Legislature:
Category:
Reset
Active:

Każ Soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li jitmexxa l-każ tal-persuni li d-dettalji dwarhom qed jingħataw separatament peress li wara li dehru fil-bord, għadhom mingħajr risposta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — għajnuna

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6997, tista’ l-Ministru tgħid mill-informazzjoni li għandha s’issa, kienx hemm persuni, mill-200 persuna li qed jitħarrġu mill-programm LEAP, li sabu xogħol bis-saħħa ta’ dan il-programm? Kemm hu l-għadd ta’ dawn il-persuni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Programm Leap se jintemm f’Ġunju 2015 u għalhekk ir-riżultati kollha se jiġu ppubblikati wara t-tmiem ta’ dan il-proġett.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — għajnuna

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6997 u 6998, tista’ l-Ministru tikkonferma li l-programm LEAP, filwaqt li jipprovdi taħriġ li jgħin l-impjegabilità tal-persuna, mhu se jkun qed jipprovdi jew jassigura mpjiegi għal ħadd mill-200 persuna li qed jingħataw it-taħriġ minn dan il-programm? Jekk dan hu l-każ tista’ tgħid x’differenza għandu dan it-taħriġ ta’ LEAP minn taħriġ ieħor li jiġi jew jista’ jiġi pprovdut mill-Korporazzjoni għall-Impjiegi u t-Taħriġ? Għaliex inħass il-bżonn li tinħoloq struttura oħra għat-taħriġ li tgħin fl-impjegabilità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-għan tal-Proġett huwa li jikkontribwixxi lejn it-tnaqqis tal-faqar fil-familji u individwi li jagħmlu parti minn gruppi żvantaġġati, speċjalment ġenituri waħedhom, persuni b’diżabilitajiet, ex-detenuti, immigranti u nies foqra li jaħdmu. Dan se jsir permezz ta’ proċessi ta’ tagħlim tal-kompetenzi soċjali neċessarji, biex ikunu jistgħu jadattaw lilhom infushom għall-ħajja fis-soċjetà in ġenerali, inkluż biex ikunu impjegati u jintegraw ruħħhom fil-post tax-xogħol. Dan il-proġett fi ħdan il-Ministeru tal-Familja u Solidarjeta’ Soċjali ser ikun qed jipprovdi programm ta’ taħriġ lil tal-inqas 200 persuni li jiddependu fuq is-servizzi soċjali. Għal-perjodu ta’ 8 xhur dawn il-persuni ser ikunu qegħdin jipprovdu servizzi ġo entitajiet soċjali taħt s-supervizjoni tas-Social Mentors. Apparti l-benefiċċji soċjali li diġa qegħdin jircievu, huma ser jiġu mogħtija kontribut finanzjarju għas-servizzi tagħhom. Nitlob lill-Onorevoli Interpellant sabiex ukoll jirreferri għall-mistoqsijiet Parlamentari 6975, 6976, 6977, 6985.

Programm LEAP – tip ta’ impjieg

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6979, peress li l-programm LEAP jipprovdi taħriġ li jgħin fl-impjegabilità tal-persuna imma mhu se jkun qed jipprovdi jew jassigura impjiegi għal ħadd mill-200 persuna li qed jingħataw it-taħriġ minn dan il-programm, tista’ l-Ministru ta’ lanqas tgħid x’tip u x’livell ta’ xogħol qed jiġu mħarrġa għalih il-200 persuna li bħalissa qegħdin bla xogħol imma qegħdin jitħarrġu permezz tal-programm LEAP,?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija Parlamentari numru 6980.

Programm LEAP – tip ta’ taħriġ

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6980, tista’ l-Ministru tkun aktar speċifika u tiċċara jekk fil-fatt il-programm LEAP kellux programm ta’ taħriġ lest meta ġie mħabbar? Jekk le, dan il-programm tlesta sal-lum? Tista’ tgħid x’se jkun jinkludi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija Parlamentari numru 6980.

Programm LEAP – tip ta’ taħriġ

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6980, tista’ l-Ministru tkun aktar speċifika u tiċċara jekk fil-fatt il-programm LEAP hux se jkun qed jipprovdi t-taħriġ hu jew inkella hux se jkunu qed jitqabbdu entitajiet eżistenti bħall-Korporazzjoni għall-Impjiegi, Aġenzija Żgħażagħ, il-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi jew il-Fondazzjoni għal Ħarsien Soċjali? Jekk il-każ huwa li se jkunu l-entitajiet diġà eżistenti u stabbiliti li se jipprovdu t-taħriġ, tista’ tgħid x’se jkun eżatt ir-rwol tal-Programm LEAP jekk la se jkun qed jipprovdi t-taħriġ u lanqas se jipprovdi xogħol lill-200 persuna identifikati li huma bla xogħol?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija Parlamentari numru 6975.

Programm LEAP – sapport u appoġġ

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6981, tista’ l-Ministru tgħid x’tip ta’ appoġġ u sapport se jkun qed jingħata permezz tal-programm LEAP lill-200 persuna identifikati bla xogħol jekk il-programm LEAP mhux se jkun qed jipprovdi t-taħriġ u l-anqas se jipprovdi x-xogħol lill-200 persuna identifikati?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġibiet li ngħataw fil-mistoqsijijiet Parlamentari numri 8632 u 8633.

Problema ta' Drenaġġ — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li hemm stadd tad-drenaġġ fil-binja?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li għalkemm ma rrizultax li l-inkwilin imsemmi għamel rapport ta’ ħsarat lill-Awtorità tad-Djar, uffiċjali teknici tal-istess Awtorita’ għamlu spezzjoni nhar it-Tnejn 17 ta’ Marzu u ma rrizultax li kien hemm sadd fid-drenagg ta’ din il-Binja.

Awtorità tad-Djar – tpartit ta’ postijiet

Question

Tista’ l-Ministru tgħid jekk l-Awtorità tad-Dar għandhiex policy li tpartat artijiet tagħha jew tal-Gvern ma’ tal-privat? Jekk iva x’inhuma l-punti prinċipali ta’ din il-policy? Tista’ tpoġġi kopja tagħha fuq il-Mejda tal-Kamra?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant illi preżentament l-Awtorità tad-Djar qegħda taħdem fuq policy fuq din il-kwestjoni.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — impjegati b'kuntratt indefinit

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm kienu l-impjegati fi ħdan il-Ministeru tagħha li l-kuntratt definit tagħhom sar wieħed indefinit matul Jannar, Frar u Marzu 2013? Tista’, għal kull impjegat tgħid x’kienet id-data ta’ meta l-kuntratt definit tiegħu sar wieħed indefinit? Tista’ tgħid min kien li ffirma kull ittra li biha kull kuntratt definit sar wieħed indefinit? Tista’ tgħid każ b’każ x’kienet il-kariga ta’ kull impjegat? Tista’ tgħid każ b’każ l-istatus li fih l-impjegati kkonċernati ngħataw l-impjieg b’mod indefinit?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-indefinite status ingħatha abbażi ta’ u skont it-termini tal-Memorandum of Understanding li ġie iffirmat mill-Gvern u l-UHM fl-14 ta’ Jannar 2013. Id-data ta’ meta l-kuntratt definit sar wieħed indefinit hija d-data tal-iffirmar tal-MOU – l-14 ta’ Jannar 2013. L-ittri tal-indefinit status ġew iffirmati mis-Segretarju Permanenti tal-Ministeru u wara l-proċess mar għand il-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku u ġiet l-approvazzjoni, l-ittri tal-appointment ta’ Officer in Scale ġew iffirmati mill-Ministru. L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Awtorità tad-Djar – każ ta’ persuna

Question

Tista’ l-Ministru tara li jsir kuntatt mal-anzjana li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li għandha problema mal-Housing Authority?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet ikkuntattjata mill-Customer Care, u ġiet mibgħuta applikazzjoni sabiex tapplika ghal post alternattiv. Sadanittant il-persuna għandha terġa' tiġi kkuntatjata mill-Customer Care aktar 'il quddiem sabiex insegwu l-progress.

Pensjoni — każ ta' individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara li tiġi kkuntatjatha l-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li għandha problema li tirrigwardja pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet ikkuntatjata personalment bit-telefon mis-sezzjoni kkonċernata dwar il-każ tagħha.

benefiċċju soċjali — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid fiex wasal il-każ tal-persuna lid-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament peress li mhix qed tieħu l-benefiċċju soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet infurmata bil-miktub.

Avviżi dwar laqgħat — prezz kull reklam

Question

B’referenza għat-twegiba tal-mistoqsija parlamentari 7958, tista’ l-Ministru tgħid kif ġew minfuqa l-€1,719.18 u ċioè fuq liema gazzetti u kemm ntefqu fuq kull gazzetta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali — overtime

Question

Tista’ l-Ministru tgħid kemm inħadem overtime fil-Ministeru tagħha u fl-entitajiet kollha li jaqgħu taħt il-Ministeru tagħha mid-9 ta’ Marzu 2013 sat-28 ta’ Jannar 2014? Tista’ tipprovdi din iċ-ċifra separatament għal kull entità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-twegibiet li ngħataw fil-leġiżlatura li għaddiet għall-mistoqsijiet parlamentari 6139, 6140, 6142, 6143, 6144, 6145, 6146 u 6147.

Pensjoni — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament irċevietx iż-żieda għall-għoli tal-ħajja flimkien mal-pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet nfurmata mil-miktub dwar il-każ tagħha.

Pensjoni — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara jekk hemmx bżonn isir reviżjoni tal-pensjoni tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

pensjoni — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tinforma lill-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament jekk dan l-aħħar irċevietx xi żidied fil-pensjoni tagħha riservata għal dawk il-persuni li kienu mas-servizzi Ingliżi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

pensjoni — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tgħid jekk il-persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament hux tirċievi l-għajnuna tal-mard kif ukoll jekk ħaditx iż-żieda għall-għoli tal-ħajja fil-pensjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-persuna msemmija ġiet nfurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Akkomodazzjoni Soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara x’inhi r-raġuni għalfejn minkejja li ngħatat akkomodazzjoni soċjali aktar minn sena ilu, il-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatment għadha ma tistax tabita fil-post allokat lilha minħabba li għad fadal xogħlijiet xi jsiru fil-blokk rispettiv tagħha? Tista’ tagħti data meta din il-persuna u oħrajn fl-istess blokk se jkunu jistgħu jidħlu fl-akkomodazzjoni allokata lilhom?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li, meta gew allokati l-postijiet bil-kera fil-blokk imsemmi dawn kienu għadhom fi stat ta’ semi-finished. F’Novembru tal-2012, kienet inħarget sejħa għall-offerti (tender) sabiex jitlestew l-appartamenti. Il-proċess biex jingħata t-tender għadu ma giex konkluz minħabba li kien sar appell li tawwal ħafna il-process. Bħalissa l-aħħar rapport ta’ evalwazzjoni li sar mill-Awtorita’ tad-Djar qiegħed għand id-Dipartiment tal-Kuntratti għad-decisjoni tal-Kumitat Generali tal-Kuntratti.