Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #2650 Sitting 53 2003-11-10 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Liċenzji tan-negozju

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'tip ta' permessi u kunses jenħtieġu dawk li jkunu se jiftħu ħwienet tax-xorb u ta' l-ikel (take-away/restaurants)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li applikazzjonijiet lill-Awtorita tat-Turiżmu għal liċenzji ta' Catering ikollhom bżonn dawn il-permessi:- (A) Permess mill-Awtorita ta' l-Ambjent u Ippjanar li jiċċertifika li l-post jista' jintuża għal catering; (B) Permess mill-Malta Resources Authority dwar id-drenaġġ; (C) Approvazzjoni mid-Dipartiment tas-Saħħa dwar li l-post jikkonforma mar-regolamenti tas-saħħa u l-iġene; (D) Jekk l-applikant mhux il-propjetarju, ikun hemm bżonn il-kunsens tal-propjetarju.
Leg 10 PQ #2469 Sitting 51 2003-11-04 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Ħaddiema bil-kuntratt

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm ħaddiema bil-kuntratt mal-ministeru tiegħu li ma jagħmlux parti mis-segretarjat tal-ministeru jiġifieri fid-dipartimenti, korporazzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu? X'inhu x-xogħol tagħhom u x'tip ta' kuntratti definiti għandhom? Kif ġew magħżula għall-postijiet li qegħdin jokkupaw bħalissa? Kemm minnhom għandhom 'il fuq mill-eta' ta' l-irtirar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li n-numru ta' ħaddiema bil-kuntratt mal-Ministeru tat-Turiżmu hu kif ġej:- Awtorita' tat-Turiżmu 1 Tlett (3) persuni 2 Ix-xogħol tagħhom huwa ta' Clerk, Senior Clerk u Segretarja Rispettivament 3 Impjegati mill-ETC 4 Ħadd minn dawn il-ħaddiema m'għandu 'l fuq mill-eta' ta' l-irtirar Dipartiment tat-Turiżmu 1 Tlieta u sebgħin (73) persuna - White Rocks Holiday Complex 2 Ix-xogħol tagħhom ikopri dmirijiet minn segretarji sa labourers b'kuntratt li jista' jiġi mġedded kull tlett (3) xhur 3 Ġew magħżula skond il-ħtieġa tad-Dipartiment 4 Ħadd minn dawn il-ħaddiema m'għandu 'l fuq mill-eta' ta' l-irtirar Istitut għall-Istudji Turistiċi 1 Tmintax (18)-il persuna 2 (i) erba' (4) ħaddiema klerikali b'kuntratt li jiskadi fl-aħħar ta' Diċembru 2003 (ii) erbatax (14)-il ħaddiem part-time Lecturers b'kuntratt li jista' jiġi mġedded kull semester 3 Ġew magħżula skond il-ħtieġa ta' l-Istitut 4 Ħadd minn dawn il-ħaddiema m'għandu 'l fuq mill-eta' ta' l-irtirar
Leg 10 PQ #2108 Sitting 50 2003-11-03 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

WTO — Kompettivita ta' l-Industrija

Question

B'referenza għal-laqgħat tal-WTO li l-Gvern malti attenda f'Cancun u l-eventwalita' li pajjiżna se jissieħeb fl-Unjoni Ewropea wara Mejju li ġej, jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra x'impatt se jkollhom fuq il-kompettivita ta' l-Industrija tat-Turiżmu l-kontrolli, it-tariffi u dazji ġodda fuq il-materja prima ta' l-ikel u x-xorb li suoppost l-UE kienet mistennija tiddikjara li se tneħħi f'dawn il-laqgħat tal-WTO?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-laqgħat li l-Gvern Malti attenda f'Cancun kienu mnedija mill-World Trade Organisation u mhux mill-World Tourism Organisation. Ghaldaqstant nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 10 PQ #2212 Sitting 49 2003-10-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Konsulenti/kumpanniji ta' konsulenza

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista ta' konsulenti jew kumpanniji ta' konsulenza, lokali jew barranin, li l-ministeru tiegħu, inkluż il-korporazzjonijiet pubbliċi kollha li jaqgħu taħtu, għamel jew jagħmel użu minnhom mit-13 ta' April, 2003 sal-lum? Fiex kienu jikkonsistu s-servizzi li ngħataw f'kull każ u kemm kienu l-ħlasijiet? Jista' jgħid kemm għad baqa' ħlasijiet li jridu jsiru?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra it-tagħrif mitlub mill-Onorevoli Interpellant.
Leg 10 PQ #1759 Sitting 40 2003-10-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Ħatra ta' kummissjonijiet u bordijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm inħatru kummissjonijiet u bordijiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu minn April 2003 sal-lum? Minn min huma magħmula? Jista' jgħid jekk għandhomx xi honoraria u benefiċċji oħra u jgħid x'inhuma?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li minn April sal-lum il-kompożizzjoni tal-bordijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi baqgħu li kienu ħlief li l-Bord tal-Gvernaturi ta' l-Istitut dwar l-Istudji Turistiċi issa għandu lis-Sur Reginald Abela bħala Executive Chairman li għandu salarju u fringe benefits abbinati ma' Salary Scale 4 tas-Servizz Pubbliku. Inżid ngħid li nħatar Kumitat Inter-Ministerjali dwar it-Turiżmu magħmul mill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni, mill-Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern, mill-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura, mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, mill-Ministru għaz-Żgħażagħ u l-Kultura b'kordinazzjoni tiegħi u jinkludi fih ukoll is-Segretarji Permanenti tal-Ministeri msemmija. Ma tihallas ebda honoraria jew benefiċċji oħra.
Leg 10 PQ #1750 Sitting 39 2003-10-07 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Lukandi u Guest houses

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn lukandi u guest houses f'Malta maqsuma skond il-kategorija? Jista' jagħti l-istess informazzjoni għal Għawdex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li f'Malta u Għawdex hawn b'kollox 130 lukanda 36 aparthotels u villaġġi turistiċi u 38 guest houses liċenzati ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta. Dawn jinsabu mqassma skond kif jidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1578 Sitting 38 2003-10-06 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għat-Turiżmu

Valletta — Barrakka ta' Fuq - lift

Question

Jogħġbu l-Ministru jevalwa s-suġġeriment li jerġa' jibda jopera l-lift tal-Barrakka ta' Fuq mill-iktar fis stante l-utilita' ovvja tiegħu, speċjalment għat-turisti?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Gvern jifhem l-importanza u l-urġenza tal-lift tal-Barrakka ta' Fuq u għalhekk neħħa dan il-komponent mill-kumplament tal-proġett Connections sabiex ikun jista' jsir indipendentiment u għalhekk f'inqas żmien.
Leg 10 PQ #1628 Sitting 37 2003-09-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Infiq ta' flus fuq overseas travel

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 1524 u cioe jgħid kemm intnefaq fuq overseas travel mill-MTA is-sena li għaddiet u din is-sena s'issa? Kemm intnefaq fuq konsulenti fl-istess medda ta' żmien? Kemm hemm ħaddiema tal-MTA koperti b'personal insurance schemes privati a spejjeż tal-MTA innifisha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #1648 Sitting 37 2003-09-30 Oral · Final From: JOSÈ HERRERA To: Ministeru għat-Turiżmu

Studji — Rapporti - Malta - EU - Ministeru għat-Turiżmu

Question

Jista' il-Ministru jgħid matul l-2000, l-2001 u l-2002 u l-2003 kemm ġew ikkontrattati rapporti u studji fuq aspetti legali, aspetti ekonomiċi u fiskali u oħrajn, dwar id-dħul ta' Malta fl-UE? Jista' il-Ministru jgħid min huma n-nies li ġew maħtura sabiex iħejju tali rapporti u studji u jagħti dettalji dwar dawn in-nies?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infumat li matul is-sena 2001, fuq inizjattiva tal-Ministeru tat-Turiżmu, tħejja rapport mill-Consortium ECODES taħt ir-ras "Assessment of the Adoption of the Acquis Communautaire on the Tourism Sector in Malta" li sewa 13,000 Euros u li kien maqsum f'żewġ studji. Għandi l-pjaċir ngħid li n-nefqa tħallset kollha mill-Kummissjoni Ewropea. Wieħed mill-istudji kien dwar il-guiding u tħejja mis-Sur Eduardo d'Amico u s-Sur Richard Skinner, filwaqt li l-ieħor kien dwar l-impatt fuq in-negozji ż-żgħar b'mod partikolari dwar il-lukandi u l-aġenziji ta' l-ivvjaġġar u tħejja mis-Sur Antonio Scipioni, Ms Cerylle Boccaccia, is-Sur John Downes u Dott. Anton Micallef.
Leg 10 PQ #1290 Sitting 36 2003-09-30 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Impjegati

Question

Jista' il-Ministru ġentilment jgħid min huma l-persuni li qegħdin jaħdmu fil-ministeru u x'inhu r-rwol tagħhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ma naħsibx li jkun xieraq li nxandar l-ismijiet ta' dawk il-persuni li qed jaħdmu fis-Segretarjat Privat tiegħi u ma nistax nifhem x'utilita' jista' jkollha din l-informazzjoni. Il-pożizzjonijiet li jokkupaw dawn il-persuni huma pożizzjonijiet prattikament uniformi għall-Ministeri kollha u qegħdin spjegati f'dokument li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra matul il-Leġislatura preċedenti.
Leg 10 PQ #1523 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Infiq mhux awtorizzat f'wieħed mill-uffiċini

Question

Jista' il-Ministru jgħid fiex waslu l-investigazzjonijiet dwar infiq allegatament mhux awtorizzat f'uffiċċju tal-MTA? Jikkonferma li l-uffiċċju konċernat kien dak ta' Amsterdam? Huwa minnu li l-persuna nkarigata minnu spiċċat ħadet promotion għal director international affairs?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-investigazzjonijiet jinsabu fi stat avvanzat u hemm persuna sospiża. Mhix etika għalhekk li f'dan l-istadju nagħti aktar tagħrif.
Leg 10 PQ #1524 Sitting 33 2003-09-24 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Infiq ta' flus fuq overseas travel

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm intnefaq fuq overseas travel mill-MTA is-sena li għaddiet u din is-sena s'issa? Kemm intnefaq fuq konsulenti fl-istess medda ta' żmien? Kemm hemm ħaddiema tal-MTA koperti b'personal insurance schemes privati a spejjeż tal-MTA innifisha?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #1008 Sitting 32 2003-09-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Għajn Tuffieħa — Golden Bay

Question

Jista' il-Ministru jinformani bl-istħarriġ li għamel dwar l-ilmenti li ressaqt fis-seduta nru. 16 dwar il-bajja ta' Għajn Tuffieħa (Golden Bay)?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 902 (Seduta 31).
Leg 10 PQ #902 Sitting 31 2003-09-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Għajn Tuffieħa — Golden Bay

Question

Jista' il-Ministru jgħid għaliex il-ġebel fil-bajja ta' Golden Bay f'Għajn Tuffieħa ma tnaddafx peress li dan qed jikkawża inkonvenjent lill kull min jinżel fil-baħar?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li għalkemm jidher li dan il-ġebel ilu hemm għal bosta snin, ser jittieħdu l-passi neċessarji biex fejn hu possibli, dan jitneħħa manwalment.
Leg 10 PQ #1330 Sitting 28 2003-07-21 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Djar li għandhomk il-permess biex jinkew

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 1197?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li hawn 1,134 holiday premises liċenzjati ma' l-Awtorita' tat-Turiżmu. Dawn jinkludu wkoll villas bil-pool u farmhouses. Il-klassifikazzjoni tagħhom hija hekk - 205 First Class; 605 Second Class u 324 Third Class. Dawn qegħdin fil-lokalitajiet kif jidher fit-tabella li qed inqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 10 PQ #1188 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Uffiċċju barrani

Question

Jista' il-Ministru jgħid liema uffiċċju barrani tal-MTA instab li saru fih irregolaritajiet finanzjarji billi saret nefqa akbar mill-budget awtorizzat?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Billi l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin, mhix etika li tingħata aktar informazzjoni f'dan l-istadju.
Leg 10 PQ #1197 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Djar li għandhom il-permess biex jinkrew

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 811 u 996 u cioe' jgħid kemm hawn holiday flats, holiday apartments u djar oħra, lokalita' b'lokalitaż li għandhom il-liċenzja biex jinkrew u jgħid ukoll jekk teżistix klassifikazzjoni ta' dawn? Jekk fl-affermattiv, jista' jagħti wkoll id-dettalji tal-klassifikazzjoni?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar.
Leg 10 PQ #1198 Sitting 25 2003-07-15 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Leisure clubs

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi l-mistoqsijiet parlamentari 801 u 945 u cioe' jagħti l-informazzjoni mitluba fuq il-bars, night clubs, diskoteki, gyms, sports facilities privati, fitness centres u entertainment establishments?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Filwaqt li nirreferi l-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari numru 947 (Seduta 23), ninsab infurmat li l-permessi ta' night clubs/discos jiffurmaw parti mill-liċenzji tal-bars u mhux separati. Ma tinżammx statistika ta' gyms, sports facilities, fitness centres u entertainment establishments. Dawn l-attivitajiet huma parti integrali mill-operazzjoni tal-lukandi jew stabbilimenti simili.
Leg 10 PQ #423 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Turisti li jżuru pajjiżna

Question

Skond il-pjan tal-gvern għal din il-leġislatura, jista' il-Ministru jgħid kemm hu maħsub li se jiżdied in-numru ta' turisti fl-erba' snin li ġejjin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-volum ta' turisti li Malta tista' tattira fis-snin li ġejjin jiddependi ħafna fuq il-klima ekonomika u politika internazzjonali li tinfluwenza din l-industrija internazzjonali. Madankollu, Malta qed tagħmel minn kollox sabiex, sa limiti raġonevoli, tkompli ttejjeb il-kompetittivita tagħha fis-suq internazzjonali, sabiex tkun tista' żżid in-numru ta' turisti li jżuruha. Id-diversifikazzjoni tal-prodott u tas-swieq flimkien ma' l-estensjoni ta' l-istaġun u l-introduzzjoni ta' tipi ta' turiżmu ġdid ilkoll jikkontribwixxu sabiex dan il-għan jintlaħaq.
Leg 10 PQ #945 Sitting 23 2003-07-09 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għat-Turiżmu

Leisure Clubs — Malta, Għawdex u Kemmuna

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 801, jista' il-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba fuq l-bars, night clubs, diskoteki, gyms, sports facilities privati, fitness centres, u entertainment establishements?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.