Legislature:
Category:
Reset
Active:

Uffiċċju konġunt — Postijiet milquta bil-liġi possession of use

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm hawn postijiet milquta bil-liġi possession of use? Meta se joħorġu għal bejgħ dawn il-postijiet?

Response (BORG, TONIO)

Sabiex wieħed ikun jista` jasal biex jara kemm hemm residenzi li jinsabu mibnija fuq proprjetajiet li kienu oriġinarjament ġew akkwistati taħt it-titolu ta` pussess u użu irid isir eżerċizzju kumplessiv li jinvolvi numru ta` impjegati fit-Taqsima Proprjeta` tal-Gvern u li jieħu tul ta` żmien konsiderevoli. Il-maġġor parti ta` residenzi li l-bejgħ tagħhom qatt ma seta` iseħħ minħabba dan, jinsabu fil-Belt Valletta u l-Cottonera. Skond l-Att II tal-2000 li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi li ġie fis-seħħ fil-5 ta` Marzu ta` din is-sena, li Dipartiment tal-Artijiet jista` jixtri t-titolu ta` pussess u użu billi jikapitalizza li kera li jħallas bil-wieħed fil-mija (1%). Appena dan isir ir-residenti affetwati ikunu jistgħu jixtru r-residenza tagħhom. Id-Dipartiment tal-Artijiet diġa` beda jagħmel dan f`ċerti każijiet u bi ħsiebu jkompli skond riżorsi li jkollu.

Uffiċċju Konġunt — Djar tal-gvern - xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'għandhom jagħmlu dawk il-persuni li jgħixu f'fondi li kienu f'possession in use u li llum waqgħu f'idejn il-gvern biex ikunu jistgħu jixtru l-fond fejn joqogħdu?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-fondi li jinsabu mibnija fuq proprjeta` li ġiet akkwistata taħt it-titolu ta` 'pussess u użu', jistgħu jinbiegħu biss wara li d-Dipartiment tal-Artijiet ikun akkwista it-titolu tal-proprjeta` li oriġinarjament kienet ġiet dikjarata bħala bżonnjuża għal skop pubbliku, dan skond l-Att II ta` l-2000 li jemenda l-Ordinanza dwar l-Akkwist ta` Artijiet għal Skopijiet Pubbliċi. Id-Dipartiment tal-Artijiet diġa` beda jagħmel dan f`ċerti każijiet u bi ħsiebu jkompli jagħmlu skond ir-riżorsi li jkollu. Sadanittant ir-residenti huma mitluba li jagħmlu applikazzjoni għax-xiri tal-fond fejn joqgħodu lill-Awtorita` tad-Djar.

Pulizija — Każ dwar mewt ta' persuna mir-Rabat

Question

Jista' il-Ministru jgħid x'kienet il-kaġun tal-mewt ta' persuna li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, li mietet fl-10 ta' Ġunju 2000 fl-isptar San Luqa?

Response (BORG, TONIO)

Ġentilment nissuġerixxi lill-Onorevoli Interpellant jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru ikkonċernat.

Membri tal-ġudikatura — Travel Fund

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif intużaw il-fondi ta' Lm5000 ċirca bħala travel fund, dawn l-aħħar tlett (3) snin, min użahom u fejn marru bihom membri tal-ġudikatura?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi l-ivjaġġar tal-membri tal-ġudikatura f`dawn l-aħħar tlett (3) snin huwa kif jidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Tribunal lokali — Multi mhux imħallsa

Question

Jista' il-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari 1611 dwar multi mhux imħallsa lit-tribunali lokali?

Response (BORG, TONIO)

Għar-rigward ta` l-ewwel parti tal-mistoqsija, nissuġġerixxi l-Onor. Membru sabiex jirreferi din il-mistoqsija direttament lill-Kunsilli Lokali. Għar-rigward tat-tieni parti tal-mistoqsija, ninsab infurmat illi l-ammonti ta` multi pendenti tat-Tribunal Lokali mill-1 ta` Jannar 2000 sat-30 ta` Ġunju 2003 huma dawn: Valletta - Lm 64,218 Msida - Lm122,745 Sliema - Lm197,089 Birkirkara - Lm143,846 Żejtun - Lm107,870 Żurrieq - Lm119,768 Qormi - Lm 63,772 Mosta - Lm211,515 Fgura - Lm105,829 Gozo - Lm 30,338

Gabbana mikrija mid-Dipartiment ta' l-Artijiet

Question

Jista' il-Ministru jgħid kif gabbana li kienet mikrija mid-Dipartiment ta' l-Artijiet biex minnha jinbiegħu l-minerali u xi ikel ħafif, biddlet l-attivita' kummerċjali tagħha u saret tinnegozja fir-real estate mingħajr il-permessi tad-Dipartiment ta' l-Artijiet? Billi saru diversi rapporti, anke bil-miktub, lill-Enforcement Section ta' dan l-istess dipartiment, fuq din il-gabbana li qiegħda fil-playing field fir-Rabat Għawdex u s'issa għadhom ma ttieħdu l-ebda passi, jista' jgħid meta d-Dipartiment ta' l-Artijiet se jagħmel xogħlu u jieħu l-passi neċessarji skond il-liġi?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi ma jirriżultax li saru rapporti verbali jew bil-miktub lill-Enforcement Section tad-Dipartiment tal-Artijiet rigward il-bidla ta` l-attivita` kummerċjali li saret fil-gabbana li hemm mikrija fil-playing field tar-Rabat, Għawdex. Id-Dipartiment tal-Artijiet qiegħed jagħmel l-investigazzjonijiet tiegħu u se jieħu l-passi neċessarji li hemm bżonn, skond il-liġi.

Immigranti illegali

Question

Jista' il-Ministru jitfa' dawl fuq il-pożizzjoni legali ta' dawk l-immigranti illegali li qed jinżammu fid-diversi ċentri madwar Malta, bħal Ta' Kandja? Jista' ukoll jitfa' dawl fuq is-sitwazzjoni u kundizzjoni attwali ta' dawn il-persuni? Kemm minnhom qed jinżammu f'Ta' Kandja?

Response (BORG, TONIO)

Ninsab infurmat illi fost l-immigranti illegali li fil-preżent qed jinżammu fid-diversi ċentri, hemm min qiegħed jistenna l-eżitu ta` l-applikazzjoni għall-refugee status. Filwaqt li hemm numru ieħor li qiegħed jistenna l-eżitu tal-kawża Kostituzzjonali. Imbagħad hemm uħud li qed jistennew id-dokumenti meħtieġa sabiex jiġu ripatrijati. Ninsab infurmat ukoll illi fil-preżent hemm 65 immigrant illegali miżmuma f`Ta` Kandja.
Leg 10 PQ #1923 Sitting 41 2003-10-13 Oral · Final From: CLYDE PULI To: Ministeru tal-Ġustizzja u l-Intern

Kunsilli lokali — Ġbir ta' multi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm huma l-arretrati mill-ġbir ta' multi li kull kunsill lokali għandu jiġbor minn meta ngħata d-delega sat-30 ta' Ġunju 2002 kif ukoll minn meta ngħata d-delega sa l-aħħar jum ta' Settembru 2003?

Response (BORG, TONIO)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għat-Tweġiba li jien tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru. 1872 f`din l-istess Seduta.