Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Kumitat tal-Appell dwar il-Lista Formularja tal-Gvern u jagħti resumé fil-qosor tal-esperjenza u l-kwalifiki tal-persuni appuntati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija tinsab f’mistoqsija parlamentari 6288.
Jista’ l-Ministru jagħti lista ta’ chairpersons kliniċi kollha tad-Dipartiment fl-Isptar Mater Dei u jagħti resumé fil-qosor tal-esperjenza u l-kwalifiki tal-persuni appuntati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-lista ta’ Clinical Chair Persons bid-dati ta’ meta ġew appuntati. L-informazzjoni mitluba dwar kwalifiki u esperjenza ma tistax tingħata minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tad-data.
Dipartiment tal-Kardjoloġija — qasma fid-dipartiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid għaliex ma kienx ikkonsultat iċ-Chairman tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija dwar il-qasma tad-Dipartiment tiegħu?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
It-tehid ta’ deċiżjonijiet bħalma dak li qed jistaqsi dwarha l-Onor. Membru rrid jeħodha l-Gvern li segwa l-parttiċi użati sa issa mid-Dipartiment tas-Saħħa.
Dipartiment tal-Kardjoloġija – Qasma fid-Dipartiment
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hux beħsiebu jibqa’ għaddej bil-qasma tad-Dipartiment tal-Kardjoloġija, minkejja li disa’ mill-ħdax-il konsulent fl-istess Dipartiment huma kontra din il-qasma?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Waqt li nifhem il-pożizzjoni li ħadu uhud mill-konsulenti fuq il-qasma bejn iż-żewg dipartimenti msemmija f’din il-mistoqsija, l-onorevoli Membru għandu jifhem li din id-deċiżjoni ttieħdet fl-aħjar interess tal-pazjent. Jista’ jserraħ rasu li f’kull deċiżjoni li jieħu dan il-Gvern marbuta mal-Isptar Mater Dei u s-servizz li jingħata fih, dejjem iġib l-ewwel l-interess tal-pazjent.
B’referenza għal dak li stqarr waqt il-konferenza marbuta mar-rapport tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament, jista’ l-Ministru jgħid kif inhuma komposti l-bordijiet tal-investigazzjoni li waqqaf u jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-ittri tal-ħatra tal-istess bordijiet?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-Bordijiet ta’ investigazzjoni għadhom ma konkludix l-investigazzjonijiet tagħhom.
F’dan l-istadju dik it-tip ta’informazzjoni mhux se tingħata sabiex ma jiġix frustratt il-proċess billi qiegħed fi’stadju sensittiv.
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown tal-etajiet tal-pazjenti li jużaw l-Ispiżjara tal-Għażla Tiegħek, fil-kategorija li ġejjin:
a) Inqas minn 25 sena;
b) Bejn 26 u l-40 sena;
c) Bejn il-41 u s-60 sena;
d) Bejn il-61 u s-70 sena;
e) Bejn il-71 u t-80 sena;
f) Aktar minn 80 sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l- breakdown tal-etajiet tal-pazjenti li jużaw l-Ispiżjara tal-Għażla Tiegħek, fil-kategorija fis-26 ta’ Novembru 2013 huwa kif ġej:
a)
Pazjenti inqas minn 25 sena
6,380
b)
Pazjenti ta’ 25 sena
368
c)
Pazjenti bejn 26 - 40 sena
7,584
d)
Pazjenti bejn 41 – 60 sena
33,761
e)
Pazjenti bejn 61 – 70 sena
34,533
f)
Pazjenti bejn 71 – 80 sena
21,248
g)
Pazjenti aktar minn 80 sena
10,981
TOTAL ta’ pazjenti
114,855
Jista’ l-Ministru jgħid xi grad għandu l-Whistleblowing Reporting Officer li ġie appuntat fil-Ministeru tiegħu? Min hu/hi l-Whistleblowing Reporting Officer u x’taħriġ ingħata/t?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Whistleblowing Reporting Officer ġie appuntat mill-Ministeru għas-Saħħa li hija konsulent u speċjalliżata fis-Saħħa Pubblika.
Infurmat ukoll li ngħata taħriġ fuq il-liġi dwar il-Protezzjoni ta’ min jiżvela informazzjoni li tkun protetta, l-interprettazzjoni ta’ din il-liġi, kif ukoll il-proċeduri li għandhom jittieħdu la darba jkun hemm impjegat li jiżvela prattiċi mhux xierqa.
L-intenzjoni tagħna hi, li nagħmlu aktar taħriġ peress li kulħadd jifhem li dan hu proċess ġdid li għandu l-ħtieġa ta’aktar tagħlim u taħriġ.
Ministeru għas-Saħħa — kompożizzjoni ta’ bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 2645 u jgħid minn min kienu komposti l-bordijiet tal-entitajiet, awtoritajiet u korporazzjonijiet li kienu jaqgħu taħt il-Ministeru tiegħu f’Diċembru tas-snin 2004, 2005, 2006, 2007, 2008, 2009, 2010, 2011 u 2012 ? Jista’ jgħid x’kienu r-remunerazzjonijiet, ħlasijiet u benefiċċji li kienu qegħdin jirċievu dawn il-membri?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni dwar il-Bordijiet tal-Admissions fir-Residenza ta’ San Vincenz de Paule u l-Bord Nazzjonali tal-Kunsill dwar Anzjani mhiex qed tiġi pprezentata peres li l-files relatati nbgħatu lil Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali li issa huma responsabbli minn dawn il-Bordijiet.
Qed inpoġġo fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntatjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu problema dwar appuntament tas-snien mill-Isptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mill-Costemer Care.
Jista’ l-Ministru jgħid għalfejn it-taħlita li tintuża kontra l-marda tal-psoriasis magħrufa bħala salicylic acid 5% with betnovate ointment ilha out-of stock mill-ispiżerija tal-Isptar Sir Paul Boffa għal dawn l-aħħar sitt xhur?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li din il-mediċina mhiex out of stock, tant li CPSU għandu 7 xhur stock.
Sptar Mater Dei — Każijiet ta’ serq ta’ oġġetti, flus u mediċini
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ każijiet ta’ serq jew miżapproprijazzjoni ta’ oġġetti, flus, mediċini, materjali jew affarijiet oħra minn Jannar 2013 sal-lum liema każijiet ma ġewx rappurtati lill-Pulizija? F’kull każ jista’ l-Ministru jgħid:
a) X’kien l-oġġett misruq u/jew miżapproprijat;
b) X’valur għandu l-oġġett;
c) Meta rriżulta n-nuqqas tal-oġġett;
d) Meta sar ir-rapport lill-Pulizija;
e) X’azzjoni ttieħdet mill-management fil-konfront tal-impjegati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba
Jista’ l-Ministru jispjega fid-dettall x’kienu r-raġunijiet għaliex tħassar it-tender tal-IVF u jgħid meta se jerġa’ jinħareġ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li fil-fażi ta’ aġġudikazzjoni tal-offerti għal dan it-tender, instab li s-sottomissjoni ma kienetx konformi mal-kriterji stabbiliti fis-sejħa tat-tender oriġinali. Għaldaqstant ma kienx legalment possibbli li jitkompla l-proċess minħabba raġunijiet amministrattivi, tekniċi u finanzjarji.
Infurmat ukoll li sejħa oħra għall-IVF ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern ta’ nhar il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru 2013.
professjonisti fil-qasam tas-saħħa — Indemnity Insurance
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’kienu r-raġunijiet għaliex iddaħħlet indemnity insurance għall-professjonisti fil-qasam tas-saħħa?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li L-obbligu li professjonist li jaħdem fil-qasam tal-kura tas-saħħa jkollu ‘professional indemnity insurance’ jew xi tip ta` kopertura simili, joħrog mid-Direttiva dwar l-Applikazzjoni tad-Drittijiet tal-Pazjent fil-Kura tas-Saħħa Transkonfinali (Cross Border Healthcare Directive) li daħħlet fis-seħħ fil-25 ta` Ottubru li għadda w li ilna ngħidu li trid tiddaħħal sa mis- sena 2011.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ dawk il-professjonijiet affettwati mill-Avviż Legali Nru 388?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li professjonijiet affetwati huma dawk il-professjonijiet kollha li huma regolati minn Kunsill Regolatorju li jaqa’ taħt l-Att dwar il-Professjonijiet tal-Kura tas-Saħħa, li preżentament huma l-Kunsill Mediku, il-Kunsill tal-Ispiżjara, il-Kunsill tal-Infermiera u l-Qwiebel u l-Kunsill tal-Professjonijiet Komplimentari għall-Mediċina. Dawn rispettivament ikopru t-tobba u l-kirurġi dentali, l-ispiżjara u l-pharmacy technicians, l-infermiera u l-qwiebel, u l-professjonijiet komplimentari għall-mediċina kif miġjub fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill, jiġifieri:
-
Acupuncturist
- Audiologist
- Chiropractor
- Clinical Perfusionist
- Dental Hygienist
- Dental Technologist
- Dietitian
- Environmental Health Officer
- Medical Laboratory Scientist
- Nutritionist
- Occupational Therapist
- Optometrist
- Orthoptist
- Osteopath
- Physiotherapist
- Podiatrist
- Psychotherapist
- Radiographer
- Speech Language Pathologist
Jista’ l-Ministru jgħid jekk kienx hemm konsultazzjoni mal-unions u l-assoċjazzjonijiet l-oħra li jirrappreżentaw lill-ħaddiema qabel ma ġie ppubblikat l-Avviż Legali Nru 388?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li konsultazzjoni mal- unions u l-assoċjazzjonijiet l-oħra li jirrappreżentaw lill-ħaddiem saru f'meeting organizzat mill- MEUSAC meta CION kienu Malta.
Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Lista Formularja tal-Gvern u jagħti resumè fil-qosor tal-esperjenza u l-kwalifiki tal-persuni appuntati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Formularju tal- Gvern huwa kompost hekk:
· Chairperson (Financial Controller)
· 2 membri (Pharmacists)
· 2 membri (Clinicians)
· Membru (Patient representative)
· Membru (Legal advisor)
· 2 membri (Economic Advisors)
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 4744 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali u li issa ġiet riferuta lilu u jgħid jekk il-Gvern hux jipprovdi għajnuna psikoloġika lill-qraba ta’ pazjenti li mietu, li qegħdin l-ITU jew li kellhom korriment? Jekk iva, kemm-il individwu għamel użu minn dan is-servizz? Jekk le, hemm il-ħsieb li jitwaqqaf dan is-servizz?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-Psikologi, għalkemm kienu impjegati fil-qasam tas-Saħħa Mentali, bdew joffru s-servizzi tagħhom fl-isptar Mater Dei minn mindu infetaħ, eżattament minn Awissu 2007. Huma irċevew riferti minn diversi konsulenti; fost dawn kien hemm riferti dwar persuni li kellhom xi inċident u persuni li mietilhom xi ħadd.
Minħabba li l-psikologi kienu
accountable
lejn il-qasam tas-saħħa mentali, l-istatistika li kienu mitluba iżommu ma kienx fiha dettaji speċifiċi dwar il-pazjenti riferuti mill-Isptar Ġenerali. L-Istatistika mitluba u miżmuma kienet kemm ġew referuti persuni u minn liema konsulenti.
F'Novembru 2013 ġie organizzat kollox mill-qiegħ u ġew stabbiliti is-servizzi psikoloġiċi propriji għal Mater Dei b’distinzjoni minn dik tas-servizz tas-saħħa mentali u tfassal pjan ħolistiku b'ingaġġ ta' psikologi ġodda, ikollna servizzi psikoloġiċi professjonali fl-Emerġenza u l-ITU u l-IVF; servizzi li jixirqu lill-Sptar modern fl-Ewropa.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm twieldu tfal f’dawn l-aħħar ħames snin (kull sena)? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-twelid b’ċesarja, bl-għodda jew ventouse u twelid normali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li f’dawn l-aħħar ħames snin twieldu 21,013-il tarbija.
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra tabella li turi t-twelid b’ċesarja, bl-għodda jew
ventouse
u twelid normali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm twelid ta’ tewmin jewtriplets f’kull sena f’dawn l-aħħar ħames snin? Kemm minnhom kienu b’IVF?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ twelid ta’ tewmin jew ‘triplets’ kull sena għall-aħħar ħames snin skont kellhomx ‘Assisted Reproductive Technology’ huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista’ l-Ministru jelenka kemm kien hemm tfaldiagnosed b’cerebral palsy f’dawn l-aħħar 5 snin? B’liema mod twieldu: b’ċesarja, b’ventouse jew bi ħlas normali?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li n-numru ta’ tfal li gew riferuti fic-CDAU li ġew diagnosed b’celebral palsy bejn l-2008 u l-2013 huma 13.
Dawn twieldu:
· 8 bi ħlas normali
· 3 b’ċesarja
· 2 b’ventouse