Legislature:
Category:
Reset
Active:

Toroq — Xogħlijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid min huma l-kuntratturi kif ukoll il-periti privati li bħalissa qegħdin jaħdmu fuq it-toroq iffinanzjati mill-protokoll Taljan?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

RISPOSTA Seduta 190 Il-Kuntratturi kif ukoll il-periti privati li bhalissa qeghdin jahdmu fuq it-torroq iffinanzjati mill-Protokol Taljan huma :- LOT 1 – From Targa Gap Through Tal-Qlejja Junction to Mtarfa Junction Contractor: · ERGON srl – Contract Signed in June 2004 Supervisor MP & DC led by Perit Carm Lino Spiteri LOT 2 – From Mtarfa Junction Through Junction at De Rohan Gate, Zebbug to Junction to Siggiewi Contractor: · Fratelli Basilotta – Contract signed in June 2004 Supervisor: Dr. Edwin Mintoff LOT 3 – From Junction to Siggiewi Direction towards Qormi From Luqa Road, Qormi to Junction at Cargo Air Terminal, Luqa Contractor: Fratelli Anastasi – Contract Signed in June 2004 Supervisor: MP & DC led by Perit Carm Lino Spiteri 17/11/2004

Raħal Ġdid — Proġett tax-Schreiber

Question

Jista' il-Ministru jkun daqstant ġentili u jgħid fiex wasal il-ħsieb tal-proġett tax-Schreiber f'Raħal Ġdid? X'inhuma t-timeframes?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-Proġett tal-Ground f'Raħal Ġdid kien diskuss kemm fil-Kumitat tal-Kabinett għall-Proġetti Nazzjonali kif ukoll fil-Kabinett qabel is-sajf li għadda. Il-Kabinett fil-waqt li approva l-proġett, stabbilixxa li qabel tinħareġ is-sejħa għal proġett. Dan sabiex ikun assikurat aġġudikar aħjar tas-sejġa għall-proposti. Quddiem il-MEPA diġa' hemm applikazzjoni għal Outline Permit. Hekk kif ikunu finaliżżati l-pjanti fil-ġimgħat li ġejjin, din l-Outlone Application ser tinbidel f'waħda għal kull development permit. Minħabba li mal-MEPA saru diversi taħdidiet. li waslu wkoll għal modifiki tal-proposti, mhux mistenni li dan il-permess għandu jieħu fit-tul sabiex jinħareġ. Hu stmat li s-sejħa għal proposti issir qabel is-sajf tas-sena 2005.

ADT — Introduzzjoni ta' uniformi għax-xufiera

Question

Jista' il-Ministru jgħid x’inhi l-istruttura li twaqqfet biex jiġi żgurat li l-ftehim bejn il-gvern u s-sidien tal-karozzi tal-linja jiġi implimentat kif suppost? Meta hemm il-ħsieb li tiddaħħal l-uniformi għax-xufiera?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-ftehim li sar bejn l-ADT huwa maqsum f'erbgħa stadji. Kull stadju huwa marbut ma' deliverables diferenti li għandhom isiru u jitlestew sa ċertu dati stabbiliti. L-Awtorita' dwar it-Trasport ta' Malta qegħda tara li dawn ix-xogħolijiet jitlestew qabel ma tapprova is-sussidju relatat sabiex jitħallas. L-Awtorita' dwar it-Trasport inkarigat lid-Dipartiment tat-Trasport Pubbliku sabiex isegwi il-ftehim iffirmat. L-Enforcement Officers fi ħdan l-istess direttorat qiegħed isegwi it-tħaddim tar-rotot u l-implimentazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta meta dan jidħol fis-seħħ. Twaqqaf ukoll Monitoring Committee bejn il-Ministeru u l-Awtorita' sabiex jirrapporta l-progress u t-tħaddim tal-ftehim. Jien infurmat ukoll illi x-xufiera diga' għandhom uniformi illi tikkonsisti f'qalziet u pullover blu u qmis ħadra.

Żvilupp Urban u Toroq — Ħaddiema msiefrin fuq xogħol

Question

Jista' il-Ministru jagħti lista tas-safar li sar minn impjegati tad-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt id-dikasteru tiegħu bejn Jannar 2004 sal-lum? Kemm kienet l-ispiża għal kull safra u fejn siefru? Min kienu l-persuni li siefru? Xi grad għandhom (jew taħt liema skala ta' salarju jaqgħu) il-persuni li siefru? Min awtorizza kull safra? Min mar business class jew first class?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qed impoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista li tipprovdi informazzjoni dwar safar uffiċjali li sar minn impjegati tad-Dipartiment u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi bejn Jannar u Ottubru 2004, id-destinazzjoni ta' dan is-safar kif ukoll l-ispiża fuq kull safra. F'dawk il-każijiet fejn il-kont tas-safra għadu ma ngħalaqx, naturalment l-informazzjoni dwar l-ispiża ma tistax tingħata. Ma naħsibx li huwa l-każ li noqgħod nagħti l-ismijiet individwali tal-persuni involuti f'dan is-safar. Fil-każ tas-Servizz Pubbliku, ir-regolamenti dwar is-safar uffiċjali, inkluż dwar minn għandu jawtorizza dan is-safar kif ukoll min għandu d-dritt li jsiefer Business Class jibsabu b'sezzjonijiet 8.5-8.11 tal-Public Service management Code.

Żvilupp Urban u Toroq — Enerġija Solari

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm xi dipartiment taħt id-dekasteru tiegħu li għamel stallazzjoni jew ħaseb għal sorsi ta' enerġija differenti, bħal solar panels, solar heaters, battery operated cars, eċċ. f'dawn l-aħħar snin? Kemm kien ilaħħaq dan l-investiment?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien informat li fl-ADT ma ttieħdet l-ebda inizjattiva simili kif ġiet mistoqsija mill-Onor. Galdes, ħlief li twaħħlu cats' eyes li jixgħelu bil-lejl u s-sors ta' l-eneġija tagħhom tittieħed mill-eneġija solari permezz ta' solar panel imwaħħla mal-wiċċ ta' l-istess cats' eyes. Minn dawn twaħħlu żewġ tipi:- - Dawk li jiġu ankrati fl-art li ammontaw għal Lm720.00 - Dawk li ġew inkullati mal-wiċċ tat-triq li ammontaw għal Lm1,058. Informat ukoll li minn naħa tal-Uffiċċju tad-Direttur għas-Servizzi Korporattivi ġie iffirmat kuntratt fil-21 ta' Mejju ta' l-2004, għal kiri ta' vettura elettrika għal perijodu ta' ħames snin, għall-użu tad-Dipartiment, bir-rata ta' Lm6.05 kuljum.

Introduzzjoni tal-Bus Lanes

Question

Wara numru ta' ġimgħat li ġew introdotti l-bus lanes f'numru ta' toroq arterjali, jista' il-Ministru jgħid x'inhi l-analiżi tiegħu u ta' l-esperti dwar l-andament tat-traffiku? Jista' jgħid ukoll jekk jirriżultax li qed jiżdied in-numru ta' nies li qed jużaw it-trasport pubbliku?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Wara li sar l-ewwel rapport preliminari rigward il-bus lane tal-Marsa, sar ukoll it-tieni fażi ta' monitoringbir-riżultat anness, li qed jitpoġġa fuq il-mejda tal-kamra. Bħal issa l-Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta qiegħda fil-proċessa li taghmel is-surveys tal-bus laneta' l-Imrieħel. Mhuwiex fin-norma li jkun hemm żieda fil-patrunaġġ tat-trasport pubbliku i żmien qasir. Dan jieħu żmien aktar fit-tul sabiex id-drawwiet tal-poplu jibdew jinbiddlu. L-Awtorita' Dwar it-Trasport ta' Malta ser tanaliżża l-bejgħ ta' biljetti tar-rotot tal-linja li jgħaddu miż-żona tal-Marsa u tħejji rapport fejn jiġu mqabbla dawn il-figuri tar-riżultat.

Raħal Ġdid — Zabbar Road - Water Culvert

Question

Jista' il-Ministru jara li jsir water culvert aktar kbir u li jlaħħaq mal-volum ta' ilma li jinżel fi Triq Zabbar, Paola, ħdejn Pjazza Lorry Sant?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Qiegħed isir studju taż-żona imsemmija biex din il-problema tissolva.

Dipartiment tal-Liċenzji — Impjegat

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta ħarġu l-applikazzjonijiet tad-dipartiment tal-liċenzji sabiex il-persuna - isimha qed jintbagħat separatament - bdiet taħdem mad-dipartiment tal-liċenzji? Kemm kien in-numru ta' applikanti, kemm intgħażlu u x'salarji u benefiċċji għandhom?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Il-persuna msemmija ġiet impjegata fuq pożizzjoni ta' fiduċja. Is-salarju ta' din il-persuna hija dik ta' Lm10,000 fis-sena u għandha karozza bħala benefiċċju.

Rabat — Ġnien Bir l-Iljun

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx xi proġetti biex jiġi msebbaħ Ġnien Bir l-Iljun fir-Rabat, Malta, liema ġnien ilu mitluq għal dawn l-aħħar snin?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Ġnien imsemmi huwa responsabilta tal-Kunsill Lokali, għalhekk għal aktar informazzjoni l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.

Ħaż-Żebbuġ — Triq Imdina

Question

Jista' il-Ministru jagħti data approssimattiva meta l-karreġjata ta' Mdina Road, Ħaż-Żebbuġ mill-impjant tal-Medcor Radiators Limited safejn id-daħla għall-impjant ta' Vassallo Vibro Blocks kif ukoll Triq Għarram u t-toroq l-oħrajn fl-inħawi fejn hemm, barra residenti, konċentrazzjoni qawwija ta' negozji u industriji żgħar, se tkun ingħatat it-tarmak? Jista' jinnota li n-negozju f'dawn l-inħawi naqas konsiderevolment għad-dannu ta' l-istess operaturi? Jista' jgħid jekk setax ikun possibbli mill-bidu nett li Mdina Road tinħadem biċċa biċċa billi t-triq tidher li qegħda tinqala' kollha minn fejn is-supermarket Shopwise f'Ħal Qormi sa Ħaż-Żebbuġ? Jista' jgħid jekk huwiex possibbli li dik il-parti ta' Mdina Road fejn hemm in-negozji, ħdejn l-impjant ta' Vassallo Vibro Blocks, tiġi maħduma mmedjatament?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ix-xogħolijiet li qed isiru f'Mdina Road, Żebbug (bejn Shopwise Supermarket u r-Roundabout tas-Siġġiewi) huma maqsumin f'erba' fażijiet. Skond il-programm tax-xogħol li għamel il-kuntrattur l-asfaltar tal-parti msemmija huwa programmat li jinbeda fit-tieni ġimgħa ta' Diċembru. Mhux għal kollox minnu li l-karreġjata nqalgħet kollha f'daqqa. It-trufijiet, jiġifieri ix-xogħolijiet tar-roundabouts ta' ħdejn is-shopwise u r-roundabout li tgħati għas-Siġġiewi beda żewġ ġimgħat ilu. Dan sabiex jitnaqqas l-inkonvenjent għall-industriji msemmija. Fil-bidu tas-sena d-dieħla l-kuntrattur mistenni jibda l-karreġjata l-oħra. Dan kien l-aħjar phasing tax-xogħolijiet meta wieħed iqis iċ-ċirkustanzi kollha u l-alternattivi ta' traffic management li jeżistu.

Liċenzji tal-Vetturi — Żidiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk kienx hemm żidiet f'dawn l-aħħar xhur fil-ħlasijiet ta' liċenzji marbuta mal-vetturi?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi fl-aħħar xhur ma kien hemm l-ebda żidiet fil-liċenzji tal-vetturi.

Għargħur — Twessigħ ta' Trejqa

Question

Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8505 u cioe' jgħid meta se titwessa t-trejqa li tagħti għall-kamra tan-nar tal-Għargħur?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Jien infurmat li fil-passat, id-Direttorat tat-Toroq għamel xogħolijiet ta’ tiswija fit-Triq imsemmija bl-iskop li jiġi ffaċilitat l-aċċess fl-inħawi. It-twessiegħ tat-trejqa imsemmija jiġi kkunsidrat skond il-prijoritajiet li jirriżulta fil-programm ta’ asfaltar u bini ta’ toroq li qed jitħejja mill-istess Direttorat.

Perit Richard England — Dipartiment tax-Xogħlijiet

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari 8515, jista' il-Ministru jgħid minn liema uffiċċju qiegħed jaħdem il-project co-ordination unit? Kif qiegħed jitħallas il-Perit Richard England bħalissa ġaladarba l-fee għadha ma ġietx negozjata?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Kif aċċennajt fir-risposta tiegħi għad-domanda 8515, il-project coordination unit qiegħed jaħdem mal-Perit England, u għal aktar koordinament tal-proċess qegħdin jaħdmu fl-istudio tal-Perit England stess. F'dak li għandu x'jaqsam mat-tieni domanda, naħseb li l-Onorevoli Interpellant japrezza li l-fee tal-Perit hija regolata bit-tariffa 'K' iżda bħal ma aċċennajt fir-risposta tiegħi għad-domanda 8515, il-ħlas dovut ser jieħu inkonsiderazzjoni li ħafna mix-xogħol ta' support fit-tħejjija tal-proġett qiegħed isir minn dan it-tim li hu mħallas direttament mill-Gvern.

Telgħa ta' Alla u Ommu — Pelican lights

Question

Jista' il-Ministru jgħid jekk hux se jsiru pelican lights tul il-bypass li saret bejn it-Telgħa ta' Alla u Ommu, Naxxar u l-Iklin? Jekk fl-affermattiv, jista' jikkonsidra fost oħrajn li jsiru pellican lights biswit Triq Sir Hannibal Scicluna?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat li se jsiru tliet pelican crossings fit-Triq imsemmija, waħda ħdejn Triq ir-Rixtellu, oħra ħdejn Triq Sir H.Scicluna u t-tielet bejn Triq G.Sandys u Triq Prof.Arbery. L-ADT qed tistudja l-possibilitajiet li ssir ir-raba’ pelican crossing qrib Triq l-Imnarja.

Naxxar — Asfaltar ta' Toroq

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta se jiġu asfaltati Triq Hannibal Scicluna u Triq H. Megiser fin-Naxxar?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi t-tenders għaż-żewġ toroq imsemmija ħargu aktar kmieni din is-sena u bħalissa qed jiġu aġġudikati. In vista l-irħas offerta fiż-żewġ każi taqbeż l-Lm20,000, u ż-żewġ tenders ġew mgħoddija lid-Dipartiment tal-Kuntratti għall-approvazzjoni tagħhom.

Vetturi

Question

Jista' il-Ministru jindika n-numru ta' vetturi li hawn reġistrati u li għandhom iktar minn 20 sena u iktar minn 30 sena? X'persentaġġ jikkostitwixxu tal-vetturi kollha reġistrati f'Malta u Għawdex?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

In-numru ta’ vetturi liċenzjati hu ta’ 270, 686. Fil-waqt li n-numru ta’ vetturi li għandhom iktar minn 20 sena u iktar minn 30 sena hu kif ġej: Iktar minn 20 sena: 54,645 - 20.19% Iktar minn 30 sena: 18,783 - 6.94 %

Fgura — Triq tax-Xemx u l-Qamar

Question

Jista' il-Ministru jgħid meta Triq tax-Xemx u l-Qamar fil-Fgura mistennija tiġi asfaltata u meta se ssir il-bankina?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Ninsab infurmat illi l-Awtorita' ħarġet din it-tender għal dawn ix-xogħolijiet. F'dana il-waqt qed isir il-proċess ta' l-aġudikazzjoni ta' dawn ix-xogħolijiet.

Perit Richard England

Question

Jista' il-Ministru jpoġġi fuq il-mejda tal-Kamra dettalji dwar l-obbligi kuntrattwali li għandu l-gvern mal-Perit Richard England dwar il-proġett tat-Teatru Rjali u l-madwar? Kemm tħallas s'issa, meta tħallas, ta' xiex tħallas u taħt liema kondizzjonijiet u meta mistennija jsiru pagamenti oħrajn lilu?

Response (MUGLIETT, JESMOND)

Nitlob lil Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat peress li l-pagamenti li saru s' issa ma sarux minn dan il-Ministeru u l-Kuntratt li għadu viġenti kien iffirmat mal-Ministeru għar-Riżorsi u Infrastruttura.