Billi jien informat li x-xogħol fi Triq Lia, Zabbar, f'dik il-biċċa triq fejn ġiet irranġata dan l-aħħar, kien hemm problema fuq it-tarmac kif ukoll għax kien qed iżomm l-ilma, jista' r-Roads Department jieħu passi immedjati biex ix-xogħol jiġi rranġat u jiġi assigurat li sar sewwa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-kuntrattur irranġa xi partijiet mix-xogħol li għamel li kienu rriżultaw b`xi problemi.
Id-Dipartiment qiegħed jispezzjona x-xogħol li tlesta biex jara jekk dawn ir-`remedial works` għandhomx jiġu aċċettati.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm vetturi liċenzjati għat-triq u kif inhuma maqsuma f'diversi kategoriji? Kemm minn dawn il-vetturi huma liċenzjati li jidħlu l-Belt, Valletta?
Jista' l-Ministru jgħid meta, kemm u minn min intalbu sleeping policemen fi Triq San Klement ġewwa ż-Żejtun?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku ma għandu ebda `record` ta` xi talba biex isiru `sleeping policemen` fi Triq San Klement ġewwa iż-Żejtun.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 13083 għandi nifhem li s-sitwazzjoni tal-magħqad ta' l-ilma fi Triq is-Swatar lejn l-iskola ta' St Martin sejra tibqa' f'dan l-istat sakemm jitlesta l-pjan imħejji għal dawn it-toroq?
Jidhirlux il-Ministru li sitwazzjoni bħal din għanha tiġi rimedjata anke b'mod temporanju?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`hemm xejn x`inżid mar-risposta għall-mistoqsija parlamentari Nru. 13083.
Jista' l-Ministru jgħid kif qed jiġi aċċettat parking ta' inġenji kbar fi Vjal Cottoner, il-Fgura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Kunsill Lokali tal-Fgura diġa talab lill-Pulizija biex jieħdu l-passi neċessarji biex ma` jsirx `parking` ta` vetturi kbar fi Vjal il-Kottoner. Sadattant il-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku qed jieħu l-passi meħtieġa flimkien mall-Kunsill biex jiġu nstallati tabelli biex dan l-ipparkjar ma` jkomplix isir.
B'referenza għad-domandi parlamentari preċedenti rigward l-istat tat-toroq ġewwa r-raħal tax-Xagħjra jista' l-Ministru jindika jekk kemm-il darba kienx hemm konklużjoni għar-rapport kommissjonat u hemmx il-probabilita' li xi toroq isiru tul din is-sena?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment qed iħejji t-`tenders` biex jiġu ffurmati Triq Mahoney,Triq Zabbar u Triq Ġdida fi Triq il-Fortizza.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' vetturi li huma liċenzjati biex jużaw it-toroq Maltin u Għawdxin? Jista' jagħti breakdown ta' kemm minnhom huma vetturi privati, muturi, trakkijiet, eċċ.? Kemm-il vettura ma ġietx liċenzjata matul l-1999? X'passi ttieħdu? Kemm-il vettura u ta' liema tip ġew skreppjati?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li sal-31 ta` Diċembru jużaw it-toroq Maltin u Għawdxin. Dawn kienu maqsumin kif ġej:
Karozzi privati - 176,264
Vetturi kummerċjali - 43,636
Vetturi għal kiri - 6,197
Buses, Mini buses u Coaches - 1,119
Muturi - 11,662
Fl-istess perjodu kien hemm 7,665 vetturi li l-liċenzja tagħhom ma gietx imġedda. Kull xahar id-Dipartiment tal-Liċenzji u t-Testijiet jibgħat jinforma lis-sidien ta` dawn il-vetturi biex iġeddu l-liċenzja minnufih.
Barra minn dan, id-Dipartiment perjodikament jibgħat lista lill-Kummissarju tal-Pulizija ta` dawk is-sidien li ma jkunux ġeddew il-liċenzja tal-vettura tagħhom. Dawn is-sidien jiġu mitluba biex jirranġaw il-pożizzjoni tagħhom.
Tul l-1999 ġew skrappjati 4,014 vettura. Id-Dipartiment ma jżommx statistika tat-tip ta` vetturi li jiġu skrappjati.
Peress li t-triq prinċipali tad-Dwejra li tintuża mir-residenti, bdiewa u turisti li jżuru l-Victoria Lines tenħtieġ manutezjoni kbira, jista' l-Ministru jinvestiga u jara li jawtorizza x-xogħlijiet meħtieġa sabiex il-bdiewa u r-residenti ta' l-inħawi ma jkomplux jiffaċċjaw ħsarat u problemi kbar fuq il-vetturi tagħhom?
Jista' l-Ministru jgħid s'issa kemm-il sid ta' vettura għażel li jkollu numru personalizzat? Mindu daħlet din is-sistema kemm daħħal il-gvern minn dawn in-numri?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li hawn 26,058 vettura li għandhom numri
personaliżżati li minnhom il-Gvern daħħal Lm781,740.
Jista' l-Ministru jgħid matul din is-sena finanzjarja fejn hu ppjanat li jiġu nstallati traffic lights? Jista' jindika meta hemm il-ħsieb li kull set jiġi nstallat?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li matul din is-sena finanzjarja huwa ppjanat li jiġu nstallati `traffic lights` fil-lokalitajiet kif ġej:
Birkirkara - Triq il-Wied u Triq Fleur De Lys
Fgura - Triq id-Dejma
Hamrun - Triq il-Kbira
Lija - Triq in-Naxxar u Triq il-Mosta
Luqa - Triq l-Avjazzjoni
Marsaskala - Triq il-Qaliet (żewġ installazzjonijiet
separati)
Mosta - Triq il-Kostituzzjoni u Vjal
l-Indipendenza (żewġ installazzjonijiet
separati)
Naxxar - Triq tal-Labour u Vjal il-21 ta`
Settembru
Qrendi - Triq it-Tempesta
Raħal Ġdid - Triq Kordin
Tarxien - Triq San Anard
Ix-xogħol f`numru minn dawn l-installazzjonijiet diġa beda u għandu jitlesta fil-ġimgħat li ġejjin.
Il-proċess ta` l-istallazzjoni tat-`traffic lights` huwa `ongoing` u l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku flimkien mad-Dipartiment tat-Toroq qed jikkunsidraw l-installazzjoni ta` aktar `traffic lights` kemm f`dawn il-lokalitajiet u f`lokalitajiet oħra.
Peress li l-awtoritajiet tal-posta jinsistu li fl-indirizz jitniżżlu l-kodiċi postali u peress li mindu ħareġ l-ewwel direttorju tal-kodiċi postali ngħataw ħafna ismijiet ġodda lit-triqat, meta huwa ppjanat li joħroġ direttorju tal-kodiċi postali ieħor?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li l-Awtoritajiet tal-Posta ma jinsistux li l-Kodiċi Postali titniżżel f`kull indirizz. Ta` min wieħed jiġbed l-attenzjoni iżda, li għalkemm il-posta xorta titwassal fid-destinazzjoni tagħha, in-nuqqas tal-Kodiċi jista` jikkawża xi dewmien fil-proċessar.
Bħalissa qed jitħejja Direttorju aġġornat tal-Kodiċi Postali, u hu ttamat li dan jinħareġ fi żmien mhux fil-bogħod.
Jista' l-Ministru jinformani bl-iżviluppi li saru għar-rigward ta' l-ittra mibgħuta mill-Kunsill Lokali tar-Rabat fl-14 ta' April, 1999 dwar it-Triq Prinċipali tad-Dwejra?
Jista' l-Ministru jgħid meta jsiru x-xogħlijiet peress li residenti u l-bdiewa li jiffrekwentaw l-inħawi ma jaffordjawx jagħmlu aktar spejjeż?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol indikat mill-Kunsill Lokali huwa pjuttost estensiv u bilfors irid jimxi skond prijoritajiet ġenerali li jeżistu fid-Dipartiment.
Id-Dipartiment tat-Toroq beħsiebu jassessja sew il-mod kif din it-triq hi mibnija, u t-tiswijiet meħtieġa biex ikun jista` jiġi ppjanat l-aħjar mod li tissewwa.
Ministeru tat-Trasport u Komunikazzjoni — Karozzi Impressed
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu karozzi impressed miegħu? Jista' jgħid kemm hemm mal-Ministeru jew dipartimenti li jaqgħu taħtu? Jista' jgħid x'inhi s-sitwazzjoni ta' dawn il-ħaddiema llum, meta l-gvern kien wegħedhom li se jiġu mpjegati diretti mal-gvern qabel l-elezzjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li n-numru ta` karozzi `Impressed` mal-Ministeru hu wieħed. Dwar it-tieni parti tal-Mistoqsija, nitlob lill-Onor. Membru jagħmel din il-mistoqsija lill-Ministru għal Politika Soċjali.
Peress li jien informat li s'issa Triq il-Qaliet, Wied il-Għajn għadha s'issa bla numri tal-bibien ta' barra, jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għal dan?
Billi din hi triq twila, ferm abitata b'diversi familji bl-istess kunjom u bl-ismijiet tar-residenzi tagħhom l-istess, jista' d-dipartiment konċernat jieħu passi immedjati biex anki din it-triq ikollha n-numri mar-residenzi kollha?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel din il-mistoqsija parlamentari lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 9215 tad-19 ta' Lulju, 1999 dwar l-ilmenti tar-residenti Triq Borg Olivier, Rabat, jista'l-Ministru jinfurmana bl-iżviluppi li saru matul l-1999 u dawk li se jsiru matul din is-sena? Peress li qed issir reżistenza mir-residenti ta' Ħad-Dingli u ħafna Rabtin oħra sabiex din it-triq ma ssirx "one way" jirriżulta li fil-fatt din it-triq hekk se tibqa' u cioe' t-talba tar-residenti ta' Triq G. Borg Olivier mhux se tiġi milquta?
Response (GALEA, ĊENSU)
M`għandi xejn x`inżid mar-risposta għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 9215.
Peress li l-komunita' Rabtija ddeċidiet fi stħarriġ li sar mill-Kunsill Lokali tar-Rabat li trid mill-ġdid il-venda fi Triq Santa Rita, Rabat, jista'l-Ministru jara li jsir it-tibdil neċessarju mill-aktar fis possibbli sabiex ma jkomplix ikun hemm inkonvenjent għar-residenti tal-lokal? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li Awtorita' dwar it-Trasport Pubbliku qed tara kif tista timplimenta t-talba tal-Kunsill Lokali, wara l-istħariġ li sar.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta'karozzi tal-gvern li telgħu għal VRT u weħlu, s'issa?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tal-Liċenzi u Testijiet ma jżommx din it-tip ta` statistika. Iżda billi kważi il-vetturi kollha tal-Gvern għandhom in-numru tar-reġistrazzjoni jibda bl-ittra `G`, il-liċenzja tagħhom trid tiġġedded fix-xahar ta` Lulju. Għaldaqstant min minnhom imissu jagħmel it-test din is-sena, ikun jinħtieġlu jagħmel dan aktar tard din is-sena.
Jista' l-Ministru jgħid kemm telgħu karozzi għal VRT s'issa u kemm weħlu?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-1 ta` Ottubru 1999 sa l-aħħar ta`
Diċembru 1999 telgħu 18,062 vettura għall-`Vehicle
Roadworthiness Test`. Minn dan it-test weħlu 3,224 vettura.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew scrapped karozzi minn mindu ddaħħlet il-VRT? Kemm minn dawn kienu telgħu għat-test u ma għaddewx?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mill-1 ta` Ottubru 1999, jiġifieri minn mindu daħal il-`Vehicle Roadworthiness Test`, sat-18 ta` Jannar 2000 ġew skrappjati 1,745 vettura. Id-Dipartiment tal-Liċenzji u Testijiet ma jkollux informazzjoni dwar kemm minn dawn il-vetturi jkunu telgħu għat-test u ma għaddewx.
Ta` min jgħid li fl-istess perjodu kienu ġew skrapjati 696 vettura fl-1996, 1055 vettura fl-1997 u 1308 vettura fl-1998.
Jista' l-Ministru jara li New Street in Boni Street/Nikola Sawra Street, Siġġiewi, tingħata t-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kusilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.