Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment tal-Wireless Telegraphy — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi impjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li matul il-perjodu 16 ta` Settembru 1999 sa l-4 ta`Jannar 2000 kien hemm tlett impjegati ġodda mad-Dipartiment. Dawn kienu żewġ `Technicians` li qabel kienu studenti taħt l-iskema TAS u li ġew tal-post fil-25 ta` Novembru 1999 wara li saret sejħa fil-Gazzetta tal-Gvern, datata 14 ta` Settembru 1999 għall-post ta` `Technician` fid-Dipartiment tal-Wireless Telegraphy. Impjegata oħra ġiet assenjata ma` dan id-Dipartiment fl-1 ta` Diċembru 1999 bħala `Casual Substitute Clerk` fuq kuntratt ta` sena bħala sostituta ta` `clerk` oħra li qiegħda fuq `parental leave`. Din ġiet impjegata wara intervista minn lista ta` nies mibgħuta mill-ETC.

Dipartiment tal-Avvjazzjoni Ċivili — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili mis-16 ta' Settembru, 1999 tal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista'jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fid-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000.

Fgura — Triq San Tumas

Question

Jista' l-Ministru jara li Triq San Tumas fil-Fgura tingħata wiċċ tarmac għax il-ħofor ta'kobor esaġerat li fiha qed joħolqu periklu għas-sewwieqa tal-vetturi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat illi qabel ma din it-triq tista` tingħata wiċċ ġdid hemm bżonn li jinbidel il-`main` ta` l-ilma.

Kalkara — Toroq

Question

JIsta' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-Kalkara se jingħataw it-tarmac din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għar-risposta mogħtija għal mistoqsija parlamentari Nru 13445.

Fgura — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-Fgura se jingaħataw it-tarmac din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 13445.

Xgħajra — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fix-Xgħajra se jingħataw it-tarmac din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għar-risposta mogħtija għal Mistoqsija parlamentari Nru 13527.

Zabbar — Toroq

Question

Jista'l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq f'Ħaż-Żabbar se jingħataw it-tarmac din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli nterpellant għar-risposta mogħtija għal domanda Nru 13445.

Kalkara — Triq li twassal sat-toqba tal-Birgu

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se tissewwa t-triq li ġġarfet bil-maltemp li mill-Kalkara twassal sat-toqba tal-Birgu? Jista' l-Ministru jara li dan ix-xogħol jingħata attenzjoni speċjali għax din hija triq li tintuża ħafna?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onorevoli Nterpellant għall- Mistosija Parlamentari Nru 13445.

Qormi — Triq Baldacchino

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11574, jista' l-Ministru jindika meta se jsiru x-xogħlijiet meħtieġa fi Triq Baldacchino, Ħal Qormi, peress li l-Ministru qal li hu infurmat li t-triq imsemmija qiegħda mniżżla fil-program ta' xogħlijiet li qed iħejji d-dipartiment?

Response (GALEA, ĊENSU)

Waqt li nikkonferma li t-triq imsemmija qegħda mmniżżla fil-programm ta`prijoritajiet, irrid inżid li x-xogħol irid jitwettaq skond il-prijoritajiet globali li għandu quddiemu d-Dipartiment.
Leg 9 PQ #13501 Sitting 237 2000-02-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Tarxien — Ġnien Joanne

Question

B'referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari numru 12853, jista' l-Ministru, wara li jinnota li t-toroq indikati huma Triq Pawlu Schembri, Triq Xintill u Triq Spiru Spiteri, jirrispondi l-mistoqsija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li diġa beda l-proċess għal pubblikazzjoni tat-`tenders` għal xogħol fit-toroq fl-inħawi. Fil-fatt Triq it-Tramuntana u Triq ix-Xintill kienu parti minn `tender` li qed tiġi aġġudikata.

MMA — Ħaddiema ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Awtorita' Marittima mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk impjegati kienx ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? U jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li bejn is-16 ta` Settembru 1999 sa l-4 ta` Jannar 2000 daħlu żewġ impjegati ġodda ma` l-Awtorita` Marittima wara sejħa għall-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #13304 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: JOE CILIA To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Dipartiment tat-Toroq — Infiq ta' flus

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown ta' kif u fejn se jintnefqu l-flus allokati lid-Dipartiment tat-Toroq għas-sena 2000? Jista' l-Ministru jgħid f'liema lokalitajiet se jsiru x-xogħlijiet fit-toroq, dawk kbar kif ukoll dawk residenzjali?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li ħafna mill-informazzjoni mitluba mill-Onor. interpellant diġa ġiet ippubblikata fl-Estimi Ġenerali. Dwar xogħolijiet f`toroq arterjali dawn qed isiru skond il-`Masterplan` li diġa tqegħdet kopja tiegħu fuq il-Mejda tal-Kamra, filwaqt li l-programm għall-asfalt ta` `private streets` qiegħed ikun miftiehem mall-Kunsilli Lokali.

Kottonera — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar liema toroq fil-Kottonera se jingħataw it-tarmac din is-sena?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-pożizzjoni ta` xogħolijiet il-Kottonera hija: Xogħol li qed isir: Bormla - parti minn Triq Hanover Xogħol li se jibda jsir: Kalkara - Tiswija tal-moll u t-triq bejn il-Kalkara u l-Birgu. Xogħol li se jsir meta jiġu mgħotija t-tenders li ħarġu mid-Dipartiment tat-Toroq: Fgura - Triq il-Pelikan Żabbar - Triq Villabete Ser jiġu ppublikati sejħiet għal 'tenders' għal xogħol f`dawn il-lokalitajiet: Żabbar - Triq Bieb is-Sultan. Xgħajra - Toroq Mahoney, Żabbar, u Triq ġdida fi Triq il-Fortizza tal-Grazzja. Fgura - Toroq San Ġwann, l-Iskola u Scicluna. Toroq oħra jsiru skond il-prijoritajiet ta` dan id-Dipartiment.

Żabbar — Xogħol f'Pjazza Sliema/San Ġakbu

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu jżomm il-bidu tax-xogħol fuq Pjazza Sliem u Pjazza San Ġakbu ġewwa Ħaż-Żabbar? Meta se jibda x-xogħol fuq dawn il-pjazez?

Response (GALEA, ĊENSU)

Peress li dan huwa xogħol li qed isir mill-Kunsill, l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Żejtun — Triq is-Suq - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir Triq is-Suq (kontinwazzjoni ma' Triq Serafin Xuereb) ġewwa ż-Żejtun peress li bilkemm wieħed jista' jgħaddi, speċjalment meta tagħmel ix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mall-Kunsill Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta' toroq ma' Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.

Naxxar — Ħajt

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu ppjanat li jsir fil-każ ta' retaining wall li kkollassa fi triq prinċipali li tagħti għan-Naxxar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ħajt fil-parti l-kbira tiegħu huwa parti minn propjeta' privata li hemm ma' din it-triq. Id-Dipartiment tat-Toroq poġġa il-'barriers' sabiex min jgħaddi mit-triq ma jkunx f'periklu f'każ li taqa' xi ħamrija jew parti oħra mill-ħajt. Id-Dipartiment tat-Toroq jinsab infurmat li s-sid ta' dan il-ħajt qed jieħu ħsieb biex dan il-ħajt ikun jista' jerġa jinbena.

Toroq — Tiswijiet

Question

Jista'l-Ministru jagħti informazzjoni dwar liema toroq (i) ġew approvati biex isiru; (ii) qegħdin fi prijorita' ewlenija li jsiru; (iii) qegħdin fi prijorita' II biex isiru ġewwa l-lokalita' ta': (a) Żabbar; (b) Żejtun; u (c) Wied il-Għajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferik għal risposta mogħtija għal Mistoqsija Parlamentari Nru 13445.
Leg 9 PQ #13615 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Bormla — Triq Hanover - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir il-first phase ta' tarmac fi Triq Hanover, f'Bormla?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferik għal risposta mogħtija għal mistoqsija Parlamentari Nru 13445.
Leg 9 PQ #13617 Sitting 236 2000-02-08 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Bormla — Hanover Street - Xogħlijiet

Question

Jista'l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li x-xogħol li kien qed isir f'Hanover Street, Bormla, kantuniera ma' St Helen Street, tħalla wieqaf b'ħofra kbira li hi ta' perikolu għal min jgħaddi minn dawn l-akwati?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-ħofra msemmija mill-Onor. Interpellant qegħda ssir mill-Korporazzjoni ta` l-Ilma biex jgħaqqdu l-`mains` ġodda li tqegħdu fil-lokal. Tlabt lid-Direttur tat-Toroq jinvestiga iċ-ċirkustanzi li qeghda ssemmi l-Onor. interpellant biex jiġi stabbilit jekk jeżistix periklu u f`każ posittiv minn kien responsabbli.