Jista’ l-Ministru jikkonferma li twaqqfu kompletament il-car patrols fi Triq Giuseppe Cali, Ta’ Xbiex? Jekk twaqqfu, x’inhi r-raġuni għal dan, meta r-residenti esprimew diversi drabi l-ħtieġa li dawn il-patrols ikomplu jissaħħu? Kemm saru patrols bħal dawn xahar b’xahar minn Jannar 2012 ’l hawn f'din it-triq?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-ronda bil-vetturi mill-Pulizija fit-triq imsemmija mill-Onorevoli Interpellant ma’ ġewx imwaqqfa u għadhom isiru b’mod regolari kemm mill-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll minn dawk tal-Mobile u tal-Iskwadra kontra l-Vizzji.
B'referenza għat-tweġiba tal-mistoqsija parlamentari 1756 fejn il-Ministru kkonferma li ma jaqbilx li Malta hi pajjiż fejn hemm il-ħtieġa li jinħoloq unit speċjalizzat fi ħdan il-Pulizija li jkun imħarreġ biex jieħu ħsieb żoni turistiċi u biex ittejjeb is-sigurtà tat-turisti li jżuru Malta, jista’ l-Ministru jikkonferma li hu ma kienx jaf b'din il-wegħda elettorali tal-Partit Laburista u jikkonfermax li allura din il-wegħda mhux se titwettaq?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Membru għat-tweġiba li ngħatat fl-istess mistoqsija parlamentari kwotata minnu fejn intqal li bħalisa għaddejjin diskussjonijiet bejn il-Korp tal-Pulizija u l-Awtorità dwar it-Turiżmu bil-għan li jkunu magħrufa oqsma fil-qasam turistiku fejn il-Korp tal-Pulizija jista’ jtejjeb is-servizz li joffri f’dan il-qasam.
B'referenza ghat-twegiba moghtija ghall-mistoqsija numru 2157 fejn il-Ministru indika l-lokalita' li kienu gejjin minnha persuni nisa li tressqu l-qorti in konnessjoni ma' kawzi ta' traffikar ta' droga, jista' l-Ministru jghid kemm tressqu persuni l-Qorti b'rabta ma' pussess jew traffikar ta' droga skont il-lokalità li kienu gejjin minnha, sena b'sena fl-ahhar hames snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’żieda mat-tagħrif li jien kont tajt bi tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari 1817, ninsab infurmat illi t-tagħrif mitlub issa ġie migbur u huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ingaġġ ta' persuni minn barra s-servizz pubbliku
Question
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu n-numru ta' persuni li qed jaħdmu fis-segretarjat privat tiegħu u kemm minnhom ġew ingaġġati minn barra s-servizz pubbliku?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija Parlamentari numru 549.
Ministeru għall-Inter u s-Sigurtà Nazzjonali — konsulenzi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament, mill-1998 sal-lum? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Dipartiment/ Entità/Aġenzija/Awtorità
Jekk ingħatax xogħol ta’ konsulenza:
Iva/ Le
Attorney General
nil
Schengen Unit
nil
OCIO
nil
Defence Matters
nil
Airport Security
nil
Broadcasting Authority
nil
Permanent Commission Against Corruption
nil
MSS
nil
Probation and Parole
nil
CCF
nil
CPD
nil
Land Registry
nil
Public Registry
nil
Passports and Civil Registration
nil
Identity Management Office
nil
Notary to Government
nil
Citizenship and Expatriate Affairs
nil
Central Visa Unit
nil
Armed Forces of Malta
nil
Agency for the Welfare of Asylum Seekers
nil
Mediation Centre
nil
Courts of Justice Gozo
nil
Courts of Justice Malta
nil
Arbitration
nil
Police
nil
Ministry for Home Affairs and National Security
nil
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — servizz ta’ customer care
Question
Jista’ l-Ministru jgħid jekk hu jew id-dekasteru tiegħu hux qed jagħmlu kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċji tal-kunsilli lokali? Jekk iva, jista’ jindika ma’ liema kunsilli lokali sar dan il-kuntatt? Jekk fl-affermattiv jista’ jindika liema kienu dawk il-kunsilli lokali li rrispondew fil-pożittiv għal din it-talba? Liema rrispondew fin-negattiv u liema għadhom ma rrispondewx? Fil-lokalitajiet li rrispondew fil-pożittiv meta beda dan is-servizz? F’liema ħinijiet u f’liema ġranet qed ikun offrut dan is-servizz?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma sar l-ebda kuntatt ma’ kunsilli lokali biex joffru servizzi ta’ customer care mill-uffiċċju tagħhom.
San Pawl il-Baħar, Qawra, Mellieħa — għases tal-pulizija
Question
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar jekk hux mistenni li jkun hemm żieda fin-numru ta' pulizija li jaqdu d-doveri tagħhom fl-għassa tal-Qawra, ta' San Pawl il-Baħar u f'dik tal-Mellieħa, matul ix-xhut tas-sajf li ġej? Kemm pulizija ġew trasferiti minn dawn l-għases u lejhom, matul l-ewwel ħames xhur ta' din is-sena?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kif ġa għidt fit-tweġiba għall-mistosija parlamentari 1189, matul is-sajf il-Pulizija se ssaħħaħ il-preżenza tagħha fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant. Għal kuntrarju, dawn il-membri tal-Korp mhux ser ikunu ġewwa l-Għases, imma fuq ronda fit-toroq u fuq ix-xtajtiet u jiġu hekk assenjati minn Taqsimiet oħra tal-Korp.
Infurmat ukoll illi bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena kien hemm 20 membru tal-Korp li ġie assenjat xogħol fil-lokalitajiet imsemmija mill-Onorevoli Interpellant, filwaqt li kien hemm 16-il membru tal-Korp li ġew assenjanti xogħol f’lokalitajiet oħra. Għandu jingħad ukoll li, għall-ewwel darba ġie assenjat Supretendent, bl-uffiċċju fl-Għassa tal-Qawra, sabiex ikun hemm kordinament aħjar fix-xogħol tal-Pulizija f’dawn l-istess lokalitajiet.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — informazzjoni dwar vetturi
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk mal-ħatra tiegħu kellux informazzjoni dwar x'vetturi kellu tali Ministeru? Jekk fl-affermattiv, jista' jgħid jekk hux kull vettura nstabet u jekk kenitx f'kundizzjoni tajba?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li fil-Ministeru għall-Intern kien hemm vettura waħda tal-għamla Fiat Brava bin-numru EBD 437 li kienet ilha ma tintuża għax kienet unserviceable u ġiet iggaraxxjata. Fil-fatt l-aħħar darba li ngħatat il-fuel kien f’Ġunju 2012.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — impjegati detailed
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:.
Impjegati
Permess li jagħmlu xogħol ieħor
Termini ta’ Żmien
Paga/allowances/overtime/dħul ieħor
Uffiċċjal Pubbliku li ġie rilaxxat minn Refugee Commissions
Executive Officer –Seconded to St John’s Rescue Corps
12 ta’ Frar 2013 - present
€1215.15 (4 weekly salary)
€134.39 (4 weekly allowance)
Uffiċċjal Pubbliku li ġie rilaxxat minn Corporate Services tal-MHAS
General Hand - Fondazzjoni mid-Dlam għad-Dawl
Since 2009 in terms of Government Gazette dated 18th September, 2009.
€880.31 (4 weekly salary)
Uffiċċjal Pubbliku mill-Uffiċċju ta’ l-Avukat Ġenerali
Detailed man-Nature Trust
Sa Lulju 2013 u jista’ jitlob estensjoni
Dan ma jirċievi l-ebda allowances imma l-paga normali tieħu ta’ Skala 5
Ufficcjal Pubbliku mill-Qorti
Detailed mal-NGO
6 ta’ Marzu, 2014
€11,454 fis-sena.
Zewg Ufficcjali tal Corradino Correctional Facility
Detailed mal - Caritas
Indefinite
€16,187 fis-sena kull wiehed.
Id-Dipartiment l-oħra u Entitajiet irraportaw ‘Nil’ return.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm, u min huma, l-impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja, jew xi dipartiment jew entità li taqa’ taħtu, li huma detailed, jew għandhom permess, sabiex jagħmlu xogħol ma' xi entità non-governattiva (NGOs), inkluż xogħol ma' trade unions? Fuq liema bażi qed isir dan ix-xogħol u x’inhuma t-termini ta’ żmien? X’inhi r-remunerazzjoni, jiġifieri l-paga, allowances, overtime u dħul ieħor, li kull wieħed minn dawn l-individwi qed jirċievi, u min joħroġ tali salarju?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija Parlamentari numru 1111.
B’referenza għat-tweġiba mogħtija għall-mistoqsija parlamentari 1820, għal kull każ, jista’ l-Ministru jgħid:
a) x’kien l-ammont li kien involut fil-każ; u
b) x’kien l-eżitu tal-kawża u jekk kien hemm piena din x’kienet?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li t-tagħrif huwa kif jidher fuq it-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. It-tagħrif dwar in-numru ta’ persuni involuti huwa dak kif indikat f’din it-tweġiba u mhux dak indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 1820.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il rapport irċeviet il-Pulizija dwar logħob illegali mingħand l-Awtorità dwar il-Lotteriji u l-Logħob (LGA), sena b’sena fl-aħħar ħames snin u fuq kemm minnhom il-Pulizija ħadet azzjoni?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferi l-mistoqsija lill-Ministru konċernat.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kiri ta' vetturi
Question
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 35, jista' l-Ministru jgħid:
a) min hu intitolat juża dawn l-erba' vetturi li nkrew mill-Ministeru tiegħu mill-11 ta' Marzu 2013;
b) mingħand min qed isir dan il-kiri u b'liema rata ta' ħlas; u
ċ) jekk din l-għażla saritx wara talba ta' quotations u jekk iva, ġietx magħżula l-orħos offerta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għall-mistoqsija parlamentari numru 381.
Jista' l-Ministru jgħid meta hu maħsub li parti mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali jimxi mill-binja magħrufa bħala l-Main Guard għal post fejn qabel kien hemm l-HSBC biex b'hekk il-Main Guard tkun tista’ tibda tintuża bħala uffiċċju tal-Kunsill Lokali tal-Belt Valletta?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali qiegħed jaħdem fuq il-pjanijiet oriġinali li kellu biex jimxi fil-binja li għandu fi Triq id-Dejqa kantuniera mat-Triq l-Arċisqof.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — ingaġġ ta' konsulenti
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 350 u jgħid min huma l-konsulenti (inkluż persons of trust) li qegħdin jagħtu kontribut fid-dekasteru tiegħu? X’terms of reference għandhom għall-ħidma tagħhom fil-Ministeru? Jista’ jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-kuntratti jew appointment letters fejn dawn diġà ġew iffirmati?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant għat-tweġiba mogħtija mill-Prim Ministru għall-mistoqsija nru 2334.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk ġewx impjegati nies mill-Qrati tal-Ġustizzja mid-9 ta’ Marzu 2013? Jekk iva, jista’ jispjega kemm-il persuna ġiet impjegata? X’inhu l-grad tas-servizz ċivili li fihom ġew impjegati? Kemm hija l-paga gross tagħhom, kemm hemm minn dawk li ġew hekk impjegati illi qegħdin jaħdmu fl-arkivju tal-Qrati u x’kienu l-kriterji sabiex intgħażlu dawn il-persuni? Kemm minnhom kienu qegħdin jirreġistraw għax-xogħol mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ qabel effettivament ġew impjegati
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ġiet ingaġġata persuna waħda biss mad-Dipartiment tal-Qrati tal-Ġustizzja mid- 9 ta’ Marzu, 2013 l’hawn; dan kien ta’ Casual Substitute Clerk; wara li saret sejħa għall-applikazzjonijiet mal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC) minn fost dawk li kienu jirreġistraw.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienu l-kawżi tal-vjolenza domestika matul is-sena 2013 kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex? Jista’ jgħid kemm ġew deċiżi, kemm ġew rinunzjati, kemm mill-akkużati huma rġiel u kemm nisa u jekk hemmx reċedivi u/jew akkużati li għandhom iktar minn akkuża waħda?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li bejn Jannar u Mejju ta’ din is-sena kien hemm 381 każ vjolenza domestika li ġew imressqa quddiem il-Qorti mill-Pulizija. Minn dawn s’issa ġew deċiżi 299 każ, li minnhom 248 kienu dikjarati bħal proċediment eżawrit jew rinunzjati. Infurmat ukoll illi f’249 każ l-akkużati kienu rġiel u f’132 każ l-akkużati kienu nisa, li wħud minnhom kienu akkużati aktar minn darba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm proċeduri fil-Qorti Volontarju f’din l-aħħar sena skont it-tip ta’ proċedura u dan kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-ammont ta’ Proċeduri inizzjati fil-Qorti Ċivili (Ġurisdizzjoni Volontarja) f’Malta u f’Għawdex matul is-sena 2012 kienu kif ġej:
Malta:
Proċedura
Malta
Aċċettazzjoni Wirt
30
Aċċettazzjoni bis-setgħa ta’ ġenitur
22
Adozzjonijiet
75
Awtorizzazzjni Bejgħ, Xiri u Self
75
Awtorizzazzjoni Ġenerali
102
Donazzjoni
11
Diviżjoni
4
Nomina Eżekutur Testamentarju
36
Inabilitazzjoni/nomina kuratur
13
Interdizzjoni/nomina kuratur
49
Nomina kuratur
11
Protezzjoni minuri (riċerka)
84
Ftuħ u Pubb. Testment Sigriet
12
Revoka Digriet
13
Reża Konti
12
Rinunzja eredita
103
Rinunzja nomina Eżekutur
16
Xoljiment tal-Komunjoni
105
Apertura Suċċessjoni
98
Taxxi
21
Żbank
44
Proċeduri varji
51
Total
987
Ġew Depożitati 31 testment sigriet:
Ġew ippreżentati 6494 talbiet għal riċerki testamentarji
Għawdex
Proċedura
Għawdex
Bejgħ
5
Komunjoni tal-Akwisti
3
Pubblikazzjoni Kuntratt
8
Awtorizazzjoni Ġenerali
15
Eżekuterija
3
Awtorizazzjoni Trasferiment
4
Inabilitazzjoni/Ħatra Kuratur
8
Interdizzjoni Atti Ħajja Ċivili
4
Ħrug Passaport
2
Rikors Protezzjoni minuri (Kap. 518)
78
Separazzjoni Dei Beni
3
Apertura Suċċessjoni
7
Awtorizzazzjoni Żbank
3
Revoka Digriet
1
Rexissjoni Kuntratt
2
Eżekuzzjoni
1
Ordni Pubblikazzjoni Kuntratt
1
Pubblikazzjoni Testment Sigriet
1
Total
149
Ġew Depożitati 2 testment sigriet.
Ġew ippreżentati 0 talbiet għal riċerki testamentarji – tali talbiet isiru lil Qorti Malta stante li minn hemmhekk imbagħad joħroġ ir-ricerka kemm dwar testmenti preżentati fil-Qorti Malta kif ukoll Għawdex Toħrog ricerka konġunta.