Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #16464 Sitting 305 2000-05-31 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Dejn

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu dejn il-Freeport illum u kemm huwa d-debt servicing fuq dan id-dejn is-sena l-oħra u din is-sena?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li d-dejn fuq `long term bonds` li ghandha l-Korporazzjoni tal-Port Hieles jammonta ghal Lm108.7 miljuni. L-interessi fuq dan l-ammont matul l-1999 kien ta` Lm7.3 miljuni; waqt li ghal din is-sena l-ammont ser ilahhaq ghal Lm8 miljuni.
Leg 9 PQ #16339 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Fgura — Dawl

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma li kien hemm vultaġġ ta' l-elettriku ogħla minn normal fil-Fgura fil-bidu ta' April, 2000? X'ikkaġuna dan? Jista' l-Ministru jgħid ukoll min se jħallas tal-ħsarat li ġew ikkawżati f'diversi residenzi li jinsabu fi Triq Buqexrem, Triq ir-Rużell, Triq 14 ta' Diċembru, 1945, Triq Ġdida fi Triq il-Karmnu, kollha fil-Fgura?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-11 ta` April, 2000 kien hemm vultagg gholi fil-Fgura. Dan kien dovut ghall-qtugh tan-neutral fuq is-sistema ta` vultagg baxx. Residenti li sofrew xi hsara ghamlu talba ghal kumpens lill-Korporazzjoni. Bhalissa dawn it-talbiet qed jigu kkunsidrati sabiex jigi stabbilit jekk huwiex il-kaz li jinghata l-kumpens mitlub.
Leg 9 PQ #16424 Sitting 303 2000-05-30 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Garage

Question

Billi l-Enemalta għandha garage attrezzat biex jagħmel kull tip ta' tiswija u spray painting fuq karozzi, jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna xogħol li qed isir fuq karozzi tal-kumpannija qed jingħata barra? Kemm kien il-valur ta' xogħol li ġie mgħoddi lill-kuntratturi u ditti privati f'dan ir-rigward minn Ottubru, 1998 sal-lum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li bejn Ottubru 1998 u Mejju ta` din is-sena, saru biss sittax-il bicca xoghol barra mill-garaxx tal-Korporazzjoni Enemalta. Dawn ix-xogholijiet saru ghand erba` garaxxijiet differenti u b`kollox gew jiswew Lm5218. Dan l-ammont jinkludi wkoll l-ispare parts. Kull xoghol sar wara li saru sejhiet ghall-offerti. Ix-xoghol li nghata biex isir barra l-garaxxijiet tal-Korporazzjoni kien relattivament zghir meta wiehed iqis li l-Korporazzjoni ghandha aktar minn 150 vettura. Ghaldaqstant f`dan il-kaz mhux korrett li wiehed jghid `hafna xoghol li qed isir fuq karozzi tal-kumpanija qed jinghata barra`. Tajjeb jinghad li l-garaxx tal-Korporazzjoni qed jigi utilizzat sabiex isir `servicing` ahjar fuq il-vetturi - forma ta` `preventive maintenance` - specjalment biex il-vetturi jkunu tajbin ghall-VRT. Infatti l-Korporazzjoni ma kellhiex problemi f`dan ir-rigward.
Leg 9 PQ #16304 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma dawk l-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li qegħdin fil-grad ta': (a) executive officer; u (b) senior supervisor? Jista' l-Ministru jgħid, għal kull individwu, meta dan/din laħaq jew laħqet u x'mezz intuża mill-korporazzjoni għall-upgrading/promozzjoni tagħhom? Jista' l-Ministru ġentilment jinnota li jekk iħoss li hu aktar prudenti, jista' jgħaddieli l-informazzjoni mitluba b'mod konfidenzjali?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ma narax raguni ghaliex ghandi nippubblika l-ismijiet ta` dawk l-impjegati tal-Korporazzjoni Enemalta li fil-prezent ghandhom il-grad ta` `Executive Officer jew Senior Supervisor`. Hemm sitta u sittin haddiem fil-grad ta` Executive Officer u tnejn fil-grad ta` `Senior Supervisor`. L-Executive Officers bdew jahdmu f`dan il-grad kif gej: 47 b`effett mill-1 ta` Frar 1994 3 b`effett mis-16 ta` Novembru 1994 14 b`effett mit-2 ta` Jannar 1996 2 b`effett mill-1 ta` Ottubru 1996. Il-hatra ta` hamsin minn dawn l-Executive Officers saret wara sejha ghall-applikazzjonijiet li kienet saret skond Cirkulari numru 63 ta` l-1993. Il-hatra tas-sittax l-ohra saret b`rizultat tar-riklassifikazzjoni tal-grad ta` `Data Entry Operator`. Iz-zewg Senior Supervisors bdew jahdmu f`dan il-grad b`sehh mid-29 ta` Settembru, 1994. Il-hatra ta` dawn is-Senior Supervisors saret wara tmien snin servizz fil-grad ta` Supervisor (fuel) skond l-Ezercizzju ta` Riforma tas-Servizz Pubbliku li kien gie adottat ukoll mill-Korporazzjoni Enemalta.
Leg 9 PQ #16308 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Enemalta — Impressed driver

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li fl-Enemalta hemm impressed driver bit-truck li jaħdem kuljum - sajf u xitwa mis-7.30 a.m. sal-4.00 p.m. bla m'għandu nofs ta' nhari tas-sajf? Billi dan l-individwu ilu madwar ħames snin jaħdem hekk u billi sa ftit żmien ilu kien hemm impressed driver ieħor li kien jaħdem dejjem mis-6.30 a.m. sas-2.30 p.m., filwaqt li dan l-individwu kien jaħdem mis-7.30 a.m. sa l-4.00 p.m., jista' l-Ministru ġentilment jara li ma tibqax issir din l-inġustizzja ma' dan il-ħaddiem?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li mhux qed issir xi ingustizzja max-xufier `impressed` li ghalih qed issir riferenza. Il-hinijiet tax-xoghol tieghu, kemm matul ix-xitwa kif ukoll matul is-sajf, huma bejn is-sebgha u nofs ta` filghodu u n-nofs siegha. Dan jammonta ghal gimgha ta` erbghin siegha. Fil-post fejn jahdem dan ix-xufier ma hemmx nofs ta` nhari matul is-Sajf. Barra minn hekk, tajjeb jinghad li biex haddiem ikun jista` jahdem nofs ta` nhari matul is-Sajf irid ikun hadem sieghat aktar matul ix-Xitwa, haga li dan ix-xufier ma jaghmilx. Dwar ix-xufier `impressed` l-iehor li kien jahdem bejn is-sitta u nofs ta` filghodu u s-saghtejn u nofs ta` wara nofsinhar, jiena nfurmat li s-servizzi tieghu ma baqghux aktar mehtiega wara li l-imhazen tal-Korporazzjoni gew trasferiti qrib il-Power Station tal-Marsa. Ghaldaqstant ix-xufier `impressed` li ghalih qed jirreferi l-Onorevoli Interpellant ma jistax imur jahdem f`post fejn mhemmx xoghol ghalih.
Leg 9 PQ #16324 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birżebbuġa — Fuklar Street - Dawl

Question

Jista' l-Ministru jara li titwaħħal bozza f'Fuklar Street, Birżebbuġa, preċiżament fuq ir-residenza 66, Josan?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li f`Birzebbugia ma tezistix Triq il-Fuklar. Jista` jkun li ried jaghmel riferenza ghal Triq il-Folklor. Jekk dan huwa l-kaz, ninfurmah li t-talba qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.
Leg 9 PQ #16328 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Malta/Sqallija — Pipeline tal-gass

Question

Jista' l-Ministru, jekk jogħġbu, jispjega fiex waslet il-proposta jew idea, dejjem jekk hi kummerċjalment vijabbli, li jitqiegħed pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija sabiex il-power stations tagħhom jużaw il-gass flok iż-żejt?

Response (BONNICI, JOSEF)

Il-proposta li jitqieghed pipeline tal-gass bejn Malta u Sqallija qed tigi studjata.

WSC — Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jispjega għaliex il-kontijiet li rċeviet il-familja li d-dettalji u l-kontijiet tagħha qed jintbagħtu separatament, żdiedu b'mod inkredibbli minkejja li suppost li dawn raħsu?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li l-kont ta` l-ilma bl-ammont ta` Lm66.12c gie rivedut minhabba kreditu ta` Lm60.89c u gie mitlub ihallas Lm5.23c li kien ikopri wkoll il-kera ta` l-arloggi. Il-konsum tad-dawl registrat fl-istess perjodu kien ikkonfermat bil-qari ta` wara u ghalhekk m`hemmx kaz ta` revizjoni. Ta` min jinnota li l-konsum tad-dawl ghall-perjodu matul l-1996 u l-1997 kien ukoll gholi. Il-Korporazzjoni Enemalta giet mitluba taghmel `test` fuq l-arlogg tad-dawl. Rigward l-ahhar parti tal-mistoqsija, u kif diga wegibt f`mistoqsijiet ohra, it-tariffi tad-dawl u ta` l-ilma naqsu b`mod sostanzjali fuq dawk li kien introduca l-Gvern precedenti. Tajjeb wiehed jghid li, li kieku l-Gvern prezenti ma ghamilx din ir-revizjoni l-isfel, kieku tassew il-kontijiet tad-dawl u l-ilma kienu jisplodu l`fuq.
Leg 9 PQ #16378 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MIA — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu ħaddiema ġodda fl-MIA u l-Air Malta mill-1 ta' Jannar, 2000 'il hawn? X'kondizzjonijiet għandhom dawn il-ħaddiema? Xi grad għandhom għal kull impjieg?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li bejn l-1 ta` Jannaru t-23 ta` Mejju ta` din is-sena gew impjegati 12-il haddiem gdid mal-M.I.A. u 260 ma` l-Air Malta. Minn dawn ta` l-ahhar, 236 gew impjegati jew bhala `part-timers` inkella fuq bazi temporanja bhal ma jigri kull sena qabel l-istagun tas-Sajf. Il-haddiema godda fiz-zewg azjendi gew impjegati f`dawn il-gradi: Malta International Airport: 1 bhala Senior Officer 7 bhala Hostess 3 bhala Skrivana u 1 bhala Tradesman Air Malta: 4 bhala Engineer 129 bhala Loader jew cleaners fuq bazi `part-time` 90 bhala cabin crew fuq bazi temporanja u 37 bhala skrivan fuq bazi `part-time`. Il-kundizzjonijiet tax-xoghol ta` dawn il-haddiema huma skond il-provvedimenti tal-Ftehim Kollettiv li ghandhom iz-zewg azjendi. Fejn dan ma japplikax, il-kundizzjonijiet huma dawk normalment applikabbli ghal tali kategorija.
Leg 9 PQ #16392 Sitting 302 2000-05-29 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Distrett Nru. 10 — Bozoz

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw it-talbiet għall-installar ta' bozoz ġodda fil-lokalitajiet ta' l-10 distrett elettorali u kemm ilhom pendenti dawn it-talbiet? Jista' jinformani liema huma dawk it-talbiet tar-residenti jew kunsilli lokali li se jiġu milqugħa xahar b'xahar tul it-tliet xhur li ġejjin?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li fil-lokalitajiet li jiffurmaw parti mill-Ghaxar Distrett Elettorali hemm talbiet sabiex jitwahhlu 181 lampa gdida fit-toroq. It-talbiet huma mqassmin kif gej: Sliema 28 talba San Giljan 19-il talba Swieqi u Madliena 95 talba Pembroke 29 talba
Leg 9 PQ #16115 Sitting 300 2000-05-24 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

EU — Export refund

Question

Peress li wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea se titlef l-export refund fuq il-materja prima ta' l-ikel impostata mill-Unjoni u wżata mill-industriji lokali ta' l-ikel, ħelu u minerali, jista' l-Ministru jgħid kemm qed jikkalkula l-gvern li jkollhom jogħlew dawn il-prodotti li l-poplu tal-gżejjer tagħna jikkonsma kuljum?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15857 waqt is-Seduta numru 288.
Leg 9 PQ #16174 Sitting 300 2000-05-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birżebbuga — Triq Mons Spir Penza

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq Mons Spir Penza, Birżebbuga, tiġi mdawwla peress li hija sprovista mid-dawl fit-triq?

Response (BONNICI, JOSEF)

It-talba biex ikun hemm dawl adegwat fit-triq imsemmija qed tigi kkunsidrata flimkien ma` talbiet ohra.
Leg 9 PQ #16175 Sitting 300 2000-05-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birżebbuga — Triq Mons Spir Penza

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid għalfejn il-linji tat-telefon fi Triq Mons Spir Penza huma proviżorji?

Response (BONNICI, JOSEF)

Ninsab infurmat li fit-triq li ghaliha qed issir riferenza hemm Distribution Point wahda li qieghda sservi diversi bini li hemm madwarha. Il-wires tat-telefon li hergin minnha kienu mghoddija sewwa qabel ma` kien tela` l-bini. Dawn issa ser jergghu jigu mghoddija kif suppost wara li l-bini kwazi tlesta.
Leg 9 PQ #16176 Sitting 300 2000-05-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Birżebbuga — Triq Mons Spir Penza

Question

Jista' l-Ministru jinvestiga u jgħid għalfejn id-djar fi Triq Mons Spir Penza ġewwa Birżebbuga, huma forniti b'sistema proviżorja bil-konsegwenza li l-provvista hija waħda baxxa ħafna?

Response (BONNICI, JOSEF)

Napprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jindika x`tip ta` sistema provizorja qed jirreferi ghaliha sabiex it-talba tieghu tkun tista` tigi indirizzata lill-entita` koncernata.
Leg 9 PQ #16261 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Tarxien/Fgura — Tqegħid ta' Kanen

Question

Jista' l-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari numru 16060 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li issa ġiet riferuta lilek u ċioe': Jista' jara li jitkompla x-xogħol ta' tqegħid tal-kanen tal-ilma fi Triq San Tumas Tarxien/Fgura li kien beda iżda waqaf, mill-kantuniera ma' Triq il-Pellikani għad-direzzjoni ta' Ħal Tarxien? Jaf il-Ministru li dan ix-xogħol wieqaf, qed jikkawża inkonvenjent kbir għar-residenti fl-inħawi u għal dawk li jgħaddu minn Triq San Tumas?

Response (BONNICI, JOSEF)

Jiena nfurmat li x-xoghol li sar s`issa fi Triq San Tumas kien fuq in-naha tal-Fgura, fejn inghata wicc bil-Hot Rolled Asphalt. Il-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma giet infurmata mill-Kunsill Lokali ta` Hal Tarxien bil-programm ta` ippjanar ghall-kisi ta` toroq bil-Hot Rolled Asphalt. Fil-lista ta` dawn it-toroq hemm inkluza Triq San Tumas. Il-Korporazzjoni qed tara x-xoghol li hemm bzonn isir fuq il-katusi ta` l-ilma f`dawn it-toroq u xi spejjez hemm involuti. Hu mahsub li fi zmien mhux il-boghod il-Korporazzjoni tinforma lill-Kunsill Lokali ta` Hal Tarxien bix-xoghol li hemm bzonn isir biex iz-zewg partijiet flimkien isibu l-ahjar mod kif jista` jitwettaq dan ix-xoghol.
Leg 9 PQ #16282 Sitting 299 2000-05-23 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Freeport — Impjegati

Question

B'riferenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari numru 15724, jista' l-Ministru jispjega kif fl-istess jum l-Union Ħaddiema Magħqudin irreġistrat tilwima industrijali mal-Korporazzjoni Freeport u akkużat lill-management li "jinki lill-union"?

Response (BONNICI, JOSEF)

Nassigura lill-Onorevoli Membru li malli tinqala tilwima industrijali, l-amministrazzjoni tal-Port Hieles mill-ewwel tiehu hsieb biex issolvi l-problema billi titkellem ma` l-Union ikkoncernata. Fil-kaz imsemmi mill-Onorevoli Interpellant, il-kwistjoni giet solvuta amikevolment.
Leg 9 PQ #16081 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

MDC — Kwestjonarju

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'rispons kellha l-MDC għall-kwestjonarju li ntbagħtet lil xi self-employed li joperaw f'zoni industrijali aktar kmieni din is-sena? Kemm intbagħtu kwestjonarji u kemm ġew ritornati mimlija lill-MDC?

Response (BONNICI, JOSEF)

Napprezza jekk l-Onorevoli Interpellant jispecifika ghal-liema kwestjonarju qed jirreferi.
Leg 9 PQ #16163 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Ħal Safi — Triq in-Nassaba - Main

Question

Jista' l-Ministru jgħid għalfejn hija daqshekk diffiċli li l-Korporazzjoni għas-Servizzi ta' l-Ilma tgħaddi main fi Triq in-Nassaba, Ħal Safi?

Response (BONNICI, JOSEF)

Twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Leg 9 PQ #16231 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Maltapost — Sponsor għat-tiġrijiet taż-żwiemel

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari numru 16051 li oriġinarjament saret lill-Ministru għat-Trasport u Komunikazzjoni u ċioe' jista' jgħid jekk it-tiġrijiet taż-żwiemel li se jsiru ġewwa Għawdex fit-13 ta' Mejju, 2000 ġewx sponsorjati mill-Maltapost jew le? Hemm xi entita' oħra fid-dekasteru tiegħu li wkoll qed tisponsorja dan l-avveniment? Jekk il-Maltapost qed tisponsorja dan l-avveniment, din hija l-ewwel darba li qed jissponsorjaw avveniment simili? Jista' jgħid jekk hemmx xi membru tal-bord tad-diretturi tal-Maltapost li huwa involut anke fl-organizzazzjoni ta' dawn it-tiġrijiet?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li t-tigrijiet taz-zwiemel li saru f`Ghawdex fit-13 ta` dax-xahar, saru fuq inizjattiva ta` azjenda kummercjali ewlenija. Kif deher fil-gurnali u kif ixxandar fuq il-mezzi tax-xandir, din l-attivita`, li l-gurnali rreferew ghaliha bhala `storika`, tat l-opportunita` lill-Maltapost li tissieheb ma` numru ta` entitajiet ohra, privati u mhumiex, sabiex tiehu beneficcju mill-aqwa fil-qasam tar-reklamar. Dan sar fl-ispirtu ta` progettazzjoni ahjar u modern ta` kumpanija li qed thares ghall-futur f`ambjent kummercjali u kompetittiv. Din mhijiex l-ewwel darba li l-Maltapost sponsorjat attivitajiet jew irriklamat skond il-htiega. F`dan il-kaz, kif diga` ghidt, ma kienx hemm attivita` ohra bhal din li ghaliha qed issir riferenza. Jiena nfurmat li wiehed mid-diretturi tal-Maltapost kien il-konsulent ta` l-organizzazzjoni ta` l-attivita`.
Leg 9 PQ #16264 Sitting 298 2000-05-23 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għas-Servizzi Ekonomiċi

Xiri ta' żejt

Question

Jista' l-Prim Ministru jikkonferma dak li ġie rrapportat li qal dan l-aħħar fil-Gżira li jekk iż-żejt ikompli jogħla ma jara xejn ħażin jekk l-Enemalta tidħol f'hedging arrangement ġdid ta' xiri ta' żejt bil-quddiem? Dan kollu kif jikkuntrastja mal-kritika li kienet saret minn ministru minn tiegħu għal hedging li kien sar fi żmien gvern Laburista?

Response (BONNICI, JOSEF)

Tajjeb jinghad li meta tkellem dwar il-possibilita` li l-Enemalta tidhol f`arrangament gdid ta` hedging, fejn iz-zejt jinxtara bil-quddiem, il-Prim Ministru qal dan fil-kuntest li l-prezz taz-zejt ikompli joghla. Dan ikkonfermah l-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija nnifisha. Mhux hekk kien il-kaz meta sar l-arrangament tal-hedging fi zmien l-amministrazzjoni precedenti. Meta sar dak l-arrangament, kien hemm indikazzjonijiet cari li l-prezz taz-zejt kien destinat li jinzel. Ta` min jinnota li b`rizultat ta` dak il-ftehim, bejn Jannar 1998 u Marzu 1999, l-Enemalta tilfet madwar 13-il miljun Dollari Amerikani. Kien biss grazzi ghall-fatt li l-pajjizi li jiffurmaw l-OPEC inghaqdu u sahhew il-prezz taz-zejt, li l-Enemalta ma komplietx tirregistra telf minhabba dan il-ftehim. Dan il-fatt kien wiehed incidentali u li ma setax ikun previst b`mod konkret meta sar l-iffirmar ta` dak il-ftehim. Infakkar li l-arrangament ta` hedging li kien sar fi zmien l-amministrazzjoni precedenti sar minghajr ma kien hemm bazi xjentifika u kontra l-parir ta` l-esperti.