sabiex jidħlu fis-6.15 a.m. u joħorġu lura fit-8.20 a.m., jista'l-Ministru jgħid għaliex qed jingħata dan il-permess? Kemm fil-fatt huma l-ħaddiema li għandhom dawn l-arranġamenti?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma jirriżultalix li hemm xi ħaddiema mad-Dipartiment ta`
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10155, jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslet l-investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet ta' PC Lawrence Gabriel dwar irregolaritajiet fit-towing ta' vetturi? Jekk intemmet, jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar dak li nstab?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-investigazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant għadha mhix konkluża.
Jista' l-Ministru jgħid kemm tħallsu liċenzji tal-kaċċaturi u nassaba sa l-aħħar ta' Settembru mqassmin kif ġej:
a. kaċċatur mingħajr arma personali tiegħu li joħroġ għal kaċċa jħallas Lm12 biss; (b) kaċċatur li għandu l-arma biex iżomm u jġorr li jħallas Lm19 biss; (ċ) nassab li jonsob fiss li jħallas Lm6 biss; (d) kaċċatur u nassab li jħallas Lm25 biss; (e) kaċċatur ta' fuq il-baħar li jħallas Lm30 biss; (f) kaċċatur ta' l-art u ta' fuq il-baħar li jħallas Lm49 biss; (g) kaċċatur li jikkaċċja l-fenek salvaġġ biss li jħallas Lm5; (h) nassab tal-fenek biss li jħallas Lm6 biss; (i) kaċċatur li jikkaċċja fuq l-art, fuq il-baħar u jonsob li jħallas Lm55 biss; (j) kaċċatur li jikkaċċja fuq l-art, fuq il-baħar, jonsob għal għasafar u anke il-fenek salvaġġ li jħallas Lm60 biss; u (k) individwu biex iżomm l-arma biss li jħallas Lm7?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm hawn snieter irreġistrati?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 10876, tista' l-awtorita' terġa' tibgħatli kopja ta' l-ittra tat-12 ta' Marzu, 1999 billi jien qatt ma rċevejt din l-ittra?
Jikkonferma l-Ministru li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar fil-laqgħa li jien kont attendejt fuq il-każ l-ieħor pendenti tas-Sur Alex Mercieca applikant, membru mill-istess awtorita' kien qalli li dan il-każ partikolari (tas-Sur Alex Mercieca) m'għandux x'jaqsam mal-każ l-ieħor imsemmi fil-mistoqsija parlamentari tiegħu numru 10876 liema każ jsemma wkoll f'ittra li jien bagħat lill-Planning Control Section (TPU) ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar datata 23/12/98?
Response (BORG, TONIO)
Dwar l-ewwel parti tal-Mistoqsija ninsab infurmat li kopja ta` l-ittra li rrefera għaliha l-Onor. Interpellant intbagħtet fil-15 ta` Novembru 1999. Se nara li l-Onor. Membru jingħata kopja ta` din l-ittra.
Dwar il-kumplament tal-Mistoqsija ninsab infurmat li peress li l-każ indikat f`din il-Mistoqsija u l-każ imsemmi fil-Mistoqsija Parlamentari Nru. 11180 jikkonċernaw l-istess inħawi, dawn iridu jiġu kkunsidrati flimkien.
Ninsab infurmat ukoll li ma jistax jiġi kkonfermat jekk xi membru ta` l-Awtorita` qalx xorta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk ix-xogħol ta' embellishment li nbeda f'Tas-Sliema hux kopert bil-permessi ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Liema huma l-permessi li nħarġu s'issa?
Response (BORG, TONIO)
Ix-xogħlijiet li nbdew s`issa ma jeħtieġux permess għax huma biss xogħlijiet ta` manutenzjoni. Sa llum saru 3 applikazzjonijiet liema applikazzjonijiet għadhom qed jiġu pproċessati.
Jista' l-Ministru jara li l-għassa tal-Fgura jkollha s-serratura tajba biex il-pulizija tal-lokal ikunu jistgħu jagħlquha? X'inhi r-raġuni li għadu ma sarx maintenance fuq is-serratura?
B'riferenza għall-korrispondenza li l-Ministru kien irċieva mill-Eurosun Ltd., jista'l-Ministru jinforma bl-iżvilupp u cioe' dwar l-100 ħaddiema li hemm mhedda li jitilfu l-impjieg kemm-il darba ma jitteħdux il-miżuri proposti mill-imsemmija kumpannija?
Response (BORG, TONIO)
Il-ħinijiet ta` ftuħ u għeluq ta` ħwienet hija materja li ma taqax taħt ir-responsabbilita` tal-Ministeru ta` l-Intern, iżda dak tal-Politika Soċjali.
Jista' l-Ministru jgħid fl-ewwel għaxar (10) xhur ta' din is-sena kemm-il vettura abbandunata fit-toroq inġarret mill-pulizija?
Mil-liema bliet/irħula tneħħew? Xi jsir minn vettura li tkun tneħħiet mill-pulizija għaliex tkun abbandunata minn sidha?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li fl-ewwel għaxar xhur ta` din is-sena, it-Taqsima tal-A.L.E. tal-Pulizija ġabret 216 vettura, minn dawn il-lokalitajiet :
Attard Baħar iċ-Ċagħaq Balzan Birkirkara
Birżebbugia Bir id-Deheb Blata l-Bajda Bormla
Dingli Floriana Fgura Għaxaq
Għargħur Gżira Ħamrun Isla
Kirkop Lija Luqa Marsa
Mellieħa Mqabba Mosta Msida
Mtarfa Naxxar Qawra Qormi
Qrendi Rabat Raħal Ġdid San Ġiljan
San Ġwann Sliema San Pawl il-Baħar Siġġiewi
Swieqi Ta` Ġiorni Tarxien Ta` Xbiex
Valletta Wied il-Għajn Xemxija Żejtun
Dawk il-vetturi hekk miġbura, li jibqgħu ma jittieħdux lura mis-sid leġittimu tagħhom fi żmien xahar mill-pubblikazzjoni fil-Gazzetta tal-Gvern u fi tliet ġurnali lokali oħra, ta` avviż mill-Kummissarju tal-Pulizija li bih isejjaħ lis-sid sabiex jieħu lura l-vettura, tali vetturi jiġu mibjugħa, jew, fil-każ li dawn ma jkunux tajbin biex jintużaw fit-triq, meqruda, kif provdut f`regolarment 8(1) ta` Avviż Legali 94 ta` l-1997.
Pulizija ta' l-Immigrazzjoni — Ċittadini Marokkini
Question
Jikkonferma l-Ministru li l-Pulizija ta' l-Immigrazzjoni għandhom ordnijiet biex ċittadini Marokkini ma jitħallewx jidħlu Malta?
Jikkonferma li jekk xi ċittadin Marokkin jitħalla jidħol f'pajjiżna għaliex jiġi stmat li għandu biżżejjed flus, jinżammlu l-passaport, sakemm ikun wasal biex jitlaq lura?
Dawn ir-restrizzjonijiet, speċjalment it-tieni waħda, jgħoddu għal ċittadini ta' pajjiżi oħra?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma ngħataw ebda ordnijiet lill-uffiċjali ta` l-Immigrazzjoni sabiex ma jħallux ċittadini Marokkini jidħlu Malta, jew biex jinżammilhom il-passaport. Ta` min jgħid li l-uffiċjali ta` l-Immigrazzjoni għandhom id-dover li jirrifjutaw id-dħul f`pajjiżna ta` persuni li jkunu jidhru li m`humiex 'bona fede'.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid għaliex membri ta' l-SAG li jkunu duty 24 siegħa sħaħ m'għadhomx jingħataw il-faċilita' li jieklu mill-kwartieri ta' Kandja fl-SAG kif kien jiġri qabel, filwaqt li l-Immigranti Illegali li jkunu qed jinżammu f' Ta' Kandja qed jingħataw l-ikel ipprovdut minn ta' Kandja stess?
Possibbli li kif qed jiġi provdut l-ikel lill-Immigranti Illegali, jiġi pprovdut ukoll lill-membri ta' l-SAG li jkunu għassa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li m`hemmx membri ta` l-S.A.G. li jkunu duty 24 siegħa sħaħ f`Ta Kandja.
Jista' l-Ministru jintervjeni sabiex jara għaliex il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament u li għandu mqabbla għandu mill-Joint Office l-għalqa magħrufa "Ta' L-Isqof" limiti tal-Gudja, din il-persuna qed titħalla tikri din l-art lil terzi kontra l-liġi u minkejja li minn Awissu 1999 il-Joint Office mhux qed jaċċettaha aktar il-qbiela? Jista' jara għaliex l-acknowledgement tal-Joint Office għall-ittra li r-riferenza A 4287/97 datata 4 ta' Diċembru, 1998, ma ġiex segwit bl-ebda azzjoni sabiex dan l-individwu jiġi żgumbrat u ma jkomplix itellef il-produzzjoni tan-nar mill-kamra tan-nar li hemm f'din l-għalqa?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li f`Diċembru 1998 l-Uffiċċju Konġunt ġie nfurmat li l-għalqa li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ma kienetx qed tintuża għal agrikoltura. Wara li saru l-investigazzjonijiet meħtieġa, l-Avukat Ġenerali intalab jieħu l-passi neċessarji biex jinbdew proċeduri għal eviction. L-Uffiċċju Konġunt ma aċċettax aktar qbiela fuq ir-raba in kwestjoni mill-15 ta` Mejju 1999. Għalhekk mhux korrett li jingħad li l-acknowledgement tal-4 ta` Diċembru 1998 ma ġiex segwit bl-ebda azzjoni.
Jista' l-Ministru responsabbli mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar jgħid jekk il-persuna li isimha jidher separatament hawn taħt, hux se tibbenefika mill-iskema li applikat għaliha, sabiex isir xogħol fuq gallarijiet ta' l-injam? Jekk fl-affermattiv, jista' l-Ministru jgħid jekk din tistax tagħmel ix-xogħol għax qed jidħlilha ħafna ilma u qed tkun ta' periklu kontinwu?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li, l-applikazzjoni għall-benefiċċju taħt l-iskema ta` għajnuna għal bdil jew tiswijiet ta` gallerijiet tal-persuna li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant ser tkun ikkunsidrata wara t-3 ta` Diċembru, 1999, li hi d-data ta` l-għeluq għall-applikazzjonijiet taħt din l-iskema.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-pulizija tal-Ħamrun qiegħda tagħlaq għajnejja għal double parking fi Triq San Ġużepp, il-Ħamrun, minn numru kbir ta' mini-buses għal ħin twil viċin il-pjazza Fra Diegu? Jafu l-pulizija li f'dawk il-ħinijiet partikolari qed ikun hemm konġestjoni tat-traffiku minħabba dan id-double parking fi triq hekk traffikuża?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-pulizija tad-Distrett qed tieħu ħsieb sabiex kemm jista` jkun dawk il-kontravenzjonijiet li rrefera għalihom l-Onor. Interpellant ma jseħħux. Fil-fatt matul ix-xhur Awissu/Ottubru 1999, ingħataw dawn iċ-ċitazzjonijiet mill-Pulziija kawża ta` kontravenzjonijiet fl-imsemmija
lokalita` : -
Awissu 130
Settembru 77
Ottubru 87
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu wara rapporti li saru mill-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, datati 29 ta' Ottubru, 1999 u 27 ta' Settembru, 1999 rigward telefonati anonimi?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-Pulizija ma kelliex rapporti mill-persuna ndikata, dwar is-suġġett li rrefera għalih l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.
Kummissarju ta' l-Artijiet — Kalkara - Bieb is-Salvatur
Question
Jista' l-Ministru jinforma u jippreżenta lill-Kamra l-kuntratt, huwa ta' liema kwalita' jew tip hu, li hemm preżentament mill-Kummissarju ta' l-Artijiet fuq Bieb is-Salvatur ġewwa l-Kalkara?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li l-artijiet fuq Bieb is-Salvatur ġewwa l-Kalkara ġew mogħtija b`ċens perpetwu fid-29 ta` Marzu 1958. Dan iċ-ċens ġie mifdi fis-27 ta` Jannar 1982.
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra, kopja taż-żewġ kuntratti.
In vista tat-tweġibiet parlamentari ta' numri 3332 u 3681 u dawk sussegwenti, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba kienx hemm żvilupp ġdid fuq dan il-każ u jekk issa ġiex identifikat sit alternattiv għal min qiegħed jokkupa din il-Fortizza ta' San Anard?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma kien hemm l-ebda żvilupp dwar il-każ li rrefera għalih l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu.
Jista' l-Ministru jgħid meta ser toħroġ ir-roaster tal-pulizija għal żmien il-Milied u l-Ewwel tas-Sena, biex b'hekk huma wkoll, bħal bqija tan-nies, ikunu jistgħu jagħmlu l-pjani għal-festi tal-Millenju?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li minħabba diversi raġunijiet għadu mhux possibli li jinħadem id-detail of duties tal-membri tal-Korp, pero` kemm jista` jkun u sa fejn hu possibli ser jinżamm l-istess roster.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 8610, jista'l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu minn dak iż-żmien 'il hawn mill-Awtorita'ta'l-Ippjanar dwar iż-żewġ każijiet msemmija?
Response (BORG, TONIO)
Dwar iż-żewġ każi li saret referenza għalihom f`Mistoqsija Parlamentari Nru. 8610, ninsab infurmat li, peress li s-sidien ma segwewx għal kollox l-istruzzjonijiet maħruġa lilhom mill-Awtorita` ta` l-Ippjanar, dawn iż-żewġ każi ġew referuti għal azzjoni diretta.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kondizzjonijiet għas-sewwieqa/spettaturi imposti mill-pulizija fuq organizzaturi ta' tlielaq ta' karozzi, muturi eċċ? Dawn il-kondizzjonijiet japplikaw għall-off road racing kif isir f'Ta' Qali?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li qabel ma` l-pulizija toħroġ permess għall-tlielaq ta` karozzi fuq toroq pubbliċi, tintalab polza ta` assikurazzjoni li tkopri dak l-event. Dwar l-off road racing, ninsab infurmat li dawn huma regolati bir-Regolamenti ta` l-1997 dwar Offroading minn Vetturi bil-Mutur, u li permessi dwarhom jinħarġu mid-Dipartiment għall-Protezzjoni għall-Ambjent.
Peress li l-Ministru stqarr kemm-il darba li l-pulizija li ġera wara l-Libjan El Azzabi, meta dan ħarab, ħassu ħażin wara ċertu ħin, jista' jgħid x'taħriġ fiżiku jingħata lil pulizija fuq bażi regolari wara li jkunu temmew il-kors fl-akkademja tal-pulizija?
Jekk issir xi forma ta' taħriġ, jista' jgħid taħt liema forma u kemm hu obbligat li jattendi kull membru tal-korp?
Response (BORG, TONIO)
Ninsab infurmat li ma jingħatax taħriġ fiżiku lill-membri tal-Korp tal-Pulizija wara li jkunu temmew il-kors ta` reklutaġġ fl-Akkademja.