B'riferenza għall-mistoqsijiet parlamentari 8881 u 9044 u cioe' jista' il-Prim Ministru jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant dwar dipartimenti li jaqgħu taħt l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u l-Ministeru tal-Finanzi.
Jista' il-Prim Ministru jara li l-persuna - dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament - tingħata l-arretrati tal-paga dovuti lilha mill-forzi armati ta' Malta?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba għadha qed tiġi miġbura u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru jindika l-ammont ta' sigaretti li nqabdu jiddaħlu Malta illegalment bil-kuntrabandu fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)? X'kien il-valur komplessiv kull sena?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant.
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8314 u cioe' jista' jgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li huma regolari fil-ħlas tal-bolla tas-sigurta' soċjali, l-NI?
Jista' jgħid kemm hu n-numru ta' persuni self-employed li għandhom arranġamenti speċjali sabiex iħallsu l-arretrati ta' l-NI?
Jista' jgħid kemm hi ċ-ċifra globali li trid titħallas f'arretrati minn dawn is-self-employed?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fl-2003 kien hemm 12,332 persuni self-employed li kienu regolari fil-ħlas tal-bolla tas-sigurtà soċjali. L-informazzjoni għal din is-sena tkun tista’ tingħata meta jsir l-aħħar pagament f’Diċembru.
Mill-1998 saru 1446 arranġamenti speċjali ma’ persuni self-employed biex iħallsu l-arretrati ta’ l-N.I..
Iċ-ċifra globali li trid tħallas f’arretrati hi stmata li tlaħħaq madwar Lm1.9 miljuni nklużi kontribuzzjonijiet stmati mill-Kummissarju peress li l-formola tat-taxxa ma tkunx għadha ntbagħtet.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hu l-ammont ta' flus li tħallsu fuq kontijiet ta' mobile phones bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004 lill-impjegati fis-segretarjat privat tiegħu? Min huma l-impjegati li huma ntitolati għal mobile phone fl-istess segretarjat? Xi grad huma? Kemm kienet l-ispiża għal kull mobile phone bejn Jannar 2003 u Ottubru 2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li l-użu ta’ mobile telephones fis-Segretarjati Privati tal-Ministri u tas-Segretarjati Parlamentari huwa regolat minn Guidelines, approvati mill-Kabinett. Dawn il-Guidelines jipprovdu li l-Kap tas-Segretarjat, is-Segretarju Privat, l-Assistent Segretarju Privat u l-Communication Co-ordinator huma ntitolati għall-użu tal-mobile telephone. F’ċerti każijiet jistgħu jkunu ntitolati wkoll l-impjegati fil-grad ta’ Messaġġier kif ukoll xufiera tal-Ministru jew tas-Segretarju Parlamentari.
Mid-data li jiena ħadt il-ġurament bħala Prim Ministru sa llum, it-total ta’ flus tħallsu fuq
mobile telephone
użati minn membri tas-Segretarjat fl-uffiċċju tal-Prim Ministru hu Lm1992.75 imma ma naħsibx li huwa l-każ li tingħata wkoll informazzjoni dwar l-ispiża għal kull
mobile telephone
.
(Tweġiba mogħtija: 18/11/2004PM)
(Seduta Numru: 190)
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8881 u cioe' jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u r-risposta ser tingħata f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 18/11/2004PM)
(Seduta Numru: 190)
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-gvern hux beħsiebu jimxi bħal istituzzjonijiet finanzjarji lokali u jħallas l-imgħax ukoll fuq dik il-ġurnata żejda, meta din taħbat f'leap year, allura ġurnata kull erba' snin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Bħal ma għamel fil-passat, il-Gvern fejn jidħlu stocks u treasury bills, jimxi fuq normi stabbiliti skond il-prospectus li jirregola dawn it-tipi ta’ self.
Għalhekk il-ħlas fuq dividends ta’ stock isir kull sitt xhur skond ir-rata ta’ imgħax dikjarata fuq il-prospectus u kkalkolata fuq sena sħiħa.
Peress li qed ikun hemm ħafna ilmenti rigward il-fatt li uffiċjali tad-dwana qed jikkonsfiskaw jew jitolbu ħlas ta’dazju fuq prodotti tax-xorb u sigaretti li jdaħħlu passiġġieri minn barra l-pajjiż, jista' il-Prim Ministru jara li fl-ajruport u fil-port jitwaħħlu listi ta’ kemm suppost huwa intitolat li jdaħħal kull passiġġier? Huwa minnu li jekk passiġġier Malti jkun ġej minn pajjiż ieħor membru ta’ l-Unjoni Ewropeja jitħalla jdaħħal kwantita` aktar ta’xorb u sigaretti milli kien jista' qabel ma Malta daħlet fl-UE? Kemm-il flixkun ta’xorb alkoħoliku, inbid u sigaretti jista' jdaħħal kull passiġġier? Tapplika s-sistema li minflok kwantita` fissa jista' jiddaħħal xorb u sigaretti basta dan ikun għall-użu personali kif hemm f’pajjiżi oħra ta’ l-UE?
Response (GONZI, LAWRENCE)
In-numru ta’ passiġġieri li ġew mitluba jħallsu t-taxxi fuq prodotti alkoħoliċi jew sigaretti jew inkella kellhom l-oġġetti kkonfiskati kien ftit ħafna, u għalhekk il-premessa tal-mistoqsija m’hijiex korretta.
Fl-ajruport hemm avviż fejn jindika l-kwantità ta’ oġġetti li wieħed jista’ jdaħħal mingħajr taxxi meta jkun ġej minn xi pajjiż barra l-Unjoni Ewropea waqt li fis-Seaport ser isir avviż simili għalkemm ftit li xejn jaslu passiġġieri minn barra l-Unjoni Ewropea f’dan il-port.
Passiġġieri li jkunu ġejjin minn pajjiż ieħor ta’ l-Unjoni Ewropea jistgħu jġibu magħhom dawn l-oġġetti li jkunu xtraw bit-taxxi mħallsa:
Prodotti tat-Tabakk
Sigaretti 800
Cigarillos 400
Sigarri 200
Tabakk 1 kilogram
Xorb Alkoħoliku
Spirti 10 litri
Prodotti Intermedjarji 20 litru
Inbejjed (sa massimu ta’ 60 litru 90 litru
sparkling Wines)
Birra 110 litri
Fil-każ ta’ passiġġieri li jġibu dawn il-kwantitajiet sikwit jew ikollhom kwantitajiet aktar minn dawn ta’ hawn fuq ikun irid jiġi aċċertat li dawn l-oġġetti huma veru għall-użu personali tagħhom.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minn naħa ta’ l-Uffiċċju tal-Prim Ministru, id-Dipartiment ta’ l-Informazzjoni huwa mpenjat biex fi żmien qasir tinkera karozza li taħdem bil-batteriji biex tintuża għall-bżonnijiet tad-Dipartiment. Din ser tinkera fil-parametri tat-tender bir-rata ta’ Lm6.10, VAT inkluż, kuljum.
Minn naħa l-oħra l-Ministeru tal-Finanzi s’issa m’għamel ebda installazzjoni b’sorsi ta’ enerġija differenti.
Jista' il-Prim Ministru jindika kemm jitħallsu hu, il-Viċi Prim Ministru, il-Ministri u s-Segretarji Parlamentari? X'allowances u benefiċċji għandhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Il-Prim Ministru jitħallas salarju ta’ Lm16,789 kif ukoll expense allowance ta’ Lm2,500 fis-sena waqt li s-salarju u l-expense allowance ta’ Ministru huma ta’ Lm14,774 u Lm1,000 fis-sena u dawk ta’ Segretarju Parlamentari huma Lm14,103 u Lm1,000 fis-sena. Benefiċċji oħra huma l-użu ta’ karozza privata, servizz ta’ telefon u telefon ċellulari, magħrufa bħala benefiċċji supplimentari. Dan skond kriterji stabbiliti fil-15 ta’ Mejju 1992.
Normalment il-kariga ta’ Viċi Prim Ministru hi marbuta ma’ kariga ta’ Ministru. Għaldaqstant is-salarju u l-benefiċċji huma l-istess bħal ta’ Ministru.
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm residenti bħalissa (mhux votanti biss) li joqogħdu fl-ibliet/irħula hawn elenkati: Birkirkara; Ħamrun, Qormi, Isla, Birgu, Bormla, Valletta, Floriana?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qegħda miġbura fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' il-Prim Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, sa fejn hu possibli, qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Jista' il-Prim Ministru ġentilment jippubblika l-lista ta' persuni applikanti għall-pożizzjoni ta' technical attache fir-rappreżentanza permanenti ta' Malta għall-Unjoni Ewropea fi Brussels?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Qiegħed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra listi tar-riżultati ta’ Bordijiet ta’ l-Għażla għal dawn il-pożizzjonijiet kif ippubblikati mill-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku.
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk il-vettura bin-numru tar-reġistrazzjoni GVN451 għadhiex reġistrata fuq l-OPM u jekk le, għandux isir it-trasferiment għal fuq il-ministeru li bħalissa hu responsabbli minnha? Jista' jgħid meta u min hu responsabbli li jħallas għal kontravenzjoniijiet pendenti, bħalma hi dik bin-numru 052-13704-87?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-vettura bin-numru tar-reġistrazzjoni GVN-451 fil-preżent mhix irreġistrata fuq l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mid-dokumenti ta’ l-Uffiċċju jidher li qatt ma kienet irreġistrata fuq dan l-Uffiċċju.
Jista' il-Prim Ministru jekk jogħġbu jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' wkoll jindika kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba mill-Onorevoli Interpellant, sa fejn hu possibli, qed tinġabar u tingħata tweġiba f’xi seduta oħra.
Peress li ntqal diversi drabi li l-gvern għandu impjegati żejda, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati żejda mal-gvern? Xi grad qegħdin? X'inhi l-iskala tas-salarju tagħhom? Kemm hu stmat li jkun hemm natural wastage f'dawn it-tliet snin li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li l-vettura bin-numru tar-reġistrazzjoni GVN-451 fil-preżent mhix irreġistrata fuq l-Uffiċċju tal-Prim Ministru u mid-dokumenti ta’ l-Uffiċċju jidher li qatt ma kienet irreġistrata fuq dan l-Uffiċċju.
Peress li ntqal diversi drabi li l-gvern għandu impjegati żejda, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati żejda mal-gvern? Xi grad qegħdin? X'inhi l-iskala tas-salarju tagħhom? Kemm hu stmat li jkun hemm natural wastage f'dawn it-tliet snin li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qeda tinġabar u tingħata tweġiba f'xi tweġiba oħra.
Peress li ntqal diversi drabi li l-gvern għandu impjegati żejda, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati żejda mal-gvern? Xi grad qegħdin? X'inhi l-iskala tas-salarju tagħhom? Kemm hu stmat li jkun hemm natural wastage f'dawn it-tliet snin li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tingħata tweġiba f'xi seduta oħra.