Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #7065 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Kidney transplant

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jistennew kidney transplant? Jista' jgħid x'inhuma l-etajiet tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Hemm 62 pazjent b'mard kroniku tal-kliewi u li qeghdin fuq dialysis u li qeghdin preżentament jistennew trapjant tal-kliewi. L-etajiet ivarjaw bejn l-4 snin sa 80 sena. Sena Numru ta'Pazjent/Pazjenti ------------------------------------------ 4-10 2 20-29 4 30-39 10 40-49 16 50-59 20 60-69 8 70-79 2 __________________________________________ Total 62
Leg 9 PQ #7075 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa — Impjegat

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi ttieħdu kontra dawk li attakkaw impjegat nhar it-Tnejn 17 ta' Mejju, 1999 wara nofsinhar fl-Isptar Sir Paul Boffa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Il-Pulizija ġiet infurmata u qed tinvestiga l-każ.
Leg 9 PQ #7204 Sitting 105 1999-05-24 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tas-Saħħa

Għawdex — Sptar Ġenerali

Question

Jaf il-Ministru li minħabba l-qagħda li teżisti fl-Isptar Ġenerali f'Għawdex il-pazjenti Għawdxin qed ikollhom ta' bilfors jirrikorru għal kura fi sptarijiet privati? Jaf il-Ministru li minħabba r-raġunijiet fuq imsemmija 40% tal-pazjenti fi sptarijiet privati huma Għawdxin? X'passi se jittieħdu biex din il-problema tiġi solvuta?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor. Interpellant biex jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #7001 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Mediċini

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li ċerti mediċini li jqumu ammont konsiderevoli ta' flus bħal Atenol 10mg tabs, Losec 20mg caps. u Prepulsid 10mg tabs ma jinstabux b'mod regolari fl-ispiżerija ta' l-Isptar San Luqa?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Dan l-aħħar ma kienx hemm rapporti ta' nuqqas tal-mediċini Omeprazole 20mg capsules (Losec), Atenolol 100mg tablets u Cisapride 10mg tablets (Prepulsid) mill-ispiżerija ta' L-Isptar San Luqa. Il-mediċini Omeprazole u Cisapride jiġu approvati u mixtrija għall-pazjenti individwali.
Leg 9 PQ #7046 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Crude birth rate

Question

Jista' l-Ministru jagħti breakdown tal-crude birth rate lokalita' b'lokalita għall-1998? Jista' jagħti breakdown tal-crude death rate bl-istess mod?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob lill-Onorevoli Interpellant jagħmel il-mistoqsija tiegħu lill-Ministru responsabbli għall-Uffiċċju Ċentrali ta' l-Istatistika.
Leg 9 PQ #7050 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Hearing aids

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm każi li sarilhom moulding għall-hearing aids u li għadhom bla hearing aid? Kemm ilhom bla hearing aid? Kemm hi l-eta' ta' dawk li qed jistennew hearing aid?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' pazjenti li sarulhom ear impressions u qegħdin jistennew il-moulds hu ta':- Adulti ('fuq minn 16-il sena) :220 Tfal (sa 16-il sena):55 Peress li ear moulds huma manifatturati barra minn Malta, l-istennija għal ear moulds tvarja minn ftit ġimgħat sa seba' xhur. Din is-sitwazzjoni qed tiġi rimedjata għaliex saru l-arranġamenti neċessarji wara li l-kumpanija minn barra talbitna li tithallas bil-quddien tax-xogħol. Il-moulds mistennija jaslu dalwaqt.
Leg 9 PQ #7051 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Pre-screening counselling

Question

Mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum, jista' l-Ministru jgħid kemm saru pre-screening counselling fid-Dipartiment tas-Saħħa? Minn min saru f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Jekk nassumu li l-pre-screening counselling qed jirreferi għal dak li jingħata qabel ma jsir it-test ta' l-HIV. Mill-ewwel ta' Jannar sa l-aħħar ta' April fid-dipartiment tas-Saħħa saru 1222 test għall-HIV. It-tabib li jiffirma għal dan it-test huwa obligat li jagħmel il-counselling meħtieġ mal-persuna li qegħda tiġi screened. Il-Caritas joffru servizz bl-isem ta' Xefaq fejn persuni li talbu t-test ta' l-HIV jiġu mogħtija l-counselling fil-każ li t-tabib iħoss dan il-bżonn.
Leg 9 PQ #7052 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Dijabetiċi

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru lectures lid-dijabetiċi bejn Marzu, 1998 u Marzu, 1999? Kemm pazjenti kienu mistiedna u kemm attendew għal kull sessjoni? Minn min saru dawn il-lectures u xi kwalifiki ta' tagħlim għandhom f'kull każ?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta ohra.
Leg 9 PQ #7053 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: MICHAEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Klinika tad-dijabete

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm saru tranfers ta' pazjenti mid-Diabetic Clinic għal Health Centre minn Marzu, 1998 sa Marzu, 1999? Għal kull każ: 1) kull konsulent, kemm irrifera; 2) kemm kien hemm irġel; 3) kemm kien hemm nisa; 4) kemm kienu ilhom dijanjosati; 5) minn dawk li kienu diġa' f'health centre, f'liema sena ġew riferuti lid-Diabetic Clinic? F'kull każ, jista' l-Ministru jgħid f'liema health centre ġew riferuti?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #7059 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: HELENA DALLI To: Ministeru tas-Saħħa

Saħħa — Operazzjonijiet tal-katarretti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hawn persuni jistennew li ssirilhom l-operazzjoni tal-katarretti? Jista' jagħti breakdown ta' l-etajiet tagħhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #7070 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CHARLES BUHAGIAR To: Ministeru tas-Saħħa

Tal-Qroqq — Sptar ġdid

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'kienet ir-raġuni li l-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi xoljiet il-Project Management Office li kien imsemmi fil-bini ta l-isptar il-ġdid f'Tal-Qroqq?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-F.M.S. ma għandha l-ebda relazzjoni kuntrattwali mal-`Project Management Office` (P.M.O.) u għal daqstant ma xoljietx l-P.M.O. Il-ftehim għat-tmexxija tal-proġett kien mal-`Malta University Services Limited` (M.U.S.). L-F.M.S. itterminat dan il-ftehim bi preparazzjoni għall-kuntratt ta' `Design and Built' u anke għaliex l-iskop tal-P.M.O. kif maħsub taħt il-kuntratt l-antik (measured contract) ma japplikax għal kuntratt l-ġdid.
Leg 9 PQ #7119 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tas-Saħħa

Sptarijiet — Raħħala medikati

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk fl-isptarijiet ta' Malta u Għawdex ġewx medikati raħħala kawża tal-bexx li jintużaw fl-agrikoltura? Jekk fl-affermattiv, kemm kien in-numru?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma hemm l-ebda rekord li fl-Isptar San Luqa ġew medikati raħħala kawża tal-bexx li jintuża fl-agrikoltura. Dwar Għawdex, nitlob lill-Onor. membru jagħmel id-domanda lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #7121 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Ġbir ta' pilloli

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'rimedji se jittieħdu sabiex jinqata' l-inkonvenjent kreat mill-fatt illi ċertu persuni fil-post ġewwa l-Isptar San Luqa minn fejn jingħataw il-pilloli, jew għax ikollhom il-pass jew għax jinzertaw ikunu fuq quddiem fil-queue, ikollhom fuqhom jew aħjar jiġbru r-riċetti ta' diversi persuni oħra bil-konsegwenza li anzjani jispiċċaw jagħmlu sigħat jistennew fuq saqajhom?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Wara t-tneħħija tat-taxxa ta 50 centeżmu ta min jinnota li llum il-ġurnata rari jkun hemm queue. Fil-fatt l-uniku queue li jkun hemm, huwa fit 08.30am qabel ma tiftaħ l-ispiżerija. Ir-regola fil-Outpatient Pharmacy fejn jingħataw il-pilloli, hija li l-klienti jistgħu jiġbru riċetti għall tlett persuni biss. Jekk ikollhom għal izjed nies, jinqdew għal tlieta, mbagħad jerġgħu lura fil-queue.
Leg 9 PQ #7122 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: JOSEPH M. SAMMUT To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar Sir Paul Boffa — Pazjenti li jmorru għall-kura

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'hemm wara r-raġuni u x'rimedji u passi se jittieħdu sabiex: 1) pazjent ma' jkollux għalfejn jagħmel aktar minn sagħtejn jistenna fil-bini ta' l-Isptar Sir Paul Boffa u dan sabiex jiġi mwassal lura lejn id-dar wara li jkun irċieva l-kura; 2) ambulanza tkun mingħajr stretcher? 3) Xi training u xi kwalifiki għandu l-istaff jew aħjar xi wħud mill-istaff ta' l-ambulanzi meta si tratta li pazjent jiddaħħal f'ambulanza; u 4) kemm suppost jitrikbu pazjenti f'ambulanza waħda u jekk hemmx xi struzzjonijiet sabiex ambulanza sservi ta' minibus u tgħabbi diversi pazjenti minn diversi lokalitajiet bi skomdu u sofferenza għall-pazjent?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Leg 9 PQ #7156 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tas-Saħħa

Għawdex — Sptar Ġenerali - Servizz ta' kirurġija

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk is-servizz tal-kiruġija fl-isptar ta' Għawdex mogħti mill-barranin, huwiex wieħed sodisfaċenti u li jixraq lill-poplu Għawdxi? Jidhirlu l-Ministru li wasal iż-żmien li fl-Isptar Ġenerali ta' Għawdex jiġu appuntati kirurgi Maltin?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Id-Direttur tal-Kirurġija hu sodisfatt bil-kwalitajiet professjonali tal-kirurġi barranin li jaħdmu fl-Isptar Ġenerali ta'Għawdex. Nittama li meta l-Ministeru għal Għawdex joħroġ sejħa għall-applikazzjoni għal kirurġi f'Għawdex ikollu rispons pożittiv minn kirurġi Maltin mhux bħal ma kellha kemm il-darba fil-passat meta d-Diviżjoni tas-Saħħa ħarġet dawn l-applikazzjonijiet.
Leg 9 PQ #7203 Sitting 104 1999-05-24 Oral · Final From: CARMELO BORG To: Ministeru tas-Saħħa

Għawdex — Kirurgi Barranin

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjonijiet saru wara r-rapporti li dehru fil-ġurnal lokali "The Malta Independent" ta' l-allegat racket ta' kirurgi li qegħdin jabbużaw minn pazjenti Għawdxin? Jista' l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tar-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet? X'passi ttieħdu biex jiġu kkontrollati dawn l-abbużi?

Response (DEGUARA, LOUIS)

L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin u għalhekk mhux prudenti li jingħataw dettalji f'dan l-istadju.
Leg 9 PQ #6411 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment ta' l-Ambulanzi — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment ta' l-Ambulanzi mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ma ġewx impjegati ħaddiema ġodda fit-taqsima tat-Trasport la mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 u lanqas meta ħarġu l-applikazzjonijiet għall-postijiet ta' Ambulance Driver.
Leg 9 PQ #6412 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru tas-Saħħa

Dipartiment tas-Saħħa — Impjegati

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda mad-Dipartiment tas-Saħħa mill-1 ta' Jannar, 1999 sas-26 ta' April 1999? Jista' l-Ministru jgħid ukoll jekk ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-imsemmi post tax-xogħol meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' l-Ministru jgħid kemm dawk ingaġġati kienu ilhom applikati għall-imsemmi impjieg?

Response (DEGUARA, LOUIS)

In-numru ta' mpjegati ġodda mad-Diviżjoni tas-Sahha mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 huma sbatax: L-informazzjoni mitluba dwarhom hija kif ġej: Grad Nru Data tas-sejħa għall-applikazzjonijiet Physiotherapist 3 11.11.98 Staff Nurse 2 06.11.98 Enrolled Nurse 1 11.11.98 Pharmacist 1 18.03.99 Pharmacy Technician 1 09.06.98 ----- 8 _____ 9 House Surgeons (Dentistry) ġew impjegati fuq bażi każwali fit-12 t'April 1999. F'dan il-każ ma toħroġx sejħa għall-applikazzjonijiet, iżda saret rakkomandazzjoni fit-12 t'April 1999 stess lill-Kummissjoni dwar is-Servizz Publiku għall-ħatra tagħhom fuq bażi permanenti.
Leg 9 PQ #6783 Sitting 103 1999-05-19 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru tas-Saħħa

CDAU — Case conference

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se ssir mis-CDAU il-case conference tal-persuna, li isimha qed jintbagħat separatament, li għandha erba' snin u li toqgħod Birkirkara biex ikun magħruf x'għajnuna għandha bżonn?

Response (DEGUARA, LOUIS)

Ninsab infurmat li l-persuna msemmija fil-Mistoqsija, bdiet tattendi s-CDAU fis-7 ta' Diċembru 1998. Sakemm il-każ tagħha ġie assessjat, ingħatat regolarment it-terapija meħtieġa. Issa l- issir fid-9 ta'Ġunju 1999.
Leg 9 PQ #6962 Sitting 102 1999-05-19 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru tas-Saħħa

Sptar San Luqa — Appuntamenti

Question

Peress li ħafna persuni ilhom xhur u anke kważi snin jistennew sabiex jingħataw appuntamenti meħtieġa sabiex jitkompla l-każ tagħhom fl-Isptar San Luqa, jista l-Ministru jara li din is-sitwazzjoni tiġi rimedjata mmedjatament? Każ partikolari ta' din is-sitwazzjoni qed jintbagħat separatament.

Response (DEGUARA, LOUIS)

Nitlob l-Onor Interpellant jindikali x'tip ta' servizz qed tistenna l-persuna msemmija peress li mill-medical file tal-pazjenta l-allegazjoni tal-Onor. Interpellant ma tiriżultax.