B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 16566 (5.6.2000), jista' l-Ministru jagħti risposta għat-tieni parti tad-domanda rigward il-karozzi l-ġodda?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-Onorevoli Interpellant fil-mistoqsija li ghaliha qed jirreferi, fil-fatt ghamel hames mistoqsijiet. It-tieni mistoqsija kienet dwar jekk il-Ministru jafx li ittiehdet decizjoni biex jinxtraw karozzi ghall-uzu tal-managers ta` l-M.I.A. Jiena nfurmat li d-decizjoni kienet li ma jinxtrawx karozzi godda izda li jinkrew. Intenni li ma sar ebda overhaul lill-karozzi l-qodma. Id-decizjoni li jinbidlu l-karozzi ittiehdet mill-Bord tad-Diretturi, u l-karozzi ntghazlu wara li saret sejha ghall-offerti li dehret fil-gazzetti.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari numru 15926 għall-11-il distrett ukoll?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li, matul it-tlitt xhur li gejjin, il-Korporazzjoni Enemalta qed tippjana li twahhal lampi godda fit-toroq tal-lokalitajiet hawn taht indikati li jiffurmaw il-hdax-il distrett:
LOKALITA` TRIQ DATA
Mosta Triq Wied il-Ghasel kantuniera Gunju
mar-Razzett tal-Markiz
Gharghur Triq Ghaxqet il-Ghajn Lulju
Triq El-Kiet Awissu
Naxxar Il-Kosta tas-Salina (Fazi 3) Awissu
Triq il-Kappella ta` San Mikiel Awissu
Iklin Triq il-Wied Gunju
Triq Guzi Bonnici Gunju
Triq Anton Manwel Caruana Lulju
Triq ic-Citru Gunju
Issa li l-vapur il-ġdid tal-Gozo Channel qiegħed jopera regolarment, jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-unit costs ta' kull vjaġġ meta mqabbla mal-vapuri l-oħra tal-kumpanija? Jista' jagħti breakdown ta' kif inhuma komposti dawn il-unit costs?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-tqabbil mitlub mill-Onorevoli Interpellant ghadu kmieni biex wiehed jaghmlu peress li l-vapur MV Ta` Pinu ghadu mhux qed jahdem fuq l-istess skeda bhall-vapuri l-ohra tal-Kumpanija. Ta` min jghid ukoll li l-vapur MV Ta` Pinu ghandu parametri differenti meta mqabbel mal-vapuri l-ohra.
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru, 1999 sal-lum f'liema postijiet saru ħsarat kbar waqt xogħol tal-kuntratturi fuq cables ta' Enemalta? F'kull każ kemm swiet il-ħsara u x'passi ttieħdu kontra l-kuntratturi nvoluti? Min kienu l-kuntratturi?
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma r-raġunijiet li għalihom il-Maltacom se tbiddel in-numri kollha tat-telephones fil-pajjiż is-sena d-dieħla?
Jista' jgħid dan it-tibdil kemm huwa stmat li jiswa fi spejjeż lill-Maltacom kif ukoll lill-Gvern Malti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Din il-materja tirrigwarda l-Ufficcju tar-Regolatur tat-Telekomunikazzjoni u ghalhekk il-mistoqsija ghandha ssir lill-Ministru ikkoncernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa skedat li jitneħħa l-levy fuq il-ġwież taż-żwiemel (horse food) impurtat minn barra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-iskeda publikata li tindika t-tnehhija ta` numru ta` levies, kif tidher fl-Avviz Legali numru 123 ta` l-1999, ma tinkludix il-levy fuq gwiez taz-zwiemel (horse feed). F`dan l-istadju, ma tistax tinghata data definittiva dwar it-tnehhija ta` din il-levy.
Jista' l-Ministru jagħtina lista tal-postijiet fejn hemm telephone booth pubbliku fl-Imġarr ta' Malta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-Maltacom ghandha hames cardphones fl-Imgarr ta` Malta. Dawn jinsabu f`dawn il-postijiet:
Triq Sir Harry Luke kantuniera ma` Triq Chetcuti
Triq Maghkuba fil-Qasam tad-Djar
Hdejn l-Ghassa tal-Pulizija
Triq Fisher (l-Iskola Primarja); u
fiz-Zebbiegh
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar installar ta' bozoz ġodda fit-tieni distrett, dwar f'liema toroq dawn ser isiru, u d-data li hemm il-ħsieb li dawn isiru fix-xhur li ġejjin?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-informazzjoni mitluba qed tingabar u twegiba tinghata f`xi Seduta ohra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm twaħħlu lampi ġodda, xahar b'xahar, bejn Ottubru 1998 u Frar 2000 f'dawn id-distretti: Mosta, Sliema, Qormi u Għawdex?
Jista' jgħid kemm daħlu lmenti minn ħsarat kaġunati mill-materjal ta' l-Enemalta, xahar b'xahar, bejn Ottubru 1998 u Frar 2000 f'dawn id-distretti: Mosta, Sliema, Qormi u Għawdex?
Jista' jgħid kemm daħlu u saru applikazzjonijiet ta' single u 3 phase, xahar b'xahar, bejn Ottubru 1998 u Frar 2000 f'dawn id-distretti: Mosta, Sliema, Qormi u Għawdex?
Jista' jgħid kemm ħarġu Works Order sabiex isiru deviations tal-linji, xahar b'xahar, bejn Ottubru 1998 u Frar 2000 f'dawn id-distretti: Mosta, Sliema, Qormi u Għawdex?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma narax raguni ghaliex ghandi noqghod nigbor l-informazzjoni mitluba li tkopri xejn anqas minn sbatax-il xahar. Biex dan isir jittiehed hafna zmien li jista` jigi utilizzat ferm ahjar.
Wara r-risposta għad-domanda numru 13651 f'seduta numru 235 tas-7 ta' Frar,2000, jista' l-Ministru jispjega għaliex il-karozzi tal-MIA għall-użu tal-managers issa saritilhom overhaul sħiħ?
Jaf il-Ministru li diġa' ttieħdet deċiżjoni biex jinxtraw karozzi ġodda?
Jista' jgħid kemm hi s-somma allokata biex jinxtraw dawn il-karozzi ġodda?
Jekk dan huwa kif indikat, jista' jgħid x'se jsir mill-karozzi l-qodma?
Jista' l-Ministru jagħtina informazzjoni dettaljata dwar u meta nħarġu ż-żewġ ordnijiet biex issir l-overhaul u dik biex jinxtraw il-karozzi ġodda?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li ma saret ebda overhaul fuq il-karozzi ta` l-Ajruport Internazzjonali ta` Malta li jintuzaw mill-management. Ghaldaqstant il-biza` li ghandu l-Onorevoli Interpellant li setghu intefqu xi flus fuq overhaul ta` karozzi meta ser jinbidlu mhix ibbazata fuq fatti.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 15215, jista' l-Ministru jindikali meta se jitneħħa l-arblu tad-dawl in kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-arblu li ghalih qed issir riferenza kien gie nstallat b`mod permanenti. Peress li l-bini l-gdid ma jippermettix li jergghu jitwahhlu brackets li fuqhom iserrhu l-linji ta` l-elettriku, dan l-arblu jkollu jibqa` fil-post fejn jinsab illum.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-persuna li isimha qed jintbagħat separatament ħadmitx l-oil tanking minn Jannar, 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv jista' jagħti d-dati meta din il-persuna kienet taħdem hemm?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninsab infurmat li l-persuna li ghaliha qed issir riferenza qatt ma kienet tahdem ma` l-M.O.B.C.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm ordnijiet ta' xogħol għat-tarzna tal-Malta Shipbuilding wara li jitlesta x-xogħol fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?
Hemm xi ħaddiema li fix-xhur li ġejjin mhux se jkollhom xogħol x'jagħmlu għax lestew dak li kellhom jagħmlu fuq il-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sa llum, il-Malta Shipbuilding ghdha ma rebhet ebda kuntratt ta` xoghol gdid. Il-Management tal-Kumpanija qed ikompli bl-isforzi tieghu biex jinkiseb xoghol gdid.
Meta x-xoghol fuq il-vapuri t`Ghawdex joqrob lejn it-tmiem tieghu, numru ta` haddiema jigu rilaxxati minn fuq il-progett u jkun mehtieg li jinstabilhom xoghol alternattiv.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inqatgħu linji tat-telephone din is-sena għaliex il-kerrej ma ħallasx il-kont pendenti?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul l-ewwel tlitt xhur ta` din is-sena saru 7,323 restrizzjoni u 1,601 qtugh tas-servizz tat-telefon.
Tajjeb jinghad li meta l-Maltacom taghmel restrizzjoni fuq servizz, l-abbonat ikun jista` jircievi biss telefonati u ma jkunx jista` jcempel, filwaqt li meta jsir qtugh is-servizz jinqata` ghal kollox. Il-Maltacom tiehu dawn il-mizuri wara li ghal diversi drabi tkun avzat lill-abbonat biex jikkonforma ruhu dwar ammonti dovuti lilha.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha dejn l-Enemalta u kemm hu d-debt servicing fuq dan id-dejn din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Sa l-24 ta` Mejju 2000, id-dejn li ghandha l-Korporazzjoni Enemalta, bejn General banking Facilities u Loans, kien ta` Lm125,408,287 u bir-rati tal-kambju ta` l-istess gurnata fuq Loans f`munita barranija.
L-istima ta` Debt Servicing ghas-sena finanzjarja li tkopri l-perjodu bejn l-1 ta` Ottubru 1999 u t-30 ta` Settembru 2000 hija ta` Lm6.7 miljuni. Fis-sena finanzjarja bejn l-1 ta` Ottubru 1998 u t-30 ta` Settembru 1999 l-istima kienet ta` Lm8.2 miljuni.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandha dejn il-WSC u kemm huwa d-debt servicing fuq dan id-dejn din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li d-dejn tal-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma fil-31 ta` Marzu ta` din is-sena kien ilahhaq Lm70,434,110 li minnhom Lm31,400,000 huma Government Debenture.
L-interessi, jigifieri `debt servicing`, ghas-sena li ghalqet fil-31 ta` Marzu 1999 kienu jammontaw ghal Lm4,010,563; filwaqt li dawk ghas-sena li ntemmet fil-31 ta` Marzu ta` din is-sena kienu jlahhqu Lm3,999,617. Ta` min jghid li f`dawn l-interessi hemm inkluz l-ammont ta` Lm1,883,000 li jirrapprezenta interessi fuq il-Government Debenture imsemmi aktar `l fuq.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandhom dejn it-tarznari ta' Malta llum u kemm huwa l-ammont fuq id-debt servicing din is-sena u s-sena l-oħra?
Response (BONNICI, JOSEF)
Fir-rigward tal-Malta Shipbuilding, id-dejn mal-Gvern jammonta ghal Lm149 miljun inkluzi l-imghaxijiet. Id-dejn ma` banek kummercjali jammonta ghal madwar Lm3 miljuni. L-ammont dovut fuq `debt servicing` din is-sena huwa stmat ghal madwar Lm4.5 miljuni. Dan l-ammont jinkludi imghaxijiet kemm fuq id-dejn akkumulat tal-Gvern kif ukoll fuq xi facilitajiet bankarji. Id-`debt servicing` matul is-sena l-ohra lahaq ic-cifra ta` Lm4.3 miljuni.
Sa l-14 ta` April ta` din is-sena d-dejn li ghandha t-Tarzna ta` Malta kien jammonta ghal Lm137.2 miljuni.