Transport Malta – Merchant Shipping Directoratre – riżenja ta’ individwu
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk jafx x’wassal għar-riżenja tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li kien jaħdem fil-Merchant Shipping Directorate ta’ Transport Malta, u li kien inħatar ukoll mill-Gvern il-ġdid bħala membru fuq il-bord tal-MEPA, minn mal-istess Transport Malta? Jista’ jikkonferma li l-individwu fil-fatt irriżenja jew talab li jiġi trasferit wara li kellu tilwima jew nuqqas ta’ qbil mal-Executive Chairman ta’ Transport Malta?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-uffiċjal in kwistjoni, li huwa spiżjar, ġie sekondat fuq xogħol importanti ma’ entita governattiva oħra minħabba l-kwalifiċi u l-kompetenza tiegħu. Għaldaqstant, l-individwu għadu mpjegat ta’ Transport Malta.
Transport Malta – Chief Officer tal-Merchant Shipping Directorate
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġiex infurmat li ċ-Chief Officer tal-Merchant Shipping Directorate fi ħdan Transport Malta, l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, li huwa wkoll ir-Registrar General of Seamen and Shipping, dan l-aħħar hedded li jirriżenja għal raġunijiet ta’ ndħil politiku fuq kwestjonjijet ta’ impjiegi, promotions u transfers, speċjalment min-naħa tal-Executive Chairman li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatment?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qatt ma ġejt infurmat b’dawn it-tip t’allegazzjonijiet u nikkonferma li fil-fatt l-allegazzjonijiet li qed jagħmel l-Onor. Interpellant m’humiex minnhom. Bil-kuntrarju, jien infurmat li ż-żewġ uffiċċjali in kwistjoni għandhom relazzjoni tajba ta’ xogħol u jikkoperaw fil-ħidma tagħhom.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura – Segretarjat Privat – Customer Care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm persuni fis-Segretarjat Privat li huma inkarigati mill-Customer Care?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-membri tal-istaff fis-Segretarjat Privat tiegħi huma kif stabbiliti fid-dokument Engagement of Staff for Ministers’ Secretariats li kopja tiegħu diġa’ tpoġġiet fuq il-Mejda tal-Kamra.
Għawdex – xogħlijiet ta’ tpoġġija u tiġdid ta’ servizzi
Question
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta' xogħlijiet ta' tpoġġija/tiġdid ta' servizzi li saru/qed isiru f' Għawdex mill-1 ta' Jannar 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? F'liema triq u lokalità saru u min għamel dan ix-xogħol? Kemm kien il-valur tax-xogħol? Jekk hemm xogħlijiet li saru biex jiġu mġedda s-servizzi qabel ma jingħata t-tarmak lit-triq partikulari, meta se jibda u jispiċċa x-xogħol ta' kisi bit-tarmak ta' dawn it-toroq wara li x-xogħlijiet kollha relatati mat-tpoġġija/tiġdid ta' servizzi jkunu lesti?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jirreferi l-mistoqsija parlamentari lill-Ministru konċernat.
Junior Eurovision Song Contest –Malta Public Transport Services u Transport Malta – sponsors/partners
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk Transport Malta u l-Malta Public Transport Services kenux sponsors/partners tal-Junior Eurovision Song Contest? Jista’ jgħid kemm ħallsu ż-żewġ entitajiet għal dan il-partnership/sponsorship? Jista’ jgħid jekk il-bord tad-diretturi ta' Transport Malta u Malta Public Transport Services approvawx dan l-isponsorship?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kemm Transport Malta u kemm l-Malta Public Transport Services ma ħallsu l-ebda flus għal sponsorship tal-Junior Eurovision Song Contest. Madanakollu Transport Malta għamlet xi xogħlijiet infrastrutturali rikjesti. L-organizzaturi offrew li jippromwovu lil Transport Malta bħala sponsor għas-sapport loġistiku li pprovdiet l-Awtorita’ permezz ta’ road closures, traffic management u għas-servizz tal-park and ride li ġie pprovdut mill-Malta Public Transport Services.
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-isponsorships kollha li tat Transport Malta mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari? Lil min ingħataw dawn l-isponsors u kemm kien il-valur ta' kull sponsorship?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Malta Public Transport Service – valur ta’ sponsorships
Question
Jista’ l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra lista tal-isponsorships kollha li tat il-Malta Public Transport Services mill-1 ta' Jannar 2014 sakemm tiġi mwieġba din l-mistoqsija parlamentari? Lil min ingħataw dawn l-isponsorships u kemm kien il-valur ta' kull sponsorship? Jista’ jgħid jekk hux ġustifikabbli li l-Malta Transport Services Ltd tagħti sponsorships meta din hi dipendenti mis-sussidji li jagħtiha l-Gvern?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant illi għas-sena 2014, il-Malta Public Transport ipprovdiet jew ser tkun qed tipprovdi l-isponsorships li ġejjin:
•
Kunsill Studenti Universitarji
– ammont ta’ €10,000, liema ammont jintuża mill-istudenti universitarji bħala skont fuq biljetti tat-trasport pubbliku ta’ 30 u 90 ġurnata u riklamar. Dan il-kuntratt kien eżistenti mill-2013 u li kien ġie estiż għal sena oħra;
•
Forzi Armati ta’ Malta
– servizz ta’
shuttle service
illi ngħata mingħajr ħlas fit-3 t’ Ottubru 2014 bejn Ħal Luqa u Raħal Ġdid għall-attività mtella’ tal-
AFM Day Celebrations
. Il-flus miġbura waqt din l-attività marru b’risq il-
Community Chest Fund;
•
Junior Eurovision
–
shuttle service
illi ngħata mingħajr ħlas bejn l-10 u s-16 ta’ Novembru 2014 lid-delegati internazzjonali li ħadu sehem f’ dan il-konkors. Waqt l-istess avveniment, bejn l-14 u s-16 ta’ Novembru 2014, ingħata wkoll servizz ta’
shuttle service
lejn il-
Marsa Ship Building
mingħajr ħlas lil dawk kollha li pparkjaw il-vetturi tagħhom fil-
Park and Ride
tal-Furjana jew inkella ġewwa Kordin;
•
President’s Solidarity Fun Run
–servizz ta’ trasport mingħajr ħlas lill-parteċipanti kollha li ħadu sehem f’din l-attività fit-23 ta’ Novembru 2014;
•
Malta Eurovision Song Contest
- servizz ta
shuttle service
mingħajr ħlas mill-
Park and Ride
tal-Furjana u minn Kordin lejn il-Marsa Ship Building, bejn il-21 u t-22 ta’ Novembru
2014.
L-isponsorships illi ngħataw huma prinċipalment relatati ma’ attivitajiet li jew għandhom għanijiet filantropiċi jew li huma ta’ portata nazzjonali.
Jista’ l-Ministru jgħid xi rwol għandu fi ħdan Transport Malta l-individwu li d-dettalji dwaru qegħdin jingħataw separatament? F'każ li dan l-individwu ġie impjegat ma’ Transport Malta, jista’ l-Ministru jgħid jekk saritx sejħa pubblika għal din il-vakanza u minn meta dan l-individwu ġie ingaġġat minn Transport Malta? Jista’ jgħid meta ġie impjegat, fuq liema kundizzjonijiet u jekk ġiex impjegat wara sejħa pubblika?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-imsemmi individwu ġie mpjegat fi Transport Malta fl-4 t’ Awwissu 2014 bħala Accountant fuq kuntratt għal żmien definit ta’ 3 snin.
Nikkonferma li nħarġet sejħa pubblika għal din il-ħatra.
Jista’ l-Ministru jikkonferma li fl-aħħar ġimgħa ta’ Ottubru 2014, is-sitwazzjoni finanzjarja fi Transport Malta tant kienet ħażina li lanqas flus biex tintbagħat il-posta ma kien hemm, tant li numru ta’ ittri biex jissejħu xi nies għall-interviews baqgħu ma ntbagħtux u dakinhar li kellhom isiru l-interviews ma deher ħadd u l-interviewing board baqa’ jistenna?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li għandu informazzjoni totalment żbaljata.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm persuni ingaġġati mal-Public Transport Services f’ Għawdex bħala security/jiċċekkjaw it-tickets? Dawn kienu impjegati direttament mal-Public Transport Services jew kienu impjegati ta’ kumpanija oħra li ngħatat kuntratt mill-Public Transport Services? Jekk kienu impjegati ta’ kumpanija oħra, liema kienet din il-kumpanija li kienu jaħdmu magħha? Kemm damu jagħmlu xogħol għall-Public Services Limited u għal kemm żmien kien il-kuntratt? Dan il-kuntratt ġie eżawrit jew ġie mwaqqaf u jekk ġie mwaqqaf għal-liema raġuni ġie mwaqqaf? Dan il-kuntratt ingħata b’sejħa pubblika jew b’ direct order? Kemm kien il-valur ta’ dan il-kunratt? X’qed jagħmlu dawn il-ħaddiema llum u x’inhu l-futur tagħhom mal-Public Transport Services?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li jien ninsab infurmat li l-Malta Public Transport ma mpjegat l-ebda persuna ġdida f’Għawdex bħala security jew inkella sabiex jiċċekkjaw il-biljetti. Il-kumpanija qabbdet kumpanija privata b’mod temporanju għall- perjodu ta’ xahrejn (bejn Settembru u Ottubru ta’ din is-sena) sabiex tipprovdi ħaddiema addizjonali biex jassistu lis-Service Standard Managers tal-Malta Public Transport Services Ltd. L-assistenza li ngħatat mill-ħaddiema ta’ din il-kumpanija, li ġġib l-isem ta’ Signal 8 Security Services Malta Limited, kienet tikkonsisti prinċipalment fl-iċċekkjar tal-biljetti, kif ukoll tal-komportament tax-xufiera. Sitta minn dawn il-ħaddiema kienu assenjati jagħmlu dan ix-xogħol f’Għawdex. Din il-kumpanija intagħżlet wara sejħa għall-kwotazjonijiet.
L-ispiża ta’ dan l-eżerċizzju, li hija ibbażata fuq rati tas-suq, hija kkunsidrata bħala kummerċjalment sensittiva u għaldaqstant, mhux prudenti li tingħata.
Is-Sannat, ix-Xewkija u l-Qala — Immaniġġar tat-traffiku
Question
B' referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 11875, jista’ l-Ministru jgħid jekk hux minnu li biex tingħalaq triq minħabba x-xogħol fil-lokalitajiet ta' Sannat, ix-Xewkija u l-Qala f' Għawdex qed jintużaw biss tabelli tal-one way mingħajr l-użu ta' advance signs, traffic barriers, pedestrian barriers, flashers u tabelli oħra li jagħmlu t-toroq fejn ikun qed isir ix-xogħol aktar sikuri u d-devjazzjoni tat-traffiku tkun indikata b'mod aktar ċar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li wara li saru s-site inspections, irriżulta li fejn preżentament hemm ix-xogħol għaddej, it-tabelli qegħdin skont it-TMP (Traffic Management Plan) kif approvat minn Transport Malta.
Fl-aħħar ġranet ittieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex fejn qiegħed isir ix-xogħol, ikun aktar sigur u fejn bħalissa mhux għaddej ix-xogħol, it-toroq infetħu għall-pubbliku.
Jista’ l-Ministru jgħid fejn qed jiġi mormi materjal mit-tħaffirta' trinek f'Għawdex? Fejn qed jiġi mormi dan il-materjal kopert bil-permessi neċessarji tal-MEPA?
Response (MIZZI, JOE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant biex jirreferi l-Mistoqsija Parlamentari lill-Ministru konċernat.
Jista’ l-Ministru jgħid x'tip ta' mmaniġġar ta' traffiku qed isir minn Transport Malta għax-xogħol li qed isir f'Għajnsielem, Għawdex? Vera li qed jingħalqu toroq billi sempliċemend titwaħħal tabella tan-no entry? X'inhi r-raġuni li mhux qed isiru traffic management schemes kif jitolobu r-regolamenti ta' Transport Malta? Għaliex mhux isiru t-tabelli neċessarji li jindikaw lis-sewwieqa minn fejn għandhom jgħaddu f'każ li triq li fiha jkunu għaddejjin ix-xogħlijiet tkun magħluqa?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ninsab infurmat li meta jingħalqu t-toroq, dawn qegħdin jingħalqu skont it-TMPs (Traffic Management Plan) approvati minn Transport Malta. Fejn għaddej ix-xogħol bħalissa (tal-Ħniena Road u Pjazza Xewkija) hemm kemm in- no entry signs kif ukoll it-tabelli tad-diversions neċessarji.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk il-Ministeru jew xi awtorità li taqa taħtu ntalbitx biex toħroġ eżenzjoni għal dak li jikkonċerna l-użu ta' lifeboats fuq il-vapuri tal-Gozo Channel? Jekk iva, x'talba saret u minn min saret? X'kienet ir-reazzjoni ta' Transport Malta għal din it-talba? Jekk intlaqgħet, għal kemm żmien ġiet milqugħa l-istess talba li saret u x'kundizzjonijiet kienu imposti?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li Transport Malta ma rċeviet l-ebda talba għall-eżenzjoni rigward l-użu ta’ lifeboats fuq il-vapuri tal-Gozo Channel.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm hemm sleeping policement fit-12-il distrett elettorali li huma approvati minn Transport Malta? F'liema toroq jinsabu dawn l-istess miżuri ta' traffic calming? Meta ġew approvati?
Response (MIZZI, JOE)
Qed inpoġġi fuq il-mejda tal-kamra l-informazzjoni mitluba mill- Onorevoli Interpellant.
San Pawl il-Baħar — Triq Andrew Cunningham u Triq it-Tamar - xogħlijiet
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar meta hu mistenni li jsir ix-xogħol ta' kisi bit-tarmak u servizzi oħra fuq il-partijiet li għadhom mhux lesti fi Triq it-Tamar u Triq Andrew Cunningham f'San Pawl il-Baħar?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant illi fil-każ ta’ Triq it-Tamar, id-Dipartiment tal-Kuntratti, f’isem Transport Malta ħareġ tender għall-kostruzzjoni ta’ Triq it-Tamar kantuniera ma’ Triq il-Fugass, filwaqt li Transport Malta taf li hemm bżonn xogħlijiet fi Triq it-Tamar kantuniera ma’ Triq l-Iskud li huma pjanati għal iktar ‘il quddiem.
Fil-każ ta Triq Cunningham, jirriżulta li parti minn din it-triq hija responsabilta’ ta’ Transport Malta u għaldaqstant qiegħda fil-lista ta’ xogħlijiet li jridu jsiru; pero’, minħabba l-fatt li jidher li għad irid isir xi żvilupp, Transport Malta tistenna li din il-parti tat-triq tiġi żviluppata iżjed qabel tibniha.
Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura — xiri ta' servizz minn kumpanija
Question
B'referenza għar-risposta illi ngħatat għall-mistoqsija parlamentari 11936, jista' l-Ministru jgħid x'servizz ieħor inxtara mingħand l-aġenzija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li s-servizz li nxtara mill-aġenzija li d-dettalji tagħha ingħataw separatament huwa akkomodazzjoni ġewwa lukanda wara talba għal kwotazzjonijiet.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il sejħa għal intervent saret lill-Pollution and Incident Response Unit fil-perjodu li jibda mit-13 ta' Marzu 2013 sa meta tiġi mwieġba din il-mistoqsija parlamentari? Min talab l-intervent ta' din il-unit? X' kien ir-response time għal interventi mitluba min din il-unit?
Response (MIZZI, JOE)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li, biex nikkjarifika, dan l-imsemmi unit ma jintervjenix b’mod operattiv, iżda huwa regolatorju fil-funzjoni tiegħu billi jassigura li hemm riżorsi adekwati f’każ ta’ inċidenti, kif ukoll jassigura li f’każ ta’ emerġenza tittieħed azzjoni immedjata u li jara li x-xogħol qed isir kif suppost. Għandu wkoll il-funzjoni li jassigura li kull terminal għandu pjan ta’ kontinġenza kontra inċidenti u emerġenzi oħra li jistgħu jinqalgħu. Fejn il-polluter ma jkunx magħruf jittieħdu wkoll il-passi biex jitqabbad kuntrattur sabiex inaddaf (Dan isir għall-ispejjeż tal-Awtorita’, u jekk eventwalment jinstab il- polluter dawn jiġu rkuprati, fejn hemm bżonn permezz ta’ proċess legali).
Ta’ min wieħed iżid li din il-funzjoni hi relatata ma’ tniġġiż miż-żejt (petroleum products) minn vapuri u terminals.
Minn Jannar 2013 sa issa kien hemm 23 inċident fejn dan il-unit intervjena. Kien hemm ukoll diversi każi fejn ma kienx hemm għalfejn tittieħed azzjoni.
Rapporti jidħlu minn diversi sorsi iżda normalment jaslu mingħand il-Vessel Traffic Services Unit (VTS) li jgħaddihom lill-unit għall-azzjoni li jkun hemm bżonn. Meta jidħol rapport mal-ġurnata l-intervent ikun kważi immedjat. Waqt u wara it-tindif ikun hemm ukoll preżenza ta’ spetturi biex jassiguraw li x-xogħol qed isir sewwa.