Legislature:
Category:
Reset
Active:

Imrieħel — Junior Lyceum - Lezzjonijiet tal-Franċiż

Question

Minħabba li rċevejt numru ta' complaints mingħand diversi ġenituri, jista' il-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li xi klassijiet li qed jitgħallmu l-Franċiż fil-junior lyceum ta' l-Imrieħel ġew maqsuma minn nofs bejn żewġ għalliema differenti ta' l-istess suġġett?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-Junior Lyceum ta' l-Imrieħel, minbarra l-għalliema tal-Franċiż hemm ukoll Koordinatur tas-suġġett. Għalhekk setgħu isiru arranġamenti biex xi gruppi tal-franċiż ma jkunux kbar ħafna fin-numru. B'hekk l-għalliema jkunu jistgħu jagħtu aktar attenzjoni individwali lill-istudenti tagħhom. Normalment il-ġenituri jilmentaw meta n-numru fil-klassi jkun kbir u mhux żgħir.

Students' Maintenance Grant

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm studenti u ta' liema istituzzjoni edukattiva huma, li matul din is-sena skolastika se jieħdu l-istudents' maintenance grant? Jista' jgħid ukoll kemm huma dawk l-istudenti li ġejjin mhux minn skejjel ta' l-Istat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li in-numru ta’ studenti u ta’ liema istituzjoni huma, huwa kif jidher taħt: ISTITUTZJONI EDUKATTIVA STUDENTI REMARKI JUNIOR COLEGE 2819 GIOBVANNI CURMI (HSS) 878 M.A. REFALO (UL) 517 ST ALOYSIUS COLLEGE 428 MHUX SKOLA TA' L-ISTAT DE LA SALLE COLLEGE 203 MHUX SKOLA TA' L-ISTAT ST EDWARDS COLLEGE 50 MHUX SKOLA TA' L-ISTAT UNIVERSITY OF MALTA 5360 INSTITUTE OF HEALTH CARE 110 MALTA COLLEGE OF ART, SCIENCE AND TECHNOLOGY 2695 BARRA L-APPRENDISTI Sub Total 13,060 APPRENDISTI STUDENTI REMARKI TECHNICIAN APPRENTICESHIP SCHEME (MCAST) 452 EXTENDED SKILLS TRAINING SCHEME (MCAST) 347 EXTENDED SKILLS TRAINING SCHEME (ITS) - MALTA 81 EXTENDED SKILLS TRAINING SCHEME (ITS) - GOZO 26 Sub Total 906 TOTAL 13,966 Studenti qed jibbenifikaw

Raħal Ġdid — Skola Ġuże' D'Amato - Servizz ta' Facilitator

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7986 fejn intqal li diġa' hemm full-time facilitator, peress li dan ma jirriżultalix, jista' il-Ministru jgħid x'passi se jittieħdu biex ikun hemm facilitator?Dettalji qed jintbagħtu separatament.

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li Dorian Bonello kellu facilitator fil-primarja iżda ma ingħatalux fis-sekondarja. Informat ukoll li ser issir domanda bil-miktub biex dan it-tifel isirlu re-assessment mill-istatmenting Board.

Edukazzjoni. Żgħażagħ u Impjiegi — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni hemm 42 persuna li għandhom iktar minn 61 sena u li qed jagħtu xi forma ta' servizz.Kollha jaħdmu full-time minbarra wieħed biss li għandu kuntratt. Informat ukoll li fil-Ministeru hemm 2 persuni. Wieħed jaħdem bil-kuntratt bħala advisor u l-persuna l-oħra jaħdem bil-kuntratt ukoll bħala advisor. Fl-Universita' ta' Malta hemm 40 persuna, uħud minnhom part-time u oħrajn full-time li ġew miżmuma mill-Universita' fuq approvazzjoni tal-Kunsill wara talba mill-fakulta' rispettiva. Dawn xogħolhom huwa l-iktar bħala lecturers u professuri. Informat ukoll li fl-MCAST hemm 12-il peruna mpjegati li għandhom iktar minn 61 sena. 7 minnhom jaħdmu bħala lecturers part-time u oħra bħala Reġistrar. Is-salarji ta' dawn l-impjegati huma kif stabbilit skond rata għal kull sigħa xogħol fl-entitajiet konċernati jew pro-rata skond il-każ jew kif stabbilit għall-impjegati l-oħra jekk is-servizz ikun fuq bażi full-time. Fil-każ tal-konsulenti fil-Ministeru, persuna għandha Lm11,000 f'sena u l-persuna l-oħra Lm4,766 f'sena.

Liċenzja ta' skola privata

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi t-tieni parti ta' mistoqsija parlamentari 8296 u cioe' jista' jgħid jekk sarux verifiki dwar il-veraċita' tal-kwalifiki li ġew ippreżentati mill-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, li sussegwentement ingħatat liċenzja ta' skola privata numru 237? Jekk fl-affermattiv, ma' min saru tali verifiki u x'irriżulta minn dawn il-verifiki?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li mhux rekwiżit skond Kap 327 tal-Liġijiet Maltin, li persuna li tapplika għal liċenzja ta' skola għandha tippreżenta xi kwalifiki jew li jsirilha verifiki dwar il-veraċita' ta' xi kwalifiki.

Universita' — Staff akkademiku

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk il-kondizzjonijiet ta' l-impjiegi ta' l-istaff akkademiku ta' l-Universita' jinkludux, u jekk fl-affermattiv jindika, x'inhuma n-numru ta' sigħat tax-xogħol u jekk hemmx xi benchmarks dwar kemm minn dawn is-sigħat għandhom jiġu wżati għal-lectures, tutorials, xogħol ra' riċerka, eċċ.? Jista' ukoll jgħid x'arranġamenti jeżistu għal dawk il-membri ta' l-istaff akkademiku li jokkupaw karigi pubbliċi jew privati u jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra il-pożizzjoni/grad ta' dawk il-membri ta' l-istaff akkademiku li huma awtorizzati li jokkupaw karigi pubbliċi u privati u x'inhuma dawn il-karigi?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub għadu qed jinġabar, tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.

Skejjel — Tfal ta' immigranti llegali

Question

Jista’ il-Ministru jgħid kemm hemm tfal ta’ immigranti llegali li qed jattendu skejjel f’Malta bħalissa? Kemm hemm subien u bniet u f’liema skejjel qegħdin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat hekk : TFAL TA' IMMIGRANTI LLEGALI SENA SKOLASTIKA 2004/2005 Skejjel Primarji Subien Bniet Total B'Buġia 2 1 3 Floriana 3 3 6 Lija 5 3 8 Paola A 1 1 2 Paola B 1 0 1 Valletta 5 3 8 Żurrieq B 0 2 2 Skejjel Sekondarji Lily of the Valley GSS 0 2 2 M'Assumpta GSS 0 1 1 Total 17 16 33

Edukazzjoni — Rapporti ta' Serq

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8305 u cioe' jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru? X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lil Onor.Membru jirreferi għar-risposta tal-Mistoqsija numru 8647.

Impjiegi — Persuni mill-Kottonera

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm persuni residenti fil-Kottonera li jaħdmu l-Belt Valletta u l-Furjana?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm 1,466 persuni residenti fil-Kottonera (Kalkara, Birgu, Isla u Bormla) li jaħdmu l-Belt Valletta u l-Florjana. Ġejt informat li r-rekords ta' l-ETC huma skond l-indirizz ta' min iħaddem u mhux skond il-lokazzjoni tal-post tax-xogħol fejn qed jaħdmu l-impjegati.

Sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni bl-Isport — Attivitajiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienu l-attivitajiet li ġew organizzati matul din is-sena fl-okkażjoni tas-sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni bl-Isport? Jista' jgħid ukoll min ħa ħsieb li jorganizza dawn l-attivitajiet, meta u fejn saru?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ġew organizzati diversi attivitajiet biex ifakkru s-sena Ewropea ta' l-Edukazzjoni bl-Isport fosthom seminar ta' Ġimgħa bit-tema "Move Your Body, Stretch Your Mind", esibizzjonijiet u avvenimenti fi skejjel diversi. Is-seminar sar fil-Curriculum Centre, f'Santa Venera bejn id-19 u l-23 ta' April. L-attivitajiet l-oħra li saru mill-iskejjel saru matul is-sena skolastika 2003/2004. Informat ukoll li ġie mwaqqaf board apposta biex jieħu ħsieb dawn l-attivitajiet.

Impjiegi — Reġistrazzjoni għax-xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti statistika xahar b'xahar u raħal b'raħal tan-nies li qed jirreġistraw għax-xogħol minn Jannar 2004 sal-lum?

Response (GALEA, LOUIS)

In-numru ta' persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol fuq l-ewwel u t-tieni parti mir-reġistru lokal b'lokal f'Malta u Għawdex minn Jannar 2004 sa Settembru 2004, ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

San Pawl il-Baħar — Skola primarja

Question

Jista' il-Ministru jivverifika rapporti li qed jasluli mill-ġenituri ta' tfal f'waħda mill-klassijiet tar-raba' sena tal-primarja San Pawl il-Baħar u jekk jirriżulta li veru jittieħdu passi dwar tfal li qed iħarbtu l-klassi u t-tagħlim ta' l-għalliema u jitfgħu lura lill-sħabhom kollha?

Response (GALEA, LOUIS)

Ġejt informat li ma jirriżultax li f'xi klassi tar-raba' sena ta' l-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar hemm xi tfal li qed iħarbtu l-klassi u t-tagħlim ta' l-għalliema u li qed jitfgħu lura lill-sħabhom kollha.

Skejjel primarji — Kunsilli skolastiċi

Question

Jista' il-Ministru jgħid f'liema skejjel primarji fil-lokalitajiet tal-Ħamrun, Sta. Venera, Marsa, Valletta, Floriana, Pieta'/Gwardamangia, Qormi, Luqa u Kirkop hemm kunsilli skolastiċi, meta twaqqfu, kemm-il darba ltaqgħu minn dakinhar 'il hawn u x'kienet l-attendenza tar-rappreżentanti tal-għalliema u tal-ġenituri rispettivament f'dawn il-laqgħat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fil-lokalitajiet indikati hemm Kunsill Skolastiku li twaqqaf għal sentejn. L-elezzjoni għal dawn il-kunsilli saret f'Jannar u jerġa' jmisshom f'Jannar 2005.

Għaqdiet sportivi — Doping tests

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm għaqdiet sportivi li din is-sena talbu għajnuna biex jagħmlu testijiet tad-doping fl-isport rispettivi tagħhom? Liema kienu? X’għajnuna ingħatat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Kunsill Malti għall-Isport kellu dawn it-talbiet : Malta Amateur Athletic Association Malta Amateur BodyBuilding Association Mlata Football Association Malta Judo Federation & Associate Disciplines Informat ukoll li sal-lum il-Kunsill Malti għall-Isport ħallas Lm3000 lill-Malta Football Association għad-Doping Tests u qed jivverifika t-talbiet l-oħra.

Skejjel — San Pawl il-Baħar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jimtela l-post vakanti ta' għalliema ta' Year 2 fl-iskola primarja ta' San Pawl il-Baħar minħabba li din l-għalliema ser tispiċċa boarded-out?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li waħda mill-għalliema ta' Year 2 fl-iskola ta' San Pawl il-Baħar ħarġet bis-sick leave fit-18 ta' Ottubru 2004. Għalliema ġdida intbagħtet tagħti servizz fl-istess skola fl-4 ta' Novembru 2004 eżatt wara l-vaganzi tal-mid-term.

Skejjel — Santa Luċija - Junior Lyceum

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fil-junior lyceum Margaret Mortimer ta' Santa Luċija fil-Form 4 għad m'hemmx għalliema tal-computer? Meta se jintbagħat għalliem ieħor tal-computer ħalli l-istudenti ma jkomplux ibatu l-konsegwenzi ta' nuqqas ta' lezzjonijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għalliema tal-Computer Studies intbagħtet l-iskola Margaret Mortimer fl-4 ta' Novembru 2004. Il-lezzjonijiet ta' dan is-suġġett issa qegħdin isiru b'mod regolari.

San Pawl il-Baħar — Skola primarja

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 7974, jista' il-Ministru jinnota li t-trasport eżistenti qed jaqdi l-bżonnijiet tat-tfal minħabba li numru ta' ġenituri kellhom jinqdew bi trasport privat?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li t-trasport li qed jiġi pprovdut huwa organizzat wara li tinkiseb informazzjoni mill-iskejjel. Fil-każ ta' l-iskola ta' San Pawl il-Baħar in-numru tat-tfal mill-Qawra li jattendu huwa hekk : Tfal Kinder Minn fejn jinġabru it-tfal Qawra 23 4 Coast Line Hotel / Għassa tal-Pulizija / All Saints Bar Buġibba 45 14 Pjazza ta' Buġibba / Holiday Complex / Knisja tal-Qawra / Bandli Buġibba 54 12 Pioneer Road / Housing Estate / Canberra Informat ukoll li għal dawn it-tfal, it-Taqsima tat-Trasport qed tipprovdi sitt (6) xarabanks kull filgħodu u wara nofs in-nhar. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni m'għandha ebda kontroll fuq il-ġenituri li jridu jikru trasport privat.

Skejjel sekondarji — Studenti

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' studenti bniet u subien li jattendu l-Form 3 fl-iskejjel sekondarji li din is-sena għażlu li jistudjaw il-lingwa Għarbija? Kemm hu n-numru ta' studenti li fil-livell 3, 4 u 5 ta' l-iskejjel sekondarji din is-sena? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal-lingwi tal-Ġermaniż, ir-Russu u l-Ispanjol?

Response (GALEA, LOUIS)

Ninsab informat li fl-iskejjel sekondarji l-istudenti jagħżlu li jistudjaw lingwa fil-Form 4 u mhux fil-Form 3. L-istudenti li jagħżlu li jistudjaw lingwa fil-Form 3 huma dak li jattendu l-Junior Lyceums. Informat li n-numru ta' studenti subien u bniet li jattendu l-Form 3 fil-Junior Lyceums li għażlu li jistudjaw il-lingwa Għarbija huwa : Subien - 1 Bniet - 4 Total - 5 Informat ukoll li n-numru ta' studenti subien u bniet li jattendu l-Form 3 fil-Junior Lyceums li għażlu li jistudjaw il-lingwa Ġermaniża, ir-Russu u l-Ispanjol huwa : Subien Bniet Total Ġermaniż 8 37 45 Russu 0 3 3 Spanjol 12 63 75 Informat li n-numru ta' studenti bniet u subien fil-livell 3, 4 u 5 ta' l-iskejjel sekondarji din is-sena huwa : Subien Bniet Total Form 3 1,830 1,857 3,687 Form 4 1,868 1,945 3,813 Form 5 1,777 1,995 3,772