Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #9540 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Artijiet mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista'l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat mill-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu ma ġiet impjegata l-ebda persuna mad-Dipartiment ta` l-Artijiet.
Leg 9 PQ #10409 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment ta' l-Artijiet — Arretrati

Question

Peress li huwa kkalkolat li hemm aktar minn Lm60 miljun f'arretrati lid-Dipartiment ta' l-Artijiet għandu jħallas fuq esproprjazzjonijiet ta' artijiet li ttieħdu snin ilu, jista'l-Ministru jgħid kemm fil-fatt hija kkalkolata s-somma ta' dawn l-arretrati liċ-ċittadini Maltin? Jista' l-Ministru jgħid liema pagament ta' esproprjazzjoni ilu l-iktar pendenti, cioe' l-annu tal-każ?

Response (BORG, TONIO)

Rigward l-ewwel parti tal-Mistoqsija nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-tieni parti tat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1638. Rigward it-tieni parti tal-Mistoqsija, ninsab infurmat li biex tinġabar l-informazzjoni mitluba jrid isir eżami ta` numru kbir ta` files u records manwali li jinħtieġ ħafna żmien u ħafna riżorsi. Ma jidhirlix li l-użu ta` dan iż-żmien u riżorsi biex isir l-eżami msemmi hu ġustifikat.
Leg 9 PQ #11327 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Intern

Birżebbug — Waterpolo pitch

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru W67, jista'l-Ministru jgħd hux ġust li ċittadini jiġu mmultati fiz-zona speċifikata meta fil-fatt qed jiġi admitted fit-tweġiba li m'hemmx tabelli biżżejjed li jindikaw il-clamp zone?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li għalkemm it-tabelli li rreferit għalihom l-Onor. Interpellanti damu xi ftit biex twaħħlu, l-ebda ċittadin ma ġie immultat dwar clamping fil-post indikat fil-Mistoqsija Parlamentari W67.
Leg 9 PQ #11374 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Bidnija — Kompetizzjoni ta' sparar

Question

Billi saret kompetizzjoni ta' sparar b'airguns ġewwa ir-range tal-Bidnija u din ġiet irrapportata fil-gazzetti (l-ewwel ġimgħa ta' Novembru) fejn anke dehru ismijiet ta' min ħa sehem, u anke ritratti ta' persuni minuri jisparaw airguns, jista' l-Ministru jgħid meta bdew jingħataw permessi ta' fire/carry airgun for sporting purposes, meta inħareġ il-permess tar-range in kwestjoni u meta nħareġ il-permess biex tfal jibdew jisparaw l-airguns?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġibiet li jien tajt għall-Mistoqsijiet Parlamentari Nru. 7456 u Nru. 7457, ninsab infurmat li l-Pulizija għandha żewġ talbiet għal air weapons target shooting ranges, liema talbiet qed jiġu proċessati.
Leg 9 PQ #11375 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Għassa tal-Gżira

Question

Jista' l-ministru jgħid x'qed jagħmel il-ministeru biex jiżgura li l-għassa tal-pulizija tal-Gżira tkun miftuħa il-ħin kollu?

Response (BORG, TONIO)

Filwaqt li nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 4413, għandi ninfurmah li tajt struzzjonijiet li jiġu detailed pulizija espressament sabiex jagħmlu ronda minħabba ilmenti partikolari għal dan il-lokal.
Leg 9 PQ #11450 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jekk l-uffiċjali ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar, inkluż il-periti, qegħdin jingħataw konsulenzi mill-istess awtorita' bħala xogħol extra mix-xogħol normali li jagħmlu u bi ħlas extra? Jekk fl-affermattiv, min huma l-uffiċjali u periti li qegħdin igawdu minn dan it-trattament u x'inhu x-xogħol li ġew imqabbdin jagħmlu, inkluż il-valur tax-xogħol?

Response (BORG, TONIO)

L-Awtorita` ta` l-Ippjanar ma tagħti l-ebda konsulenza lill-uffiċjali tagħha stess. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għal 'Change Agent' li tqabbad mill-Awtorita` fil-proċess ta` riforma interna, ninsab infurmat li dan l-uffiċjal ser jingħata ħlas addizzjonali ta` Lm1,000 minbarra li jibqa` jaqdi l-funzjonijiet ta` Unit Manager.
Leg 9 PQ #11452 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'allowances u benefiċċji oħra jgawdu minnhom l-uffiċjali u l-impjegati oħra ta' l-Awtorita' ta'l-Ippjanar? Xi gradi għandhom l-impjegati li jgawdu minn dawn l-allowances u benefiċċji? Jista' l-Ministru jgħid jekk fost il-benefiċċji hemmx xi tip ta' babysitting alllowance?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li t-tagħrif mitlub hu kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #11502 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

Litter Act — Ksur tal-liġi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm inqbdu persuni jiksru l-Litter Act matul l-1999? Kemm minnhom inqabdu fil-Belt, Furjana, Ħamrun u Pieta'?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li din is-sena, (sal-31 ta` Ottubru, 1999), in-numru ta` persuni li nqabdu mill-Pulizija jiksru l-Litter Act kien ta` 55. Minn dawn, 5 kienu fil-Ħamrun, 5 oħra fil-Belt Valletta u 1 il-Floriana, filwaqt li f`Tal Pieta` ma kien hemm ħadd.
Leg 9 PQ #11507 Sitting 186 1999-11-23 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Applikazzjonijiet miċħuda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew miċħuda applikazzjonijiet mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar sena b'sena minn sidien ta' djar fil-Belt u fil-Furjana li kellhom offerti għax-xiri tagħhom minn sidien ta' kumpanniji kummerċjali jew uffiċini?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika dwar it-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant.
Leg 9 PQ #9535 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tar-Reġistru ta' l-Artijiet — Impjegati ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tar-Reġistru ta' l-Artijiet mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li bejn is-27 ta` April 1999 u l-15 ta` Settembru 1999, ir-Reġistru ta` l-Artijiet impjega persuna waħda. Dan sar wara li ġiet pubblikata sejħa għall-applikazzjonijiet fil-Gazzetta tal-Gvern ta` l-4 ta` Diċembru 1998.
Leg 9 PQ #9536 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Intern

Dipartiment tar-Reġistru ta' l-Artijiet — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-27 ta' April, 1999 sal-15 ta' Settembru, 1999 lill-ħaddiema tad-Dipartiment tar-Reġistru ta' l-Artijiet? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' l-Ministru jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li fil-perijodu speċifikat fil-Mistoqsija ma ngħata l-ebda transfer fir-Reġistru ta` l-Artijiet. Bħal f`kull dipartiment ieħor, transfers minn u lejn dan id-dipartiment isiru skond l-esiġenzi tas-servizz fiċ-ċirkostanzi prevalenti.
Leg 9 PQ #11309 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Intern

Intrapriżi kummerċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuwa n-numru ta' intrapriżi kummerċjali rreġistrati mat-Trade Licensing Office? F'liema kategorija jinsabu maqsumin?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li ma tinżammx statistika tat-tagħrif hekk kif mitlub mill-Onor. Interpellant. 22.11.99
Leg 9 PQ #11355 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Flus għal extra duty

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fil-pulizija hemmx membri li għandhom jieħdu xi flus bħala ħlas ta' extra duty? Jekk iva, kemm hemm, kemm huwa l-ammont u kemm tħallsu pulizija din is-sena?

Response (BORG, TONIO)

L-'extra duty' jitħallas minn persuni privati u ditti privati ta` xogħol ta` sigurta` li jagħmlu l-Pulizija b`awtorizzazzjoni barra il-ħin tax-xogħol. Sa l-aħħar ta` Novembru ser ikunu tħallsu Lm690,054 f`extra duty on payment, u Lm180,000 għad iridu jitħallsu. Dan il-ħlas jiddependi wkoll mill-ħlas li jsir mill-privat lill-Pulizija.
Leg 9 PQ #11356 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Re-instatement policy

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk il-policy għal re-instatement tal-pulizija li ġew boarded out ġietx stabilita? Jista' l-Ministru jgħid jekk dawk l-ex-pulizija li kienu boarded out humiex se jiddaħħlu, u jekk iva, meta?

Response (BORG, TONIO)

Re-instatements jistgħu jsiru skond il-ħtiġijiet tal-Korp. Għalissa qed tingħata importanza għal dħul ta` rekluti ġodda.
Leg 9 PQ #11415 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: JOE DEBONO GRECH To: Ministeru ta' l-Intern

Joint Office — Birkirkara - Knisja Kolleġġjata

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif lill-Kamra dwar liema huma l-artijiet, fondi u proprjeta' immobbli oħra li llum huma amministrati mill-Joint Office u li, qabel il-ftehim ta' l-1992 bejn il-Gvern u l-Knisja, kienu proprjeta' ta' u/jew amministrati mill-Knisja Kolleġġjata ta' Birkirkara? Jista' l-Ministru jgħid għal-liema valur fi flus kienet tammonta l-imsemmija proprjeta' meta l-prezz tal-proprjeta' immobbli kollha tal-Knisja kien ġie negozjat magħha mill-Gvern? Jista' l-Ministru jikkonferma li fost din il-proprjeta' hemm art estensiva li fl-aħħar snin kienet qed tkun indikata għal eventwali ċimiterji f'Birkirkara?

Response (BORG, TONIO)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni li qiegħed jitlob, inkluż il-valur tal-proprjeta` msemmija, tinstab f`paġni 299 sa 325 ta` Annex 8 li kien tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra flimkien ma` kopja tal-ftehim bejn il-Gvern ta` Malta u s-Santa Sede dwar il-Poprjeta` li l-Awtoritajiet tal-Knisja Maltija għaddew lill-Gvern Malti. Fost din il-proprjeta`, f`paġni 307 u 316, hemm art indikata għal eventwali ċimiterju f`Birkirkara. Ta` min jgħid li l-informazzjoni f`Annex 8 hija soġġetta għal korrezzjonijiet, liema korrezzjonijiet jitpoġġew fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #11416 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: JASON AZZOPARDI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Santa Luċija - Strutturi illegali

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 6132, jista' l-Ministru jispjega għaliex minn fost dak il-bini illegali li sar mill-ħaddiema tal-gvern 22 sena ilu meta ma kienx rikjest permess tal-PAPB, qatt ma ttieħdu passi kontra ċertu familja, li dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li minkejja li ma pproċeditx bl-applikazzjoni numru PA4220/95 xorta bniet terrazzin illegali bħalma għamlu dawk l-oħrajn 22 sena ilu? Jikkonsidra l-Ministru li dawk li applikaw biex jagħmlu terrazzin fl-istess triq ma jibqgħux jinħarġilhom rifjut mill-Planning Authority sabiex ikun hemm konformita' mal-kumplament tal-bini ta' 22 sena ilu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-applikazzjoni PA 4220/95 kienet ġiet irtirata lill-applikant li rrefera għalih l-Onor. Interpellant fil-Mistoqsija tiegħu u dan wara li kienet saret spezzjoni mill-Awtorita` li kkonfermat li ma kienx sar ix-xogħol. Riċentement, wara rapport li waslilha l-Awtorita`, l-istess fond kien spezzjonat għal darb`oħra u rriżulta li kien sar żvilupp illegali li kien jikkonsisti f`dak applikat għalih fl-applikazzjoni msemmija. L-Awtorita` ħadet passi kontra s-sid, liema passi qed ikunu segwiti mill-Awtorita` skond kif titlob il-liġi u jekk ikun il-każ li s-sid ma jottemporax ruħu skond kif ordnat, jistgħu jittieħdu passi ulterjuri. Tajjeb illi tinġibed l-attenzjoni ta` l-Onorevoli Interpellant li jekk isir kif issuġerixxa fl-aħħar parti tal-Mistoqsija tiegħu, ikun ifisser illi xi ħaġa llegali u inaċċettabli toħloq preċedent għal kumplament.
Leg 9 PQ #11419 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Intern

Kappella ta' San Gwann t'Għuxa — Restawr

Question

Jista' l-Ministru jara li l-Kappella ta' San Ġwann t'Għuxa, Bormla, isirilha dak ix-xogħol ta' restawr li hemm bżonn, peress li din il-kappella li tmur lura sas-sena 1640, qed isirulha ħafna ħsarat peress li issa ilha magħluqa għal ħafna snin?

Response (BORG, TONIO)

Ix-xogħol li qed jirreferi għalih l-Onor. Interpellant ma jaqax taħt ir-responsabbilita` tal-Ministeru ta` l-Intern, u għalhekk nitlobu biex jirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Leg 9 PQ #11436 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: JOE MIZZI To: Ministeru ta' l-Intern

PA — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk daħlux impjegati ġodda ma' l-Awtorita' ta'l-Ippjanar, jekk iva ħarġet call for application? Jekk ma ħarġitx, kif ġew impjegati u kemm kienu ilhom jirreġistraw? Minn liema lokalita' huma? Jista' l-Ministru jgħid jekk sarux transfers interni fi ħdan l-Awtorita' ta' l-Ippjanar? Jekk fl-affermattiv, kif saru u x'ġustifikazzjonijiet kien hemm?

Response (BORG, TONIO)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jispeċifika l-perijodu li dwaru qed tintalab l-informazzjoni.
Leg 9 PQ #11445 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: MICHAEL ASCIAK To: Ministeru ta' l-Intern

Birkirkara — Mannarino Road - Ipparkjar ta' karozzi

Question

Jista' l-Ministru jara li karozzi f'Mannarino Road, Birkirkara, li ħafna minnhom jappartjenu għal auto-dealers u li m'għandhomx liċenzja, ma jitħallewx jokkupaw il-bankina għad-detriment tal-pulizija?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-Pulizija ser tieħu passi sabiex kemm jista` jkun l-abbuż li rrefera għalih l-Onor. Interpellant ma jseħħx.
Leg 9 PQ #11508 Sitting 185 1999-11-22 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru ta' l-Intern

Pulizija — Skola ta' Ħal Tarxien

Question

Jista' l-Ministru jara li jibda jkun hemm pulizija waqt id-dħul u l-ħruġ ta' tfal tal-kindergarten ġewwa School Street, Tarxien minħabba l-periklu li qiegħed ikun hemm għal dawn it-tfal?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat li l-iskola li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant hija skola tal-kindergarten u t-tfal li jattendu din l-iskola jkunu dejjem akkompanjati minn xi persuna adulta. Ninsab infurmat ukoll li din l-iskola tinsab fi triq li hija 'one way'.