Matul l-ewwel disgħa xhur tas-sena 2004, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa tas-safar u tal-mobile phone tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament? Minn fejn tħallsu dawn l-ispejjeż?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li matul iż-żmien kopert b’din ir-risposta, il-persuna li isimha ntbagħat separatament kellha karigi varji.
L-ispejjeż reletati mas-safar kienu Lm5,572.22 waqt li dawk relatati ma’
mobile phone
kienu ta’ Lm231.90.
Dawn l-ispejjeż tħallsu bejn dan l-Uffiċċju u l-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin skond il-każ.
(Tweġiba mogħtija: 24/11/2004PM)
(Seduta Numru: 194)
Jista' il-Prim Ministru jgħid jekk l-uffiċċju elettorali ppubblikax ir-rapport li normalment jagħmel wara kull elezzjoni ġenerali taħt forma ta' booklet, u dan wara li l-aħħar elezzjoni ġenerali ilha li saret aktar minn sena u nofs? Jekk dan ma sarx, hemm ħsieb li dan jiġi ppubblikat?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li tweġiba ser tingħata f’xi seduta oħra.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004PM)
(Seduta Numru: 193)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8531, jikkonferma l-Prim Ministru li tariffa u dazju jvarja minn Euro 1.7 fil-kilo sa Euro 3.5 fil-kilo? Jekk fl-affermattiv, kemm minn dan il-piż fuq il-konsumatur qed jissussidja l-gvern?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Mat-tweġiba mogħtija għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8531, inżid illi d-dazju jew it-tariffa huma kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. Għar-rigward ta’ sussidju, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004PM)
(Seduta Numru: 193)
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8534 u cioe' jista' jispjega lill-Kamra għaliex minflok 10c levy fil-kilo fuq il-laħam taċ-ċanga tal-friża importat minn non EU countries illum il-Maltin u l-Għawdxin qed ikollhom iħallsu 12.8% dazju fuq il-valur tal-prezz tal-laħam, dazju ieħor ta' euro304.1 fuq 100kg u tariff quota ta' 20% skond it-TARIC code 0202309010 tal-high quality frozen beef and veal?
Jista' jinformana liema huma dawk il-cuts tal-beef għall-konsumaturi u għal-lukandi, ristoranti, eċċ. li fuqhom se jibdew iħallsu dawn it-taxxi indiretti fuq dan il-prodott tal-ħajja ta' kuljum? Jista' jinforma lill-Kamra kemm minn din it-tariffa se jissussidja l-Gvern Malti u kemm se tissussidja l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nixtieq ngħarraf lill-Onorevoli Interpellant li mhux il-każ li llum jitħallas dazju u l-ħlas indikat fit-tariff quota. Fil-fatt, dawn il-prodotti jattiraw dazju jew tariff quota, kif ikun applikabbli fil-waqt ta’ l-importazzjoni. B’hekk, jekk il-prodott dakinhar ikun inkluż fit-tariff quota, jattira ħlas ta’ 20% flok dazju.
Għar-rigward ta’ sussidju, l-Onorevoli Interpellant huwa mitlub jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004PM)
(Seduta Numru: 193)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8532 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u Ambjent u li issa ġiet riferuta lilu u cioe' jista' il-Prim Ministru jinforma lill-Kamra kemm minn dazji u tariffi fuq l-importazzjoni tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella minn non EU countries (skond l-importazzjoni storika) se jissussidja l-Gvern Malti u kemm se tissussidja l-Unjoni Ewropea?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jiċċara jekk hux qed jirreferi għall-WTO kwota, jew għall-kwota ta’ l-ACP countries, jew għall-kwota tal-high quality beef and veal.
Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, nerġa’ ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-konsumaturi ma jħallsux sussidji direttament kif qed jistqarr l-Onorevoli Interpellant fuq il-prodotti msemmija.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004PM)
(Seduta Numru: 193)
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari 8530 u cioe' jista' jispjega lill-Kamra għaliex minflok spiċċat il-levy ta' 10c fil-kilo fuq il-laħam taċ-ċanga tal-friża importat minn non EU countries illum il-Maltin u l-Għawdxin qed iħallsu 12.8% dazju fuq il-valur tal-prezz tal-laħam, dazju ieħor ta' euro176.8 fuq 100kg u tariff quota ta' 20% skond it-TARIC code 0202100010 tal-high quality frozen beef and veal?
Jista' jinformana liema huma dawk il-cuts tal-beef and veal importat minn non EU countries li fuqhom il-konsumaturi, lukandiera, tar-ristoranti, eċċ. se jibdew iħallsu dawn it-taxxi indiretti fuq dawn il-prodotti taċ-ċanga u tal-vitella?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8951 f’din l-istess seduta.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004PM)
(Seduta Numru: 193)
AFM — Taħriġ lill-membri biex jieħdu ħsieb immigranti llegali
Question
Jista’ il-Prim Ministru jgħid jekk il-membri tal-Forzi Armati jingħatawx xi taħriġ speċjali biex jieħdu ħsieb l-immigranti llegali li jaslu f’pajjiżna u jinżammu taħt il-kustodja ta’ l-Armata?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat li fil-konfront ta’ l-immigranti illegali, r-rwol prinċipali ta’ l-Armata huwa li tieħu ħsieb is-sigurtà tal-compound kif ukoll il-preparamenti ta’ ikel u bżonnijiet oħra f’dak li jirrigwardja assistenza immedjata. Fejn il-ħtiġijiet huma aktar akuti, l-Armata titlob l-intervent ta’ dipartimenti/entitajiet oħra, bħall-Ministeru tal-Familja u s-Solidarjetà Soċjali, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità u oħrajn.
Barra minn hekk, peress li huma l-membri tal-Forzi Armati ta’ Malta li jkunu l-ewwel kuntatt ma’ dawn l-immigranti, l-Armata dejjem ħadet ħsieb li tħarreġ is-suldati tagħha fil-mod ta’ kif għandhom jaġixxu ma’ persuni li jkunu jeħtieġu l-għajnuna tant li minn żmien għal żmien, il-membri ta’ l-Armata jattendu
lectures
fuq il-liġi internazzjonali f’diversi oqsma nkluż l-għajnuna umanitarja.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004AM)
(Seduta Numru: 192)
Jista' il-Prim Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8308 u cioe' jgħid matul l-ewwel disa' xhur ta' din is-sena kemm-il serqa ta' oġġetti ġiet rapportata li saret fid-dipartimenti u entitajiet li jaqgħu taħt il-ministeru kif ukoll minn fuq proġetti li għaddej bihom il-ministeru?
X'kienu l-oġġetti misruqa u kemm jammontaw f'ċifra ta' flus globali?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jirreferi għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 8308.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004AM)
(Seduta Numru: 192)
Wara li nħatar il-Kabinett il-ġdid, jista' il-Prim Ministru jgħid liema kienu dawk il-ministri u ministeri li ġarrew minn post għal ieħor?
Response (GONZI, LAWRENCE)
It-tibdil li sar minn post għal ieħor tal-Ministeri wara li nħatar il-Kabinett il-ġdid huwa kif jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004AM)
(Seduta Numru: 192)
Jista' il-Prim Ministru jagħti lista ta' kemm hemm skrivani impjegati mal-gvern f'kull grad fil-preżent? Kemm kien in-numru ta' impjegati fl-istess gradi fis-sena 2002 u 2003?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi n-numru ta’ impjegati fil-grad ta’ Skrivan fis-Servizz Pubbliku fl-aħħar t’Ottubru ta’ din is-sena kien ta’ 1849, fl-istess xahar fis-sena 2002 kien ta’ 1434 u fl-istess xahar fis-sena 2003 kien ta’ 1631.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004AM)
(Seduta Numru: 192)
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati ma' kumpanniji/entitajiet/awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li għandhom iktar minn 61 sena? Min huma? Kemm hemm minnhom li qegħdin b'xi forma ta' kuntratt jew huma konsulenti? X'remunerazzjoni u/jew allowance għandhom?
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'tip ta' statistika dwar Għawdex qed tinġabar separatament minn dik ta' Malta għal finijiet ekonomiċi sabiex ikun ikkalkulat ir-rata ta' tkabbir ekonomiku għal Għawdex bħala reġjun?
Response (GONZI, LAWRENCE)
L-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-iStatistika qiegħed iħejji statistika separata għal Malta u Għawdex dwar dawn is-suġġetti:
Popolazzjoni Enerġija
Użu ta’ l-Art Ilma
Trasport Skart
Edukazzjoni Turiżmu
Ekonomija (Prodott Gross Domestiku) Kultura
Impjiegi
Jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm Għawdxin jaħdmu f'Għawdex mas-settur pubbliku, mas-settur privat u f'liema oqsma?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Ninsab infurmat illi hemm 2915 Għawdxin fis-Servizz Pubbliku jaħdmu Għawdex.
Dwar in-numru ta’ Għawdxin mal-kumplament tas-settur pubbliku u mas-settur privat, nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
(Tweġiba mogħtija: 23/11/2004AM)
(Seduta Numru: 192)
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'sar mit-93 digital camera li nqabdu mill-uffiċċju tad-dwana (seizure note nru. 30/2004)? Meta se jingħataw lura lil sidhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Fil-preżent, it-93 digital cameras li nqabdu mill-Uffiċċju tad-Dwana (Seizure Note Numru 30/2004) jinstabu taħt il-kustodja ta’ l-istess Dwana biex ’il quddiem jiġu esibiti bħala corpus delicti ġewwa l-Qorti fejn mistenni jitressaq persuna in konnessjoni ma każijiet ta’ serq u kuntrabandu.
Jista' il-Prim Ministru jgħid x'inhi l-proċedura rigward taxxa tad-dħul għall-pensjonanti Maltin li jkunu emigraw u ħadmu dejjem barra pajjiżna u llum rritornaw biex jirtiraw f'art twelidhom?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Pensjonant imwieled Malta li kien emigra u mbagħad reġa’ irritorna Malta jista’ jagħżel li jiġi ntaxxat fuq id-dħul mill-pensjoni jew bir-rati normali tat-taxxa jew taħt skema speċjali applikabbli għal emigranti li ġew lura. Din l-iskema tistabbilixxi rati kif muri aktar ’l isfel u tagħmel ċertu kundizzjonijiet.
Ir-rati huma dawn:
Individwu miżżewweġ: l-ewwel Lm2500 -0%
Minn Lm2501 ’il fuq bil-15%
Individwu ieħor l-ewwel Lm1800 – 0%
Minn Lm1801 ’il fuq bil-15%
Iżda t-taxxa minima tkun ta’ Lm1000 fis-sena.
Il-kundizzjonijiet jinkludu li l-individwu:
a) jkun reġa’ ġie residenti Malta wara l-1 ta’ Jannar, 1988
b) jkun għamel perijodu totali ta’ 20 sena barra
c) jiġi ntaxxat bir-rati normali jekk ikollu dħul ieħor minn negozju jew impjieg f’Malta.
Jekk dan il-pensjonant ikollu dħul ieħor minn barra li qiegħed jiġi ntaxxat barra, jista’ jitlob ħelsien mit-taxxa doppja.
(Tweġiba mogħtija: 22/11/2004PM)
(Seduta Numru: 191)
Peress li ntqal diversi drabi li l-gvern għandu impjegati żejda, jista' il-Prim Ministru jgħid kemm hemm impjegati żejda mal-gvern? Xi grad qegħdin? X'inhi l-iskala tas-salarju tagħhom? Kemm hu stmat li jkun hemm natural wastage f'dawn it-tliet snin li ġejjin?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Minħabba li x-xogħol jinbidel u ma jeżistix complement fiss li miegħu tista’ tkejjel għandekx impjegati żejda jew nieqsa, mhux possibli li tingħata tweġiba definittiva għall-ewwel parti tal-mistoqsija.
Dwar
natural wastage
, ninsab infurmat illi fit-tliet snin li ġejjin ser jirtiraw bl-età 2,099 impjegat, minbarra li hemm xi elf impjegat ieħor li huwa stmat li jistgħu jispiċċaw għal raġunijiet oħra.
(Tweġiba mogħtija: 22/11/2004PM)
(Seduta Numru: 191)
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 8365 u għar-risposta relattiva, jista' il-Prim Ministru jgħid għaliex dawk il-pustiera li ġew ingaġġati mas-servizz pubbliku wara l-2003 għandhom il-progression u jispjega għaliex hemm din id-differenza?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Jiena nfurmat li l-progression fil-grad sustantiv ta’ dawk il-pustiera li rritornaw lura għas-Servizz Pubbliku kemm minn Posta Limited, mill-Uffiċċju tal-Postmaster General, u fl-2003 minn Maltapost p.l.c. hija l-istess.
(Tweġiba mogħtija: 22/11/2004PM)
(Seduta Numru: 191)
Jista' il-Prim Ministru, jekk jogħġbu, ipoġġi fuq il-mejda tal-Kamra kopja tar-rapport li kellu jintbagħat fil-bidu ta' Novembru 2004 lill-Kummissjoni Ewropea b'tifsira tal-miżuri dettaljati li se jieħu l-gvern ħalli jimplimenta l-programm ta' konverġenza (Convergence programme 2004-2007) ta' Mejju 2004?
Response (GONZI, LAWRENCE)
Peress li l-Budget tal-Gvern ser jiġi ppreżentat lil din il-Kamra fl-24 ta’ Novembru 2004, il-Kummissjoni Ewropea ġiet infurmata li l-miżuri li se jieħu l-Gvern ser ikunu nkorporati fid-diskors tal-Budget.
(Tweġiba mogħtija: 22/11/2004PM)
(Seduta Numru: 191)