Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25902 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fortizza ta' Rikażli

Question

Jista' l-Ministru jikkonferma jew le li siġġijiet, imwejjed u aċċessorji oħra li kien hemm fl-iskola ta' Bighi qed jintefgħu fil-fortizza ta' Rikazli? Jista' sserraħ ras din il-Kamra, li bil-mod kif qed jintefgħu mhux tiġrilhom ħsara u allura jkunu jistgħu jerġgħu jintużaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-għamara kollha li tista' tiġi utilizzata diġa' ġiet trasferita fi skejjel oħra. Informat ukoll li biċċiet oħra ta' għamara li temporanjament qed jiġu maħżuna ġo Forti Rikażoli huma tant fi stat ħażin li ma jistgħu jiġu utilizzati mkien.
Leg 9 PQ #25905 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Special School

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'ser jiġri mill-istudenti li sal-lum jattendu l-ispecial school ta' Santa Marija, Imsida? Ma jidhirlux il-Ministru li kellu jisma' x'qed jaħsbu u x'qed iħossu l-ġenituri li għandhom uliedhom jattendu din l-iskola?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-bidliet imsemmijin mill-Onor. Membru għadhom qed jiġu konsidrati.
Leg 9 PQ #25947 Sitting 541 2001-05-22 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel

Question

Jista' l-Ministru jgħid hux veru li l-Iskola Maria Assunta fil-Ħamrun, għandha soqfa li joqtru u xi klassijiet saħansitra jimtlew bl-ilma fix-xita? X'sar jew x'se jsir mid-dipartiment biex tiġi rranġata din il-ħsara?

Response (GALEA, LOUIS)

Bħall-bini kollu f'Malta, mhux eskluż li meta tagħmel xi xita jkun hemm xi penetrazzjoni ta' ilma f'xi saqaf ta' xi klassi. Fis-sajf ikun hemm manutenzjoni normali ta' soqfa ta' l-iskejjel. Fejn ikun hemm il-ħtieġa jittieħdu l-miżuri meħtieġa. Assigurajt li dwar l-iskola msemmija mill-Onor. Membru tiġi ċertifikata l-manutenzjoni meħtieġa.
Leg 9 PQ #25423 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid bħalissa kemm hemm nies impjegati fuq bażi full time u part time, direttament ma' l-amministrazzjoni tal-pixxina nazzjonali? Min huma? X'inhuma ix-xogħol tagħhom? Meta ġew impjegati l-ewwel darba?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li bħalissa hemm 12-il persuna impjegati ma' l-amministrazzjoni tal-Pixxina Nazzjonali. Dawn huma: Isem Bidu ta' Mpieg Xogħol Full Time Franklin Axisa April 1998 Aquatic Facility Operator Emmanuel Reitano April 1998 Security/Maintenance Elisabeth Valentine April 1998 Cleaner Alan Falzon April 1998 Aquatic Facility Operator Simone Zammit April 1998 Receptionist/Clerk William Galea April 1998 Receptionist/Clerk Melvin Micallef Marzu 2000 Aquatic Facility Operator Larkin Pisani Marzu 2000 Aquatic Facility Operator Alfren Grima Ġunju 2000 Security/Maintenance Edwin Buttiġieġ Awissu 2000 Gym Instructor Part Time Rachid Chouhal Settembru 2000 Gym Attendant Part Time/Casual Etienne Gatt Frar 2001 Messenger/Driver
Leg 9 PQ #25424 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Pixxina Nazzjonali

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi progress sar fit-taħdidiet bejn il-Gvern u l-Universita' dwar it-twaqqif ta' kumpanija għat-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali u affarijiet sportivi oħra fl-istess port? Kemm saru laqgħat bejn iż-żewġ partijiet fl-ewwel tlett (3) xhur ta' din is-sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li n-negozjati bejn il-Gvern u l-Universita` dwar it-twaqqif ta' kumpanija għat-tmexxija tal-Pixxina Nazzjonali jinsabu fi stadu avvanzat. Matul l-ewwel tlett xhur ta' din is-sena saru tlett laqgħat bejn iż-żewġ partijiet.
Leg 9 PQ #25425 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li studenti ma jistawx joqgħodu għall-eżamijiet tas-SEC fil-business studies u fl-account fl-istess sessjoni? Jaf li min qed jitgħallem dawn iż-żewġ suġġetti qed jkollu joqgħod għall-accounts f'eżamijiet ta' Universitajiet barranin?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li minħabba li fl-iskejjel ta' l-Istat jiġi mgħallem il-Business Studies waqt li f'xi skejjel mhux ta' l-Istat jiġi mgħallem l-Accounts, il-policy tal-Matsec Board f'dawn l-aħħar snin dejjem kienet li dawn iż-żewġ suġġetti jiġu eżaminati fl-istess sessjoni. Il-Matsec Board qatt ma rċieva oġġezzjoni għal dan l-arranġament u għalhekk din il-policy tħaddmet ukoll għal din is-sena. Billi l-Business Studies ħa post l-Accounts u l-Economics fl-iskejjel ta' l-Istat ma nħassitx il-ħtieġa li l-kandidati jkolhom il-fakulta` li joqgħodu għaż-żewġ suġġetti. Madanakollu, is-suġġeriment ta' l-Onor. Membru se jiġi mressaq għall-konsiderazzjoni tal-Bord tal-Matsec fl-ewwel laqgħa li jmiss.
Leg 9 PQ #25426 Sitting 540 2001-05-21 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tluq mill-Iskola

Question

Jista' l-Ministru jgħid fit-tieni term ta' din is-sena skolastika, kemm ingħataw permessi biex studenti jitilqu mill-iskola: 1) qabel ma għalqu is-sittax-il sena? 2) qabel ma spiċċat is-sena skolastika għalkemm għalqu is-sittax-il sena F'kull każ, jista' jgħid kemm kien hemm talbiet minn studenti tal-iskejjel tal-knisja u dawk indipendenti? F'kull każ x'kienu r-raġunijiet prinċipali? Fl-ewwel term ta' din is-sena skolastika x'kienu l-figuri mitluba hawn fuq?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25343 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti ma' kumpaniji privati u kuntratturi mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid separatament kemm jammontaw dawn il-kontijiet u x'jirrigwardjaw?

Response (GALEA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25781 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Miżati ta' l-Eżamijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-kriterji li studenti li ġejjin minn familji fejn il-ġenituri huma bla impjieg, jiġu eżentati milli jħallsu l-miżati ta' l-eżamijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li rigward applikazzjonijiet għal eżamijiet tal-Matsec Board, il-kandidati konċernati li jkunu jridu jitolbu eżenzjoni tal-ħlas tal-miżata, iridu jinġbru formola mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet u wara li din tiġi konfermata mill-Area Social Security Welfare Officer tad-distrett tagħhom, jippreżentawha biex it-talba tagħhom tiġi kkonsidrata mid-Dipartiment tal-Finanzi ta' l-Universita` ta' Malta. L-eżenzjoni tiġi kkonfermata mid-Dipartiment tal-Finanzi ta' l-Universita` u l-kandidati konċernati ma jħallsux il-miżata. Kandidati li jirċievu stipendju ma jkunux eżentati. Kandidati li jaqgħu taħt wieħed minn dawn il-kategoriji jiġu kwalifikati għall-eżenzjoni: Dawk li jirċievu: a) social assistance b) unemployment assistance c) old age pension (non contributory, in lieu of social assistance) d) special unemployment benefit, u e) social security pensioners, such as widows who following a means test, would qualify for free medical aid. Fil-każ ta' eżamijiet ekwivalenti ta' barra amminstrati mid-Dipartiment ta' l-Eżamijiet, il-kandidati konċernati jridu jħallsu l-miżata u mbagħad jippreżentaw talba bil-miktub, taħt l-istess kondizzjonijiet imsemmija, u magħha l-irċevuta oriġinali, lill-Accounts Section tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni. L-istess bħala fil-każ tal-Matsec, it-talba tagħhom trid tiġi konfermata mill-Welfare Office. Wara li t-talba tiġi approvata, id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni tirrifondi l-ammont tal-miżata lill-kandidati konċernati. Fil-każ ta' l-eżamijiet ta' barra, l-eżenzjoni tingħata darba biss u sakemm l-istudenti jkunu ċertifikati li kienu spiċċaw il-Ħames Klassi ta' l-Iskola Sekondarja u li s-suġġett/i kien/u fil-kurrikulu ta' l-iskola.
Leg 9 PQ #25782 Sitting 539 2001-05-16 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Senior Care Workers

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma t-terms of reference tas-Senior Care Workers għal Adult Training Centres li sarulhom l-interviews f'Settembru 2000? X'kienu r-requirements, kwalifiki u esperjenza li ġew mitluba? Min huma l-applikanti kolha li applikaw? Min huma dawk l-applikanti li għaddew?

Response (GALEA, LOUIS)

Nissuġġerixxi lill-Onor. Membru tirreferi din il-Mistoqsija lill-Ministru għall-Politika Soċjali.
Leg 9 PQ #25154 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Rabat Scout Group

Question

Jista' l-Ministru jinfurmani għaliex ma kienx hemm rapreżentant tas-segretarjat privat tiegħu u jew ta' d-Dipartiment konċernat fil-laqgħa li ġiet organizzata mill-uffiċċjali u l-ġenituri tal-iscouts group tar-Rabat nhar il-Ħadd 1 ta' April meta fis-Sala tal-Parroċċa tal-lokal ġiet diskussa l-problema tal-premises tar-Rabat Scout Group? Jaf li tfal ta' l-iscout group tar-Rabat qed jiltaqgħu f'bini li ma huwiex attrezzat xejn biex jilqgħa lil dawn it-tfal? Jaf li tfal tar-Rabat scout group ġew offruti temporanjament il-premises tal-Kunsill Lokali u li ma kienx għall-dan l-intervent tal-Kunsill tar-Rabat dawn it-tfal u l-uffiċjali tagħhom ma għandhomx fejn jiltaqgħu sal-lum? Ma' jħossx li fid-dawl ta' dan in-nuqqas u ta' dan il-bżonn għandu jieħu l-passi u ċioe jaħtar persuna responsabbli ħalli fi żmien xahar jirrimedja din il-problema u tinstab soluzzjoni għat-talba pendenti tar-Rabat Scout Group, qabel ma tiggrava aktar is-sitwazzjoni u ssir xi traġedja?

Response (GALEA, LOUIS)

Jien personalment kelli l-opportunita` niltaqa' ma' delegazzjoni tal-Boy Scouts, Rabat, fejn iddiskutejt il-proposti għal sit ta' uffiċċju adattat. Is-Segretarju Parlamentari l-Onor. Jesmond Mugliett ukoll qed jagħti attenzjoni lit-talbiet tal-Boy Scouts. Informat li l-problema ta' nuqqas ta' premises tar-Rabat Scout Group ilha tinħass. Fil-fatt talbiet għal premises għal dan il-grupp saru anke fi żmien il-Gvern preċedenti u jidher li f'dawk is-sentejn ma sar ebda progress. Aħna konxji mill-ħtieġa ta' premises adegwati għal gruppi ta' l-iscouts fid-diversi lokalitajiet u fil-fatt f'dawn l-aħħar sentejn anke ġew allokati faċilitajiet adegwati lil diversi gruppi meta dan kien possibbli. Saru laqgħat mar-rappreżentanti tar-Rabat Scout Group fejn dawn setgħu jenfasizzaw il-problemi li qed jiltaqgħu magħhom u anke ressqu proposti għal siti biex jiġu żviluppati għall-użu tagħhom. Ser inkomplu ninvestigaw dawn is-siti biex jekk ikun possibbli l-ħtiġijiet tar-Rabat Scout Group jiġu milqugħa.
Leg 9 PQ #25205 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

R.D.L.

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk ġewx transferiti xi ħaddiema mill-R.D.L. għad-dipartiment ta' l-Edukazzjoni biex jaħdmu bħala watchmen din is-sena? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema involvuh?

Response (GALEA, LOUIS)

Nitlob lill-Onor. Membru jispjega għal liema dipartiment qed jirreferi bħala R.D.L.
Leg 9 PQ #25639 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi l-ispiża totali f'kull skola speċjali u kif hi maqsuma din l-ispiża f' pagi, allowances, maintenance, trasport, educational appliances u aids

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #25640 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skejjel Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm skejjel speċjali u fejn huma? Kemm hemm tfal f'kull skola u x'inhi l-eta tagħhom?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li hemm sitt Skejjel Speċjali u Ċentru wieħed f'Għawdex kif ġej: Skejjel Speċjali Numru ta' Studenti Eta` ta' l-istudenti Guardian Angel, Ħamrun 60 5 - 20 Helen Keller, Qrendi 24 4 - 20 San Miguel, St Andrews 44 4 - 20 Mater Dei, Msida 7 13 - 16 Dun M. Attard, Wardija 50 10 - 20 Santa Marija, Msida 32 10 - 19 Ċentru Speċjali, Sannat 16 4 - 18
Leg 9 PQ #25641 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Staff Complement

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu l-istaff complement f'kull skola speċjali u jista l-Ministru jispeċifika l-gradi differenti tal-membri ta' l-istaff?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25676 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dipartiment tal-Mużewijiet

Question

Jista' l-Ministru jara għalfejn id-dipartiment tal-Mużewijiet mhux jattendi ħafna mil-laqgħat iffissati u mifthema minn qabel mal-PA fuq il-permess nru. 7205/97 bil-konsegwenza li l-individwu daħal fi spejjeż kbar u għalissa ma jista' jsir xejn? Għax il-PA qed tgħid li ma tistax tiddeċiedi fuq dan il-permess minħabba li qed tistenna r-risposta tad-Dipatiment tal-Mużewijiet? Billi dan il-permess jikkonċerna restawr ta' Wilġa Battery ta' żmien il-Gwerra li qed taqa' ftit ftit u spiċċat anke qed tintuża minn terzi persuni għal ċerti abbuż għax ġieli instabu siringi fiha u billi s-sid irrid jiranġa din il-batterija u lest jintrabat li x-xogħol isir taħt is-dupervizzjoni tad-dipartiment tal-mużewijiet, possibli l-Ministru jintervjeni biex id-dipartiment tal-mużewijiet jikkopera u s-sitwazzjoni tiġi rimedjata?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li ir-rappreżentant tad-Dipartiment tal-Mużewijiet xhed quddiem dan il-Bord ta' l-Apelli tal-Awtorita` ta' l-Ippjanar darbtejn f’Frar u f’Settembru tal-2000 fuq il-każ tal-Batterija tal-Wilġa, Marsaxlokk PA 7205/97. F’ każ wieħed biss ir-rappreżentant tal-Mużewijiet ma setgħax jattendi għas-seduta tal-Bord ta' l-Appelli – jiġifieri għas-seduta ta’ l-4 ta’ Mejju 2001. Din l-assenza kientet kaġunata minn impenji marbuta ma' l-emerġenza u r-restawr ta' l-iMnajdra. Ta’ minn jinnota li fl-istess seduta tal-Bord tal-Appelli ta' l-4 ta’ Mejju il-każ in kwistjoni ġie differit għal deċiżjoni. Jidher ċar li din l-assenza ta' l-4 ta’ Mejju ma setgħetx titqies bħala kaġun ta’ dewmien għad-deċiżjoni tal-Awtorita’ ta' l-Ippjanar. Il-pożizzjoni negattiva tad-Dipartiment tal-Mużewijiet dwar din l-applikazzjoni ġiet spjegata b’ mod ċar kemm il-darba lill-Awtorita’ ta' l-Ippjanar, kemm bil-miktub lid-Direttorat tal-Ippjanar kif wkoll fix-xhieda li saret darbtejn quddiem il-Bord ta' l-Appelli. Jien infurmat illi din id-deċiżjoni tad-Dipartiment tal-Mużewijiet hija finali. Din l-applikazzjoni għall-iżvilupp tal-Batterija tal-Wilġa, Marsaxlokk kienet fil-fatt ġiet irrifjutata mill-Awtorita’ ta' l-Ippjanar fuq rakkomandazzjoni tad-Dipartiment tal-Mużewijiet. L-art in kwistjoni hija propjeta’ pubblika u l-applikant qed jipprova jakkwistha mill-Gvern għal skopijiet ta’ żvilupp privat. Dan l-iżvilupp qed jissejjah ‘restawr’ mill-applikant. Id-Dipartiment tal-Mużewijiet - wara konsultazjonijiet ma' l-Unita` tar-Restawr tad-Diviżjoni tax-Xogħlijiet – oġġezzjona għad-definizzjoni ta’ dan ix-xogħol bħala ‘restawr’. Dak li qed jipproponi l-applikant huwa żvilupp u bini mill-ġdid li konsegwentement jinkludi l-qirda tar-rovini storiċi li baqa` minn din il-Batterija storika. Dan mhux biss ma jistax jitqies bħala restawr, iżda jammonta għal qirda ta’ dan il-monument storiku u l-informazzjoni li għadha tista’ tinqara minnu.
Leg 9 PQ #25692 Sitting 538 2001-05-15 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kottonera

Question

Jista' l-Ministru jikkonsidra li t-tfal tal-Kottonera li jattendu l-iskola Ġuże D'Amato, isirilhom xi mezz ta' trasport lejn l-iskola u lura d-dar? Kemm hu n-numru ta' studenti mill-lokalitajiet tal-Kottonera, lokal b' lokal?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li żewġt itfal minn Bormla jattendu l-iskola sekondarja Ġuże` D'Amato tar-Raħal il-Ġdid. Huma qegħdin jattendu barra mill-catchment area tagħhom fuq talba tal-ġenituri. Meta saret din il-konċessjoni ġew infurmati li qed jingħatalhom dan il-permess fuq il-kundizzjoni li t-trasport ikun responsabbilta` tagħhom. Minkejja dan iżda, dawn it-tfal ġew provduti b'pass għal tariffi mraħħsa fuq il-karozzi tal-linja, u l-flus li jonfqu jiġu mħallsa lura lill-ġenituri mid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni.
Leg 9 PQ #25095 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Santwarju tal-Qtates

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nru. 24334 u 24335 u t-tweġibiet tal-Ministru għalihom, x'passi ttieħdu s'issa biex iseħħ dak li trid id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni, jiġifieri, rilokazzjoni tas-Santwarju tal-Qtates mill-Kulleġġ tal-Biedja fejn jinsab bħalissa migħajr il-permessi meħtieġa ta' l-istess diviżjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Assoċjazzjoni responsabbli mill-qtates qiegħda tfittex post alternattiv u adattat biex isir santwarju tal-qtates. Sadanittant m'għadhiex iżżid mal-qtates li hemm fis-santwarju.
Leg 9 PQ #25195 Sitting 537 2001-05-14 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Mużew tal-Arti

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kien ir-riżultat tal-inkjesti li saru wara l-għabien ta' pittura u oġġetti oħra mill-Mużew tal-Arti fil-Belt?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-proċess ta' l-istħarriġ għadu miftuħ.