Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 10 PQ #4524 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru għat-Turiżmu

Kummisjonijiet u bordijiet — Perċentwali ta' nisa u rġiel

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-perċentwali ta' nisa u rġiel fuq bordijiet u kummissjonijiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu għas-sena 2003? Jista' jagħti wkoll il-perċentwal ta' nisa u rġiel li jiċċerjaw dawn il-bordijiet u kummisjonijiet?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-numru ta' perċentwali ta' nisa u rġçl fuq bordjçt u kummissjonijçt li jaqgħu taħt il-Ministeru tat-Turiżmu hu kif ġej: Bord Perċ entwal ta' Nisa Perċ entwal ta' Rġ çl Il-Bord ta' l-Awtorita` tat-Turiżmu 0 100 Il-Bord tad-Direttorat ta' l- Marketing & Promotion 0 100 Il-Bord tad-Direttorat ta' l-Product Planning & Development 8 92 Il-Bord tad-Direttorat ta' l- Human Resources & Support Services 0 100 Il-Bord tad-Direttorat ta' l-Enforcement 25 75 Il-Bord ta' l-Istitut għall-Istudji Turistiċi 31 69 Iċ-chairpersons ta' dawn il-Bordijiet huma kollha rġiel.
Leg 10 PQ #4580 Sitting 108 2004-03-08 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Isla — Bini tal-Maċina

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'sar jew x'se jsir mill-Maċina ta' l-Isla?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Il-Maċina ta' l-Isla hi parti mill-proġett tal-Kottonera u l-Gvern daħal f'kuntratt mal-Konsorzju Port Cottonera Ltd sabiex dan jiżviluppa l-Maċina. Il-konsorzju huwa obligat li jiżviluppa l-Maċina fi żmçn tlett snin mill-ħruġ tal-permess tal-MEPA. Ta' min jgħid li l-konsorzju applika għal permess lill-MEPA f'Settembru 2000 u ninstab infurmat illi s'issa l-applikazzjoni għadha pendenti.
Leg 10 PQ #4200 Sitting 107 2004-03-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-turiżmu — Kiri ta' affarijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid fil-preżent kemm hu n-numru ta' kirjiet ta' vannijiet, karozzi, trakkijiet, gafef, għamara, mobile phones, photocopiers, computers, pjanti, eċċ. li għandu l-ministeru u d-dipartimenti/entitajiet li jaqgħu taħt id-dekastru tal-ministeru? Kemm hi r-rata tal-kirja kull ġurnata f'kull każ separatament? Fil-preżent, kemm hi ċ-ċifra taż flus tal-kontijiet pendenti li l-ministeru u l-entitajiet għandhom iħallsu għal dawn il-kirjiet? Kemm kienet in-nefqa globali ta' dawn il-kirjiet matul is-sena li għaddiet? Jista' jinformani kemm kienet in-nefqa globali għal karozzi u għamara ġdida li nxtrat matul is-sena 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Peress li jidher li l-informazzjoni dettaljata li qed jitlob l-Onorevoli Membru fil-Misotqsija tçgħu mhux se twassal għal xi titjib fl-amministrazzjoni pubblika ta' pajjiżna jew għal xi benefiċċju relevanti çħor, ma naħsibx li l-ħin estensiv li jinħtieġ fil-Ministeru tçgħi sabiex tinġabar l-informazzjoni mitluba ikun ġustifikat u ċertament huwa ħin li jista jintuża aħjar. L-Onorevoli Membru għandu jikkunsidra jagħmel Mistoqsija iktar iffokata u ristretta.
Leg 10 PQ #4285 Sitting 103 2004-02-17 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru tat-Turiżmu — Safar

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kien is-safar li sar fuq xogħol uffiċjali minn uffiċjali governattivi jew oħrajn li tħallsu mid-dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu matul is-sena 2003? Min siefer? Fejn kienet kull safra? Kemm kienet l-spiża ta' kull safra? Min awtorizza kull safra? Min minn dawk li siefru mar first class jew club class?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

L-informazzjoni għada qed tinġabar u t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Leg 10 PQ #4281 Sitting 102 2004-02-11 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Mobile Phones

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hemm mobile phones fid-Dikasteru tiegħu? Minn min qed jintużaw u kemm tħallsu f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-informazzjoni mitluba mill-Onor Interpellant hi kif tidher hawn taħt: Ministeru u Dipartiment (inkluż l-ITS) Ministru għat-Turiżmu Permanent Secretary Director Tourism and Corporate Services Director EU Affairs, Prog Implementation Head of Secretariat Staff Private Secretary Project Co-ordinatior Assistant Private Secretary Communications Co-ordinator Policy Co-ordinator Office Co-ordinator Secretariat Officers Drivers/Securities Advisor Officer in Charge Administration Director General (ITS) Deputy Director (ITS) Registrar L-ammont totali li tħallas f'kontijiet ta' dawn il-mobile phones matur is-sena 2003 kien Lm6,105.97. Awtorita' Maltija tat-Turiżmu MTA Chairman Chief Executive Officer Directors Consultant Senior Managers Drivers Chairman Enforcement Chairman Product Planning Chairman Marketing Marketing Staff L-ammont totali li tħallas f'kontijet ta' dawn il-mobile phones matul is-sena 2003 kien Lm10,480.09.
Leg 10 PQ #4050 Sitting 97 2004-01-30 Oral · Final From: CHARLES MANGION To: Ministeru għat-Turiżmu

Entitajiet pubbliċi — Dħul ta' dondi matul l-2003

Question

Jista' il-Ministru jagħti l-ammont ta' dħul matul is-sena 2003 li kull wieħed mill-awtoritajiet, regolaturi u entitajiet pubbliċi oħra li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tiegħu daħħlu direttament u li f'xi żmien qabel l-1998 kienuj jidħlu direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern u inklużi fl-estimi ġenerali approvati mill-Parlament? Jista' f'kull każ jagħti s-sena minn meta dan id-dħul ma baqax inkluż fl-estimi ġenerali u beda jinġabar direttament minn dawn l-awtoritajiet u azjendi, korpi parastatali, eċċ. skond il-każ?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Awtorita' tat-Turiżmu m'għandha l-ebda dħul li f'xi żmien qabel l-1998 kienx jidħol direttament fil-fond konsolidat fir-revenue tal-gvern. Biex nikkjarifika, l-Awtorita' tat-Turiżmu tiġbor il-liċenzji li qabel kienu jinħarġu mill-HCEB u mill-Pulizija, u l-istess flus li jinġabru tgħaddihom lill-fond konsolidat.
Leg 10 PQ #3807 Sitting 91 2004-01-26 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

Gżira — Fond

Question

Jista' il-Ministru jinvestiga ilmenti li l-fond li hemm fuq 120, Luqa Briffa Str, Gżira ilu snin jiġi irriklamat bħala guest house meta ma għandhux il-permess meħtieġa?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li ma teżistix liċenzja ta' Guest House fuq il-fond imsemmi. L-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta qed tinvestiga l-każ biex jittieħdu l-passi meħtçġa.
Leg 10 PQ #3776 Sitting 90 2004-01-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

Uffiċċju ta' l-awtorita' Maltija tat-turiżmu — Persuna responsabbli mill-budgeting finanzjarju

Question

Jista' il-Ministru jikkonferma li l-persuna responsabbli għal abbuż mill-budgeting finanzjarju f'wieħed mill-uffiċini barranin tal-MTA ġie mkeċċi? Jikkonferma li dan kollu ġara fl-uffiċini ta' l-Olanda?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-MTA ma keċċit lill-ebda persuna mpjegata fl-uffiċini barranin tagħha.
Leg 10 PQ #3777 Sitting 90 2004-01-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

Awtorita' Maltija tat-turiżmu — Direttur tal-marketing

Question

Huwa minnu li d-direttur marketing tal-MTA irriżenja? X'wassal għal dan? Huwa minnu li l-Ministru issa ħatru bħala konsulent tiegħu? Jekk iva, x'inhu l-pakkett finanzjarju offrut lilu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li mhux minnu li d-Direttur tal-Marketing and Promotion ta' l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu rriżenja, lanqas ma hu minnu li jien ħtartu bħala kunsulent tiegħi. Dak li gara hu li seħħet bidla fit-tmexxija tad-Direttorat tal-Marketing and Promotion, bir-riżultat li d-Direttur preċedenti ngħata responsabbiltajiet ġodda fi ħdan l-Awtorita'.
Leg 10 PQ #3800 Sitting 90 2004-01-21 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

Cruise Call Cancellations

Question

Skond il-Gvern x'inhi r-raġuni propja u uffiċjali li kien hemm ħafna cruise call cancellations din is-sena - aktar u aktar billi il-Federation of Associations of Travel and Tourisim agents - FATTA- u l-iżviluppaturi tal-Cruise Terminal il ġdid, il-VISET ġabu raġunijiet differenti minn xulxin?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li huwa ferm diffiċli li wieħed jipprova jistabilixxi raġuni "uffiċjali" għal l-iżvilupp u l-andament tal-cruise market lejn Malta. Li wieħed jista' jagħmel hu li janalizza ċ-ċirkustanzi kollha, li qegħdin jaffettwaw dan is-suq f'Malta, kif ukoll barra minn Malta, sabiex dak li qed iseħħ jitpoġġa f'perspettiva aktar ċara. F'dawn l-aħħar snin, is-suq tal-cruise wera rata ta' tkabbir sostanzjali, b'riżultat li dan il-fenomenu ġie ppopolarizzat ħafna u l-appell tçgħu jinfirex f'settur socio-ekonomiku, li tradizzjonalment ma kienx jiflaħ għall-piż finanzjarju ta' dan it-tip ta' vjaġġar. L-effett kien li n-numru ta' vapuri u passiġġieri zdiedu b'ammonti sostanzjali. Fir-rigward ta' Malta, l-aħħar ftit snin kienu wkoll influwenzati mill-fatt li diversi linji tal-cruise liners għażlu li jikkonċentraw il-programm tagħhom fiċ-Ċentru u l-Punent tal-Mediterran a skapitu ta' destinazzjonijiet fil-Mediterran tal-Lvant u fl-Afrika ta' Fuq minħabba biża ta' attakki terroristiċi f'dawn il-partijiet tar-reġjun. B'riżultat ta' dan, Malta gawdiet minn żieda sostanzjali fil-programm ta' dawn il-cruise ships illi nkludew lil Malta bħala port of call fl-itinerarju tagħhom. Fil-frattemp, l-awtoritajiet Maltin, kif ukoll il-consortium responsabbli għal l-iżvilupp tal-cruise passenger terminal fil-Port il-Kbir, imbarkaw fuq programm ta' investiment illi għandu iwassal sabiex Malta jkollha wçħed mill-iżjed terminals moderni u avvanzati fir-reġjun. L-iskop wara dan l-investiment hu prinċipalment illi jattira linji tal-cruise illi jibdew joperaw minn Malta bħala home port minnflok sempliċiment bħala port of call. Din id-distinzjoni tagħmilha possibli sabiex il-benefiċċji ekonomiċi ta' din l-attivita' jestendu wkoll għas-settur tat-trasport bl-ajru, ta' l-akkommodazzjoni u ta' service providers oħra, peress illi cruise passengers li jibdew u jtemmu l-cruise tagħhom f'Malta iridu jtiru lejn u minn Malta, kif ukoll jkollhom l-opportunita' li jestendu z-zjara tagħhom f'pajjizna bi ftit ġranet oħra. Għalhekk, huwa dan is-suq partikulari li joffri l-aktar prospetti għall-iżvilupp sostenibbli tal-cruise market. Għal dan il-għan, l-Awtorita' Maltija tat-Turiżmu qegħda tkun proattiva ħafna fl-inizjattivi li qegħda twettaq, prinċipalment mal-VISET u l-MIA, kif ukoll ma, diversi stakeholders pubbliċi u privati oħra li huma relevanti għal dan is-settur, sabiex twaqqaf il-Malta Cruise Network, li l-iskop tçgħu huwa li jissinergizza l-isforzi tal-partijiet koncernati kollha, kif ukoll jiffoka l-istrateġiji promozzjonali nazzjonali, sabiex dan is-settur iżid il-kontribut ekonomiku tçgħu, jgħin fl-iżvilupp kontinwu ta' l-industrija tat-turiżmu, kif ukoll jistabbilixxi lil Malta bħala waħda mid-destinazzjonijiet marittimi ewlenin fil-Mediterran.
Leg 10 PQ #3692 Sitting 88 2004-01-19 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru għat-Turiżmu

Malta Drydocks — Baċir Nru. 1

Question

Issa li l-Baċir Nru. 1 u l-area tal-madwar saru tal-gvern, jista' il-Ministru jgħid jekk bediex xi xogħol sabiex minn din l-area ssir xi ħaġa u tgawdi minnha l-Kottonera?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li diġa bdew preparamenti sabiex jinħareġ "Development Brief" u jibda l-proċess sabiex ikun identifikat żviluppatur privat li jwettaq dan il-proġett.
Leg 10 PQ #3632 Sitting 85 2004-01-12 Oral · Final From: ROBERT ARRIGO To: Ministeru għat-Turiżmu

MTA — Ħaddiema

Question

Jista' il-Ministru jinformani jekk l-awtorita' tat-turiżmu mill-1 ta' Ottubru 2003 'il hawn impjegatx xi nies ġodda magħha u jekk fl-affermattiv, kemm? Kienhemm xi nies li spiċċaw mix-xogħol mill-Malta tourism authority u dan mill-1 ta' Ottubru 2003 ukoll?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-impjegati ġodda / li spiċċaw mix-xogħol mill Malta Tourism Authority mill 1 ta' Ottubru, 2003 sa' llum huwa kif ġej: Ħamsa (5) Ġodda Tnejn (2) Spiċċaw mix-xogħol.
Leg 10 PQ #3318 Sitting 73 2003-12-09 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

SAS Snowflake — Titjiriet diretti lejn Malta fuq bażi scheduled

Question

Jikkonferma l-Ministru li l-low fare subsidiary tal-SAS Snowflake se tibda titjiriet diretti lejn Malta fuq bażi scheduled minn Copenhagen minn Marzu li ġej?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li huwa ippjanat li SAS Snowflake se tibda titjiriet diretti lejn Malta minn Copenhagen darba fil-gimgħa mis-sena d-dieħla bejn April u Ottubru.
Leg 10 PQ #3293 Sitting 72 2003-12-05 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru għat-Turiżmu

Office of review — Direttur

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm-il darba d-direttur ta' l-office of review siefer, kemm dam barra l-pajjiż u kemm kienet l-ispiża globali għal kull żjara barra minn Malta minn meta ħa l-appointment f'April 2001 sa meta nbidillu r-rwol tiegħu f'Ottubru 2003?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

ninsab infurmat li id-Direttur (Office of Review) fil-Ministeru għat-Turiżmu ma nħatarx f'April 2001 imma f'Jannar 2003. Minn meta ha l-ħatra 'l hawn, id-Direttur siefer darba waħda fuq xogħol meta attenda l-laqgħa tal-Kunsill Eżekuttiv ta' l-Organizzazzjoni Mondjali tat-Turiżmu li tagħha hu d-deputat rappreżentant għal pajjiżna. Id-Direttur kien Madrid mill-31 ta' Mejju 2003 sal-5 ta' Ġunju 2003. In-nefqa għas-safra kienet kif ġej: Vjaġġ Lm 151.15 Akkomodazzjoni u ikel Lm 650.08 Spejjeż oħrajn Lm 25.06 Total Lm 826.29
Leg 10 PQ #3140 Sitting 71 2003-12-04 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Każi ta' serq

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm ġew rapportati każi ta' serq fid-dipartimenti, entitajiet, eċċ li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru mill-perjodu ta' Jannar sal-lum? X'passi ttieħdu u x'kienu l-oġġetti misruqa u x'valur kellhom?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li, minn Jannar ta' din is-sena, kien hemm żewġ każi ta' serq minn postijiet tax-xogħol li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi. Fl-ewwel każ insteraq mobile phone minn wieħed mill-uffiċċji ta' l-Awtorita' tat-Turiżmu ta' Malta. Fit-tieni każ insterqu flus minn vending machine li kienet installata fil-grounds ta' l-Istitut ta' l-Istudji Turistiċi imma li ma kenitx proprjeta' ta' l-Istitut. Fiż-żewg każi sar rapport lill-Pulizija.
Leg 10 PQ #2995 Sitting 68 2003-12-02 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

Ministeru għat-Turiżmu — Bordijiet

Question

Jista' il-Ministru jinformani liema kienu l-bordijiet li twaqqfu u l-membri li nħatru f'dipartimenti li jaqgħu taħt id-dikasteru tal-ministeru? Meta fil-fatt twaqqfu u kemm-il darba ltaqgħu?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Waqt il-leġislatura preżenti s'issa ma nħatar ebda Bord kif indikat mill-Onor Interpellant.
Leg 10 PQ #3099 Sitting 67 2003-12-01 Oral · Final From: ADRIAN VASSALLO To: Ministeru għat-Turiżmu

Bini għal użu ta' holiday complex

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ħareġ il-permess mit-tourist board biex il-bini li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, jibda jservi bħala holiday complex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-permess biex il-kumpless imsemmi mill-Onor Interpellant jibda jopera għal skopijiet turistiċi nħareġ l-ewwel darba fis-16 ta' April 1987.
Leg 10 PQ #2885 Sitting 64 2003-11-25 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru għat-Turiżmu

WTO — Kompetittivita' ta' l-industrija

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2108 u l-fatt li l-Unjoni Ewropea ma rtiratx il-protezzjoni li timponi fuq l-istati membri fuq l-importazzjoni ta' prodotti ta' l-ikel minn non EU countries, jista' il-Ministru jinformani kif il-kwoti fuq il-prodotti ta' l-ikel se jaffettwaw lis-settur tat-turiżmu u dan fid-dawl tar-realta' li pajjiżna huwa net importer u dejjem iddependa mill-prezzijiet kompetittivi tas-swieq internazzjonali inkluż il-prezzijiet esterni ta' l-UE stess?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ladarba ma sar ebda qbil dwar tneħħija ta' tariffi, kif kien mistenni li jsir f'Cancun, is-sitwazzjoni vis-a-vis l-impatt ta' kontrolli, tariffi u dazji fir-rigward ta' prodotti ta' l-ikel u l-materja prima ta' l-ikel u x-xorb se tibqa' kif kienet giet trattata waqt in-negozjati tas-sħubija li ntemmu f'Diċembru li għadda. F'dawn in-negozzjati, l-impatt tas-sħubija f'dan il-qasam ġie kontrobilanċjat b'żewġ miżuri, waħda ta' sussidji fuq prezzijiet ta' xi prodotti impurtati u l-oħra permezz ta' sistema ta' refunds fuq l-użu ta' materja prima relatata mal-manifattura ta' prodotti ta' l-ikel u x-xorb. Wieħed mill-iskopijiet ta' dawn iż-żewġ miżuri kienu fic-ċirkostanza li t-tariffi ta' l-UE imsemmija hawn fuq għadhom fis-seħħ, jibqa' illi ma titnaqqasx il-kompetittivita' ta' l-intrapriżi Maltin li jagħmlu użu minn dawn il-prodotti, fosthom l-intrapriżi fis-settur tat-turiżmu.
Leg 10 PQ #2742 Sitting 57 2003-11-18 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

White Rocks holiday complex — Ħaddiema

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 2627, jista' il-Ministru jgħid kemm ġew ingaġġati persuni b'kuntratt definit mal-White Rocks holiday complex sena b'sena, mill-1987?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li in-numru ta' persuni ngaġġati b'kuntratt definit mal-White Rocks Holiday Complex sena b'sena mill-1987 hu kif ġej. Ta' min wieħed igħid li dawn il-ħaddiema huma kollha ngaġġati fuq doveri fl-ITS. Sena Numru ta' Ħaddiema 1987 - 1988 1 1989 - 1990 5 1991 8 1992 2 1993 3 1994 7 1995 2 1996 2 1997 - 1998 11 1999 2 2000 - 2001 5 2002 12 2003 11
Leg 10 PQ #2627 Sitting 54 2003-11-11 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru għat-Turiżmu

White Rocks Holiday Complex — Ħaddiema

Question

Meta ġew ingaġġati it-73 persuna b'kuntratt definit mal-White Rocks Holiday Complex?

Response (ZAMMIT DIMECH, FRANCIS)

Ninsab infurmat li l-Kumpless tal-White Rocks għadda f'idejn is-Segretarju Parlamentari għat-Turiżmu fl-1 ta' Lulju 1987. Il-Kuntratti definiti bdew isiru minn dak iż-żmien.