Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li jinfetaħ National Laboratory f'Malta? Jidhirlu l-Ministru li dan il-laboratorju huwa ħtieġa nazzjonali minħabba l-istandards tal-prodotti?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant biex jirreferi d-domanda tiegħu lill-Ministru tas-Servizzi Economiċi.
Jista' l-Ministru jgħid jekk tressaqlux xi rapport mill-Kunsill Lokali dwar iċ-ċimiterju u d-dfin fil-Mellieħa? X'jirrikmanda dan ir-rapport? X'se jiddeċiedi l-Ministeru dwar dan ir-rapport?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nixtieq ninforma lill-Onor. Interpellant li d-Dipartiment irċieva korrispondenza mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa dwar is-sitwazzjoni attwali taċ-Ċimiterju tal-Mellieħa. Din il-korrispondenza titratta fuq:
1. Il-bżonn ta` aktar u manutenzjoni taċ-ċimiterju.
2. Ir-responsabbilta` konnessa mal-mautenzjoni u t-tindif taċ-ċimiterju tal-Mellieħa tiġi ddelegata lill-Kunsill Lokali u dan jiġi kkumpensat b'somma ta` tagħha ma ġiex speċifikat.
3. Li seba` oqbra fl-istess ċimiterju li huma proprjeta` tal-Ministeru tad-Difiża Ingliża, igħaddu f'idejn id-Dipartiment tas-Saħħa.
F'laqgħa li saret fil-15 ta` April 1999 bejn uffiċċjali tad-Dipartiment tas-Saħħa u rappreżentanza mill-Kunsill Lokali ġew diskussi dawn il-punti u l-Kunsill Lokali ġie nfurmat li:
1. qed jitħejja pjan ta` ħidma sabiex tiżdied il-faċilta għad-dfin il-lokalita` tal-Mellieħa kif ukoll titjieb il-manutenzjoni u tindif fl-istess ċimiterju.
2. ma jinħasx il-bżonn li l-Kunsill Lokali jassumi r-responsabilta` għat-tindif taċ-ċimiterju.
3. t-talba, sabiex oqbra li huma propjeta` tal-Ministerju tad-Difiża Ingliża jgħaddu f'idejn id-Dipartiment tas-Saħħa, ġiet miċħuda f'April 1996.
Jista' l-Ministru jara li jsir sforz biex l-applikazzjoni għall-karta s-safra tal-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tiġi pproċessata malajr kemm jista' jkun?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-applikazzjoni tal-persuna msemmija waslet fit-28ta' April 1999, u ġiet ipproċessata fl-4 ta' Mejju 1999.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-ġenituri ma jitħallewx jipparteċipaw waqt il-case conference ta' wliedhom li ssir fis-CDAU ta' l-Isptar San Luqa? Hemm xi ħsieb li din il-proċedura titbiddel fil-futur qarib?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nirreferi lill-Onorevoli interpellant għat-teġiba mogħtija għall-mistoqsija numru 4938.
Jista' l-Ministru jgħid kemm nies ittestjaw pożittiv għal hepatitis C u B fl-1998? Jista' jaqsam l-informazzjoni skond l-etajiet u jekk humiex irġiel jew nisa?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Permess li numru kbir ħafna ta' kampjuni li jiġu ttestjati jkunu anonimi mhuwiex possibli li jkollok figuri preċiżi tan-numru ta' persuni posittivi. Anki l-informazzjoni dwar sess u eta' ma tkunx daqshekk preċiża.
Matul l-1998 fil-laboratorju tal-Isptar San Luqa saru dawn it-testijiet:-
Nru. ta' Testijiet Posittivi
------------------------------
Hepatitis B 9858 151
Hepatitis C 4262 315
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari tiegħi numru 6660, jista' l-Ministru jgħid il-karozza Kia Mentor li nkriet bir-rata ta' Lm15.76 kuljum, għal kemm żmien inkriet?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-karozza li għaliha qed issir riferenza nkriet għal ġurnata waħda.
Jista' l-Ministru jgħid x'se tkun il-pożizzjoni tal-PMO fuq il-proġett ta' l-isptar il-ġdid ta' Tal-Qroqq in vista tar-reklami li qed jidhru bħalissa fil-ġurnali?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-F.M.S. beħsiebha tingaġġa nies professjonali biex iħarsu l-interessi tagħha bhala rappreżentant tal-Gvern Malti fuq il-proġett tal-Isptar il-Ġdid.
Il-ftehim li hemm bejn l-M.U.S. u l-F.M.S. ser jiġi tterminat.
Jikkonsidra l-Ministru li l-mediċina Baclofen tiġi kkonsidrata mill-Kumitat Drugs & Therapeutics Committee għal dawk li jista' jkollhom bżonn din il-mediċina minħabba li jkunu qed ibatu min Cerebral palsy? Kemm inxtrat minn din il-mediċina minn Ottubru 1998 sal-lum u kemm-il pazjent kien intitolat għaliha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Peress li l-mediċina lioresal (Baclofen) qeda fil-formularju, ma jkunx hemm il-bżonn li tiġi approvata mid-DTC għal dawk il-pazjenti l jkunu ntitolati għaliha bla ħlas.
Mediċina Inxtara mid-Dipartiment Inħareġ lill-pazjenti
(1.10.98 sa llum) (1.10.98 sa llum)
------------------------------------------- ---------------------------
Pilloli lioresal 10mg 114,000 53,500
Pilloli lioresal 25mg xejn 7,180
Jista' l-Ministru jara kif il-persuna, li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, tista' tinħeles mit-tbatija u l-uġiegħ li ilha tbati għal dawn l-aħħar erba' snin u nofs minħabba l-bżonn ta' hip replacement operation?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Dan il-pazjent qiegħed jistenna appuntament biex issirlu operazzjoni fl-Ingilterra għaliex it-tip t'operazzjoni li għandu bżonn hu għada ma ssirx hawn Malta.
Id-Dipartiment m'għandu l-ebda kontroll fuq id-data ta' meta tista' ssir l-operazzjoni għaliex din tiddependi mill-'waiting list' tal-Kirurgu Ingliż involut.
Jista' l-Ministru jara għaliex il-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament, itterminawlha xogħol bħala EN Casual wara li rċeviet ittra fejn qalulha li fil-21 ta'Jannar, 1999 ġie tterminat ix-xogħol tagħha? Peress li persuna oħra bl-istess grad ukoll irċeviet din l-ittra imma issa reġgħu bagħtu għaliha biex terġa' lura x-xogħol, jista' l-Ministru jgħid għaliex din il-persuna ma bgħatux għaliha? Hemm il-ħsieb li d-dipartiment juża s-servizz tagħha?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ma' jirriżultax li mill-impjegati 'part-time' li kien intemmilhom l-impjieg tagħhom għaliex kienu għalqu l-65 sena, kien hemm xi ħadd li reġa' ġie mpjegat. M'hemm l-ebda ħsieb li d-Diviżjoni terġa' tuza s-servizz ta' mpjegati li jkunu għalqu l-65 sena.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hawnx epidemija ta' Meningitis type C f'Malta? Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li fl-iskejjel jingħataw tip ta' injection biex nilqgħu għal din l-epidemija?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant illi m'hemmx epidemija ta' Meninġite tip C f'Malta. Ma hemmx raġuni medika sa llum, għaliex il-vaċċin tal-Meninġite tip C tingħata fl-iskejjel.
Jista' l-Ministru jgħid min huma n-nies seconded mal-ministeru tiegħu u mil-liema entita' ġejjin?
Jista' l-Ministru jgħid x'salarju qed jirċievu u x'allowance qed jirċievu?
Jista' l-Ministru jgħid ukoll kemm minn dawn huma appuntati f'bordijiet u f'kumitati u xi ħlas qed jirċievu għal dan l-appointment?
Jista' l-Ministru jgħid f'liema bordijiet qegħdin dawn l-individwi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onorevoli Interpellant li m'hemm l-ebda persuna 'seconded' mal-Ministeru tas-Saħħa. Nirreferi wkoll lill-Onorevoli Membru għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari numru 139.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-pilloli out of stock li hemm fl-ispiżeriji ta' dawn iċ-ċentri tas-saħħa: Raħal Ġdid, Furjana, Qormi, Rabat, Gżira u Mosta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-pilloli li kienu 'out of stock' fl-4 ta' Marzu 1999 fl-ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa imsemmija huma:
Raħal Ġdid Ergotamine compound tablets
Hyoscine butylbromide tablets
Senna tablets
Furjana Pancrex V forte tablets
Senna tablets
Qormi Senna tablets
Gżira Tamoxifen tablets
Salbutamol tablets
Sotalol tablets
Mosta Hyoscine butylbromide tablets
Metoprolol tablets
Pancrex V forte tablets
Rabat m'hemmx spiżerija fiċ-Centru tas-Saħħa ta' dan il-Lokal
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus f'overtime fl-Isptar San Luqa? Jista' l-Ministru jagħti dan it-tagħrif fi gradi u kemm ħadu flus f'overtime?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant biex ikun iktar speċifiku dwar il-perjodu ta' żmien li għalih qed jitlob l-informazzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex il-Bord Mediku li japprova l-pilloli speċjali qiegħed idum ġimgħat u anke xhur biex jeħles il-proċedura?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li l-każi ta' pazjenti ndividwali jiġu kkunsidrati fl-iqsar ħin possibli. Bħala regola, każi li jkunu bbażati fuq protocols stabbiliti mid-Drugs & Therapeutics Committee jew ta' pazjenti li jkollhom il-kartuna r-roża jiġu deċiżi mmedjatament. F'każi oħrajn fejn per eżempju marda ma taqax taħt Schedule V jew fuq mediċini illi jkunu ġodda, dawn ikunu jridu jiġu diskussi formalment mill-kumitat u wara r-rakkomandazzjoni tal-kumitat tkun trid tintbagħat lid-Direttur Ġenerali għad-deċiżjoni finali tiegħu. Id-Drugs and Therapeutics Committee għandu parametri definiti li fihom irid jaħdem u ma jistax jirrakkomanda li kull mediċina li tiġi mitluba tiġi approvata.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-obbligi tal-konsulenti li hemm fl-Isptar San Luqa? Kemm suppost idumu l-isptar meta jkunu xogħol? Meta jkunu xogħol u ma jkunux fiżikament preżenti l-isptar, fuq liema kriterji jistgħu jiddeċiedu li ma jmorrux lura l-isptar minkejja li jissejħu b'urġenza minn xi tabib li jkun għassa l-isptar?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-obbligi ġenerali ta' Konsulent fl-isptar San Luqa huma dawn:
(a) 40 siegħa xogħol f'ġimgħa ta' sitt ijiem; u wara jista' jkun 'on call' fuq bażi ta' roster.
(b) il-ħinijiet tax-xogħol mhux bilfors ikunu limitati għal dmirijiet ta' filgħodu imma skond l-esiġenzi tas-servizz. Sessjonijiet ta' wara nofs in-nhar jistgħu isiru skond l-arranġamenti approvati mid-Diviżjoni tas-Saħħa.
(c) irid jieħu sehem fl-attivitajiet u fil-programm tat-tagħlim tad-Dipartiment konċernat.
(d) ikollu responsabbilita fis-swali, 'operating theatres' u kliniċi kollha tad-Dipartiment konċernat kif ikun imqabbad mid-Direttur tad-Dipartiment relattiv.
(e) jista' jkun meħtieġ li jagħmel regolarment sessjonijiet speċjalizzati fiċ-Ċentri tas-Saħħa skond programmi approvati dwar kura fil-Komunita.
(f) meta l-konsulent ikun 'admitting consultant' (fuq xogħol) jista' jkun meħtieġ li jattendi għal ħtiġijiet tal-pazjenti skond l-esiġenzi tas-servizz. Hu għandu, dak in-nhar filgħaxija jdur is-sala biex jaċċerta sakemm hu prattikabbli li kull dħul ta' emerġenza li jsir wara nofs in-nhar u kmieni filgħaxija jiġi eżaminat minnu fl-istess ġurnata tad-dħul.
(g) ikun responsabbli li jaċċerta li d-dixxiplina u l-prattika fis-sala (inklużi l-aspetti ta' l-iġjene) li jaffettwaw il-pazjenti taħt il-kura tiegħu jkunu ta' l-għola livell possibbli.
(h) ikun responsabbli li jaċċerta t-twettiq ta' programm kontinwu ta taħriġ u edukazzjoni għall-istaff li jieħu ħsieb il-pazjenti taħt il-kura tiegħu.
(i) irid jieħu sehem fit-tagħlim u taħriġ ta' studenti ta' qabel u ta' wara l-gradwazzjoni.
Il-konsulent, ma l-obbligi msemmija hawn fuq, ikollu obbligi oħra speċifiċi skond id-dixxplina li jaħdem fiha.
Il-Konsulent għandu 'team' tiegħu li flimkien miegħu jkun għassa. Filwaqt li hu responsabbli għal kull ma jagħmel it-'team', hija fid-diskrezzjoni tiegħu jekk jattendix personalment jew le.
Jista' l-Ministru jgħid kemm saru inkjesti dwar imwiet li seħħew fl-Isptar San Luqa minn Settembru, 1998 sa April, 1999? Kemm hemm konklużi minn dawn l-inkjesti? X'irriżulta mill-inkjesti konklużi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minn Settembru 1998 sa April 1999 infetħu erbgħa nkjesti dwar imwiet fl-Isptar San Luqa. Minn dawn ġiet konkluża nkjesta waħda li fiha l-konklużjoni kienet illi ma kien hemm l-ebda evidenza ta` negliġenza. Fit-tlett każi l-oħra d-Dipartiment għadu qed jistenna r-rapport tal-Bord ta`
Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt ilha bil-ħsara l-makna ta' l-X-Ray fil-poliklinika tar-Rabat, Malta? Meta se tiġi rimedjata din il-ħsara sabiex ir-residenti Rabtin ma jkomplux ibatu l-konsegwenzi? Fil-fatt x'ikkawża l-ħsara?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-magna ta' l-X-ray fil-Poliklinika tar-Rabat żviluppat ħsara tard f'Jannar ta' din is-sena. L-investigazzjonijiet eventwalment urew li żviluppat ħsara fit-tubu ta' l-X-ray li ġie ordnat minn barra minn Malta. Dan it-tubu mistenni li jasal Malta xi għaxar gimgħat oħra u jiġi nstallat minnufih.
Jista' l-Ministru jgħid kemm daħlu nies l-isptar San Luqa b'overdose mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Jista' jagħti l-eta' tagħhom?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bejn l-1 ta` Jannar 1999 u l-15 ta` Marzu 1999 kien hemm 57 każ ta` overdose li attendew San Luqa, 30 kienu rġiel u 27 kienu nisa. L-etajiet kienu kif gej:-
Eta` Rġiel Nisa
-------------------------------------------------- ------
taħt 20 sena 3 3
20-29 11 4
30-39 sena 4 2
40-49 sena 7 5
fuq 50 sena 1 8
mhux magħruf 4 5
-------------------------------------------------- -------
Total 30 27
-------------------------------------------------- -------
Minn dan in-numru ġew amessi '29' skond kif ġej:
KATEGORIJA
-------------------------------------------------- --------
ETA` A B C TOTAL
-------------------------------------------------- --------
0-4 5 0 0 5
15-19 0 0 3 3
20-24 0 0 7 7
25-29 0 0 3 3
30-34 0 0 0 0
35-39 0 0 3 3
40-44 0 0 4 4
45-49 0 0 1 1
50-54 0 0 3 3
-------------------------------------------------- --------
TOTAL 5 0 24 29
-------------------------------------------------- --------
Nagħtu spjegazzjoni tal-kategoriji:
Kategorija A: Avvelenament aċċidentali minn kimika u sustanzi noċivi (Accidental poisoning by exposure to chemicals and noxious substances: ICD-10 codes X40 - X49).
Kategorija B: Avvelenament intenzjonat bi drogi, medikamenti, sustanzi bijoloġiċi, kimika u sustanzi noċivi (Intentional self-poisoning by drugs, medicaments, biological substances, chemicals and noxious substances: ICD-10 codes X60 - X69).
Kategorija Ċ: Avvelenament minn kimika u sustanzi noċivi, fejn l-intenzjoni ma kenitx stabbilita (Poisoning by and exposure to chemicals and noxious substances, undetermined intent - ICD-10 codes Y10 - Y19).
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers fl-Isptar San Luqa? Jista' l-Ministru jgħid, post b'post u isem b'isem, ta' fejn u min ingħata t-transfers?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor. Interpellant jispeċifika għall-liema perjodu qed jirreferi.