Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25334 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Donazzjonijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm jammontaw id-donazzjonijiet finanzjarji li ingħataw mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn id-donazzjonijiet u lil min ingħataw u x'kienet ir-raġuni?

Response (GALEA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25632 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid 1) Meta daħal fis-seħħ l-aħħar ftehim kollettiv li jkopri l-korp akkademiku ta' l-Universita' ta' Malta? 2) Meta skada dan l-istess ftehim kollettiv?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-aħħar ftehim kollettiv li jkopri l-korp akkademiku ta' l-Universita` ta' Malta daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1991 u skada fl-1 ta' Jannar 1997.
Leg 9 PQ #25633 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid 1) Matul kull sena mill-1995 sa llum, kienx hemm riżenji minn fost il-korp akkademiku full-time ta' l-Universita' ta' Malta? Jekk iva, minn liema fakulta, ċentru jew istitut seħħew dawn ir-riżenju u f'liema sena? 2) Kemm tħaddem illum staff akkademiku l-Universita' ta' Malta, maqsum bejn full-time, full-time fil-Junior College u permanent part-time? Dawn in-numri kif inbidlu matul kull sena bejn l-1988 u llum?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25710 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Gardjola

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta ser titpoġġ f'postha l-gardjola li kien hemm Hastings u li tneħħiet minn hemm tlett snin u nofs ilu mill-Valletta Rehabilition Project ? Ma jaħsibx l-Ministru li għandha tingħata aktar importanza lill-wirt nazzjonali tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li dawn ix-xogħlijiet jaqgħu taħt ir-responsabilita` tal-Ministeru ta' l-Ambjent u qed jitmexxew mill-Valletta Rehabilitation Project. Din il-gardjola inħattet mid-Diviżjoni tax-Xogħlijiet minħabba l-qagħda imwegħra tagħha. Bħalissa d-Diviżjoni tax-Xogħlijiet qed tħejji tenders għar-rikostruzzjoni ta' din l-istruttura.
Leg 9 PQ #25713 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Franceso Crispi

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni għad-dewmien mid-Dipartiment tal-Mużewijiet lill-Kunsill Lokali Tarxien biex id-dar 27/28 (qabel 24/25) Triq il-Kbira, Tarxien tiġi rikonoxxuta bħala d-dar fejn kien jgħix l-ex Prim Ministru ta' l-Italja Franceso Crispi. Jaf l-Ministru li s-sidien tal-fond ppresentawlu d-dokumenti kollha relattivi tramite l-Kunsill Lokali lill-awtoritajiet tal-Mużewijiet li jistabbilixu dan il-fatt u lanqas biss plakka komemonorattiva li turi din l-istorja ma tista' titwaħħal mal-istess dar bħalissa?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li plakka kommemorattiva b'tifkira ta' Francesco Crispi għandha titwaħħal qrib il-kantuniera tad-dar numru 27/88 Triq il-Kbira, Tarxien u ser tiġi mikxufa f'ċerimonja qasira għall-okkażjoni nhar it-2 ta' Ġunju 2000 mill-E.T. Guido de Marco, il-President ta' Malta.
Leg 9 PQ #25715 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

UE

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk Malta tissieħeb fl-Unjoni Ewropea skond il-provedimenti tat-Trattat ta' Ruma, l-istati membri ma jkunux jistgħu jibqgħu jagħtu sussidji lil entitajiet u korporazzjonijiet li huma tal-Gvern jew li l-Gvern għandu kontroll fihom? Peress li l-Universita' ta' Malta hija tal-Gvern skond l-Att dwar l-Edukazzjoni ta' 1988, il-Gvern ha jkun jista' jkompli jissusidja lill-Universita' u jekk le, l-istudenti li bħalissa qegħdin jagħmlu kors l-Universita' u jieħdu stipendju kif se jintlaqtu? Il-Gvern ħa jkun jista' jkompli jagħti stipendju lill-istudenti meta Malta tidħol fl-Unjoni Ewropea?

Response (GALEA, LOUIS)

Fil-kuntest ta' sħubija fl-UE, is-sussidji mogħtija mill-gvern lil entitajiet kummerċjali kemm dawk li fihom għandu interess jew li fuqhom għandu kontroll u anki dawk li fihom m'għandux interess jew kontroll ikunu regolati bl-Artiklu 87 tat-Trattat ta' Ruma. Dan l-artiklu jipprojbixxi sussidji b'mod ġenerali, iżda jippermettihom taħt kundizzjonijiet hemm stipulati. Madanakollu, dan l-artiklu ma' japplikax għall-fini tal-qadi tal-funzjonijiet edukattivi ta' l-Universita` ta' Malta skond l-Att ta' l-Edukazzjoni. Għaldaqstant, il-baġit allokat lill-Universita` jista' jibqa' jiġi allokat anki fil-kuntest ta' sħubija bħalma jsir fil-preżent. L-istudenti li bħalissa qed jagħmlu kors l-Universita` ma' jintlaqtu b'ebda mod. L-istess jingħad dwar l-istipendju, fejn fil-kuntest ta' sħubija Malta xorta tkun tista' tħallas stipendju lil studenti Maltin. Ta' min jgħid li sussidju fil-forma ta' stipendju lill-istudenti b'ebda mod m'huwa sussidju kif kontemplat fl-Artiklu 87 tat-Trattat. Inoltre, m'hemmx lanqas obbligu li dan l-istipendju jitħallas lil studenti ċittadini ta' pajjiżi oħra ta' l-UE li jagħżlu li jiġu jistudjaw fl-Universita` ta' Malta.
Leg 9 PQ #25093 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Sistema ta' Stipdenji — Ħlas Lura

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi tweġiba sodisfaċenti se tingħata lill-istudenti (dokumenti mibgħuta separatament) li fl-24 ta' Ottubru 20000 u 12 ta' Frar 2001 kitbu lill-Ministru ta' l-Edukazzjoni dwar ħlas lura tas-self li għamlu skond is-sistema ta' stipdenju li daħlet waqt l-istudju tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

F'korrispondenza li l-Ministeru rċieva mingħand wieħed mill-istudenti li għalihom tirreferi d-domanda jingħad li "fil-bidu tas-sena akkademika 1997 il-Ministru ta' l-Edukazzjoni kien wegħdna li dawk l-istudenti li jiksbu riżultati eċċellenti fil-korsijiet rispettivi tagħhom ikunu eżentati mill-ħlas lura tas-self". Minn riċerka li saret fil-files tal-Ministeru u tad-Diviżjoni s-issa ma nstab ebda dokument li juri meta, minn min, u kif saret din il-wegħda u x'inhuma l-implikazzjonijiet finanzjarji u legali tagħha. Lanqas ir-Regolamenti, maħruġa f'dak iż-żmien mill-Onor. Interpellant meta kien ikopri dan id-dekasteru, ma jgħidu xejn dwar dan. L-Onor. Membru japprezza li f'materja finanzjarja bħal din, l-awtoritajiet kompetenti jirrikjedu d-dokument rilevanti b'appoġġ għall-pretensjoni konċernata qabel isir il-ħlas.
Leg 9 PQ #25094 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skola Ninu Cremona

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex inħass il-bżonn li l-Assistent Direttur għal Għawdex joħroġ ċirkulari lill-ġenituri li jibgħatu lill-uliedhom fl-iskola Ninu Cremona bid-data tal-14 ta' Marzu 2001? X'riżultat ħalliet s'issa din iċ-ċirkulari? X'qed isir biex l-għalliema ta' l-istess skola jagħtu eżempju tajjeb lill-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Assistent Direttur għal Għawdex kien qed jirċievi regolarment ilmenti dwar l-Iskola Ninu Cremona. Diversi għalliema wkoll kellmuh biex jekk hu possibbli jgħin biex is-sitwazzjoni titjieb. Barra minn dan, l-Assistent Direttur iltaqa' mat-tim amministrattiv ta' l-iskola u ddiskuta x'passi għandhom jittieħdu fiċ-ċirkustanzi. L-Assistent Direttur iltaqa' ma' għalliema u t-tim amministrattiv ta' l-iskola meta kienu qed isiru l-eżamijiet ta' nofs is-sena. F'dawn il-laqgħat intwera l-bżonn urġenti li ċerti nuqqasijiet għandhom jitranġaw għall-ġid ta' l-iskola, ta' l-għalliema nfushom u ta' l-istudenti. Kien ġie miftiehem fl-aħħar laqgħa li tintbagħat ċirkulari lill-ġenituri kollha, iffirmata wkoll mill-kap ta' l-iskola; pero` meta din kienet lesta l-kap ta' l-iskola ma xtaqx jiffirmha u għalhekk l-Assistent Direttur bagħtha bil-firma tiegħu biss. Mill-kummenti li waslu fl-Uffiċċju ta' l-Edukazzjoni f'Għawdex u mill-appoġġ sħiħ li qed juru l-ġenituri u l-maġġoranza kbira ta' l-għalliema jidher li ċ-ċirkulari qed tħalli riżultat pożittiv. Qed isir dak kollu possibbli, fosthom żjajjar regolari f'din l-iskola, biex jiġi assigurat li s-sitwazzjoni tkompli titjieb.
Leg 9 PQ #25590 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kunsill Malti għax-Xjenza u għat-Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-impjegati tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u għat-Teknoloġija u kemm qed jitħallsu f'kull każ?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-impjegati tal-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija bil-gradi u bil-pagi annwali rispettivi tagħhom huma dawn: Lm Buhagiar Edmond Asst. Coordinator/ 4,930 Asst. Executive Buttiġieġ Giovanni Coordinator/Executive 6,481 Cassano Joe Driver/Messenger 3,503 Cassingena Harper Int. Relations Officer/ 1,200+ Jennifer Senior Executive 6,906 mill- (sekondata mill-M.D.C) M.D.C. Dillon Moira Coorinator/Executive 6,481 Drago Aldo Coordinator 6,889 Galea Annie Part-time cleaner 1,350 (20 siegħa fil-ġimgħa) Micallef Pule` Claire Secretary (sekondata 4,413 fl-Uffiċċju tal-President) Schembri Rosanna Secretary 4,561 Xuereb Jesmond Deputy Chief Executive 6,385
Leg 9 PQ #25591 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Youth Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed titħallas il-kordinatrici tal-Youth Programme? Jista' jgħid jekk għandhiex kariġi jew responsabilitajiet oħra? Jekk iva, kemm qed titħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li f'dan l-istadju l-kordinatriċi ta' l-E.U. Youth Programme ma tirċievi ebda ħlas għal dan ix-xogħol. Din il-persuna ma tokkupa ebda kariga jew responsabbilita` oħra fi ħdan il-Youth Programme jew fil-Ministeru tiegħi.
Leg 9 PQ #25592 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Leonardo

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas il-kordinatur tal-Leonardo? Jista' jgħid jekk għandux karigi jew responsabiltajiet oħra? Jekk iva, kemm qed jitħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-Kordinatur Nazzjonali tal-Programmi Ewropej hu s-Sur Joe Sammut li jkollu l-assistenza ta' Segretarju Eżekuttiv għal kull programm.
Leg 9 PQ #25593 Sitting 536 2001-05-07 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Euromed Youth Action Programme

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm qed jitħallas il-kordinatur tal-Euromed Youth Action Programme? Jista' jgħid jekk għandux karigi jew responsabilitajiet oħra? Jekk iva, kemm qed jitħallas?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-kordinatur tal-Euro Mediterranean Youth Action Programme qed jitħallas bir-rata ta' Lm3.20 fis-siegħa għal ġimgħa ta' 15-il siegħa skond kuntratt li skada fl-aħħar ta' Diċembru 2000. Il-kuntratt li jkopri l-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2001 għadu qed jiġi negozjat. Dan il-persuna huwa mpjegat full time mal-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija. Huwa wkoll membru fil-Youth Co-ordinating Committee u fil-Planning Consultative Body fuq bażi volontarja.
Leg 9 PQ #24938 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ Malti għax-Xjenza u Teknoloġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi struttura se jkollu l-istitut ta' l-istudji marittimi li mistenni jiftaħ f'Ottubru li ġej fil-qafas tal-kulleġġ Malti għax-Xjenza u Teknoloġija? Fejn se jkun ibbażat? X'oqsma ta' studji se jipprovdi? X'relazzjoni se jkollu dan l-istitut ma' l-awtorita' marittima Maltija?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istruttura ta' l-Istitut Marittimu hi mistennija li tkun tixbaħ l-istruttura ta' l-Istituti l-oħra tal-kulleġġ kif irregolata mill-Art. 15 ta' l-Istatut ta' l-istess Kulleġġ, jiġifieri dik li tipprovdi għall-Bord ta' l-Istudji. Hu mistenni li l-istatuti ta' bosta istituti inkluż dak Marittimu jiġu pubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern matul il-ġimgħat u xhur li ġejjin. Hu maħsub li, għall-ewwel, l-Istitut Marittimu jopera minn Haywharf fejn illum tinstab l-iskola Nawtika. Il-programm ta' studji li sejjer jipprovdi l-Istitut qiegħed jiġi mfassal in kollaborazzjoni ma' l-Awtorita` Marittima Maltija u jiġi mħabbar aktar tard. Ninsab informat ukoll li bħal issa diskussjonijiet fuq ftehim bejn il-Kulleġġ u l-Awtorita` fuq bosta ħwejjeġ jinsabu fi stadju avvanzat u mistenni li l-esitu jiġi mħabbar pubblikament qabel l-aħħar ta' Ġunju ta' din is-sena.
Leg 9 PQ #25475 Sitting 535 2001-05-02 Oral · Final From: KARL CHIRCOP To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ħal Tarxien — Xogħol ta' Estensjoni

Question

Jista' l-Ministru ta' l-Edukazzjoni jgħid meta ser jinbeda x-xogħol ta' estensjoni ta' l-iskejjel Primarji u dik sekondarja li jinsabu fi Triq tal-Barrani f'Ħal Tarxien?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li peress li d-Dipartiment tal-Kuntratti rrifjuta kull offerta sottomessa għal xogħlijiet ta' ġebel u konkos fil-Kumpless Skolastiku ta' Ħal Tarxien wara sejħa għall-offerti li kienet ippubblikata speċifikament għalhekk, hu issa meħtieġ li din is-sejħa terġa tiġi ppubblikata. Għaldaqstant, qegħdin jinkisbu l-approvazzjonijiet meħtieġa biex dan ikun jista' jsir. Kif jista' japprezza l-Onor. Membru, il-proċess għall-għoti ta' offerti skond ir-Regolamenti Finanzjarji Pubbliċi huwa wieħed tassattiv u għalhekk nassigura lill-Onor. Membru li d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni sejra tagħmel dak kollu meħtieġ biex tespedixxi dan il-proċess.
Leg 9 PQ #23651 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ tal-Biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' studenti tal-kulleġġ tal-biedja li matul l-1999 u 2000 tħarġu fuq programmi ta' żvilupp sostenibli rurali? Min kien responsabbli minn dan il-programm mill-kulleġġ? X'kien jinvolvi dan il-program bħala tagħlim rigward l-iżviluppi rurali fil-gżejjer tagħna?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-korsijiet segwiti fil-Kulleġġ huma indirizzati lejn dawk l-istudenti li jridu jsiru tekniċi jew assistenti veterinarji jew ortikulisti kummerċjali. Il-programmi ta' żvilupp sostenibbli rurali ma jaqghux direttament taħt dawn il-korsijiet imma jiġu ttrattati taħt il-programm 'Rural Youth Leadership' li jsir fil-kulleġġ. Huwa dan il-programm li jgħin l-istudenti jippreparaw ruħhom biex isiru t-tekniċi tal-ġejjieni li jieħdu ħsieb l-iżvilupp sostenibbli rurali minn perspettiva holistika. In-numru ta' studenti li kienu nvoluti matul is-sena skolastika 1999-2000 kien ta' 27 u l-programm kien immexxi mis-Sur M Salerno. Il-Programm jinkludi "kontrolli bijoloġiċi" u anke "metodi organiċi" (li għalissa għadhom fil-bidu tagħhom u esperimentali) li jkomplu jikkomplementaw mat-tagħlim fuq futur sostenibbli bħall-ambjent għall-gżejjer tagħna.
Leg 9 PQ #23652 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kulleġġ tal-Biedja

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien n-numru ta' studenti li jattendu l-kulleġġ tal-biedja li tħarrġu fuq sistemi ta' żvilupp sostenibbli li jħallu anqas impatt fuq l-ekoloġija, l-geoloġija u l-hydrology meta applikati fis-settur tal-biedja? Fuq liema sistemi tħarġu? Min kien responsabbli minn dan it-tgħalim ta' l-istudenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-istudenti kollha tal-kulleġġ jitħarrġu fuq sistema ta' żvilupp sostenibbli li jħallu anqas impatt fuq l-ekoloġija, l-ġeoloġija u l-idroloġija. Din is-sena, n-numru ta' studenti li kienu involuti kien ta' 27. Isir studju dwar kif il-'waste' li jħallu l-annimali jew ħxejjex għandu jiġi użat jew mormi mingħajr ma jħalli impatt negattiv fuq l-ekoloġija, l-ġeoloġija u l-idroloġija. Fowt dawn is-sistemi jiġi studjat (a) kif il-'waste' jintuża bħala fertilizzant wara li jiġi ttrattat, (b) jiġi newtralizzat u allura xorta jista' jitħallat mal-ħamrija (c) jiġi maħruq fl-inċinaturi (l-aktar fdalijiet ta' annimali mejtin). Il-lecturers involuti huma Mr S Vella, Mr J Mifsud u Mr M Salerno.
Leg 9 PQ #23797 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: ALFRED SANT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid hekk hemmx impjegati tal-Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjonali jew impjegati oħra li huma bbażati hemm li għandhom xi allowances marbutin mal-karigi tagħhom? Jekk fl-affermattiv, x'inhuma l-ammonti, fuq liema kriterju ġew mogħtija, min ħa d-deċiżjoni li jingħataw u kemm jingħataw? Barra l-allowances hemmx xi vantaġġi oħra li jingħata bħal ħlas ta' fuel għal karozzi privati u uffiċjali, użu ta' mobile phones kif ukoll ħlas ta' kontijiet tat-telefon ta' djar privati? Jista' l-Ministru jagħti lista ta' dawn in-nies u l-vantaġġi li għandhom, kemm jekk huma mħallsa mill-grant tal-ministeru kif ukoll jekk inhuma mħalls minn proġetti li qed jiġu mogħtija lil fondazzjoni jew l-istituti tagħha?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #24095 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' — Direct Orders

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm direct orders u kemm ingħataw minnhom dawn l-aħħar sentejn fl-Universita' ta' Malta? Kemm kienu jammontaw b'kollox? Liema kienu dawk il-kumpaniji li ħadu id-direct orders?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Universita` ta' Malta ħarġet 32 Direct Order tul dawn l-aħħar sentejn. Id-Direct Orders li kollha kienu approvati mill-Ministeru tal-Finanzi skond il-proċedura, kienu f'diversi muniti u lil diversi kumpaniji, kif jidher fil-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #24637 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jindika min huma l-lecturers, full time u/jew part time fil-fakulta' tal-Liġi (Universita' ta' Malta) u fuq liema kriterji dawn ġew magħżula u appuntati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-numru ta' membri ta' l-istaff akkademiku fil-fakulta` tal-Liġi huwa kif ġej: Full-time 9 Part-time 32 Dawn ikunu magħżula u appuntati fuq kriterji stabbiliti fis-sejħa għall-applikazzjonijiet u s-Selection Board. Barra minn dawn dejjem ikun hemm numru ta' temporary part-timers li jintalbu li jagħmlu lectures skond il-bżonnijiet li jinqalgħu fil-Fakulta` minn żmien għal żmien, fuq talba tad-Dipartiment u bl-approvazzjoni tar-Rettur. B'kollox l-ispiża ta' dawn huwa inqas minn ta' żewġ full-timers.
Leg 9 PQ #24927 Sitting 534 2001-04-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel — Skejjel Sekondarji

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi problemi se jkun hemm biex jinstab spazju biżżejjed għall-istudenti subien li se jibdew l-iskejjel sekondarji f'Settembru 2001? Għaliex inħolqu dawn il-problemi? Kif se jiġu solvuti?

Response (GALEA, LOUIS)

Kif jaf l-Onor. Membru s-settur ta' l-iskejjel sekondarji tas-subien ilu żmien isofri minn pressjoni minħabba ċertu nuqqas ta' spazju. Kif kien mistenni t-twettiq tal-Kurrikulu Nazzjonali, inkluż il-Programm ta' Edukazzjoni Teknoloġika li qed jiġi introdott fl-iskejjel sekondarji kollha, kif ukoll l-espansjoni tat-tagħlim f'livell terzjarju vokazzjonali li jirrikjedi aktar spazju, ser jaċċentwaw din il-problema. Din is-sitwazzjoni ta' pressjoni fuq spazju hija waħda temporanja. Il-bini ta' skola ġdida fil-Karwija ser twassal għas-soluzzjoni tal-problema. Sadanittant, it-tkabbir ta' l-Iskola San Franġisk t'Assisi (ex-Umberto Calosso) u miżuri oħra li qed jiġu konsidrati għandhom jgħinu biex tittaffa l-problema.