Jista' il-Ministru jikkwantifika n-numru ta' studenti li ġew eżentati milli jħallsu l-miżata tal-Matsec fis-snin 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-eżenzjonijiet mill-ħlas ta' miżati għall-eżamijiet tal-MATSEC, fis-snin 2000, 2001, 2002 , 2003 u 2004 huma :
SEC ADVANCED TOTAL
& INTERMEDIATE
2000 374 116 490
2001 266 78 344
2002 309 67 376
2003 368 71 439
2004(s'issa) 395 61 456
Jista’ il-Ministru jgħid għaliex il-lift il-ġdid li ġie nstallat fi tmiem il-vaganazi tas-sajf fi New Block fil-Junior Lyceum tal-Bniet, Sir Adrian Dingli, Pembroke għadu ma jaħdimx, u dan wara li għaddew aktar minn xahrejn mill-bidu ta' l-iskola? Meta huwa previst li jaħdem?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-lift ta' Sir Adrian Dingli Girls' Junior Lyceum qieġħed jiffunzjona.
Jista' il-Ministru jgħaddi suġġeriment lill-Universita' li fil-University Residence f'Ħal Lija l-istudenti regolari ma jiġux imħallta ma' dawk tal-Erasmus programme li qegħdin itellfuhom?
Response (GALEA, LOUIS)
Iva, għaddejt dan is-suġġeriment lill-Awtoritajiet ta' l-Universita'.
Jista' il-Ministru jagħti lista ta' dawk il-websites Maltin li d-dipartiment ta' l-edukazzjoni ddeċieda li jimblokka l-aċċess għalihom fis-sistema Schoolnet fl-iskejjel primarji u sekondarji ta' l-istat? Fuq liema kriterji dawn il-websites Maltin qed jiġu mblukatti? Se tingħata l-possibbilta' lill-għalliema li jkollhom aċċess għall-internet li ma jkunx ristrett daqs dak mogħti lill-istudenti f'dawn l-iskejjel?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Universita'/Junior College — Stipendji ta' l-istudenti
Question
Jista' il-Ministru jgħid kemm il-gvern ħallas għall-istipendji ta' l-istudenti ta' l-Universita' u Junior College fis-snin 2002, 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Gvern ħallas bħala għotjiet ta' manteniment lill-istudenti tal-Junior College hekk :-
Sena Ammont
2002 Lm792,600.235
2003 Lm870,379.647
2004(s'issa) Lm755,576.673
Informat ukoll li l-ammonti fil-każ ta' l-istudenti ta' l-Universita' huma :-
Sena Ammont
2002 Lm2,845,291.76
2003 Lm3,058,731.81
2004 Lm2,838,854.62
Malta Basketball Association — Regoli dwar ċittadinanza doppja
Question
Jaqbel il-Ministru, anke in vista ta' appell li għamel il-president tal-Malta Basketball Association, il-Maġistrat Mizzi fis-27 ta' Awissu 2004 u kif rappurtat fil-media l-għada, li r-regoli viġenti dwar ċittadinanza doppja (li jridu li applikant għall-passaport Malti jkun ilu residenti Malta għal ta' l-inqas ħames snin) jiġu rilassati sabiex Maltin hekk imsejħa ''second or third generation" ikunu jistgħu jilagħbu għan-nom ta' Malta f'kompetizzjonijiet internazzjonali għall-vantaġġ u ġid ta' l-isport Malti?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat illi l-kwistjoni għandha riprekussjoni u implikazzjonijiet li jmorru oltre il-kamp ta' l-Isport, għalhekk il-mistoqsija għandha tiġi magħmula lill-Ministeru responsabbli għaċ-Ċittadinanza.
B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 8233, jista’ il-Ministru jinnota li ridt infisser ‘attivi f’xi sport’ u allura jista’ jgħid jekk għadhomx jieħdu sehem attiv f’xi dixxiplina sportiva?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-impjegati tal-KMS li jippratikaw xi dixxiplina sportiva b'mod regolari huma :-
Stephen Bonniċi - Fitness
Edwin Buttiġieġ - Fitness
David Carabott - Player tal-Futbol
William Chetcuti - Tiratur
Rachid Chouchal - Atletika
Malcolm Galea - Player tal-Boċċi
Michael Micallef - Fitness
Joe Saliba - Underwater fishing
Diversi impjegati oħra jipprattikaw sport u eżerċizzji fiżiċi bħala delizzju.
Jista’ il-Ministru jgħid liema huma dawk l-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u dawk indipendenti li qed jieħdu sehem fil-proġett Comenius? Ma’ liema skejjel ta’ pajjiżi oħra qegħdin f’kuntatt?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub ser jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Awtorita' dwar is-Saħħa u Sigurta' fuq il-Post tax-Xogħol
Question
Tista' il-Ministru tgħid jekk hemmx każi fejn l-awtorita' tas-saħħa u sigurta' fuq il-post tax-xogħol tiċċekkja jekk bini hux qed jinbena b'periklu kbir fuq it-tafal bis-sogru li jċedi 'l quddiem b'konsegwenzi traġiċi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li din mhix materja li taqa' direttament taħt l-Att dwar l-Awtorita' għas-Saħħa u s-Sigurta fuq il-post tax-xogħol (Kap 424), iżda hija regolata minn liġijiet li jikkontrollaw il-professjoni tal-periti.
Jista' il-Ministru jispjega l-anomalija apparenti fil-każ ta' persuni - dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament - persuna li f'Settembru 1999 daħlet bħala għalliema fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni (salary scale 9 u bħalissa qed tgħallem fl-iskola sekondarja tar-Rabat Malta) meta sa dakinhar kienet senior pharmacist salary scale 7, mentri ex-kollega tagħha - dettalji dwarha wkoll qed jintbagħtu separatament - bħala senior pharmacist scale 7 u li kienet junior ta' l-ewwel persuna fis-servizz u l-mertu, fit-23 ta' Settembru 2004 ddaħlet bħala għalliema fid-dipartiment ta' l-edukazzjoni fl-iskola sekondarja tas-subien ta' l-Imtarfa u tħalliet iżżomm is-salarju u l-iskala tagħha, cioe' scale 7? Jarax il-Ministru li hawn si tratta ta' maladministrazzjoni jew diskriminazzjoni fil-konfront ta' l-ewwel persuna?
Response (GALEA, LOUIS)
Ninsab informat li l-persuna indikata mill-Onorevoli Interpelant kienet bdiet taħdem mad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni f'Settembru ta' l-1999 u kienet ġiet appuntata għalliema fil-25 t'April 2000.
Informat ukoll li f'April ta' l-2000, jiġifieri meta din il-persuna ġiet appuntata għalliema, kien hemm fis-seħħ il-provvedimenti ta' l-Estacode paragrafi 2.2.2.2 u 2.2.3 li dakinhar kienu jiġu nterpretati bħala li jfissru li mpjegat ma jistax jeċċedi l-massimu ta' skala bażika fl-grad il-ġdid.
F'Settembru ta' din is-sena, ġiet l-persuna l-oħra indikata mill-Onorevoli Interpellant. Fil-każ ta' din il-persuna, li wkoll kienet tokkupa kariga u skala simili bħal persuna l-oħra, il-paragrafi ta' l-Estacode ndikat hawn fuq ġew applikati fil-każ tagħha skond kif titlob iċ-Ċirkulari MPO62/01 ddatata 24 ta' Lulju 2001.
Jista' il-Ministru jgħid kemm żgħażagħ Maltin ipparteċipaw f'xi wieħed mill-programmi ta' l-Unjoni Ewropea miftuħa għaż-żgħażagħ u studenti (bħal Socrates, Youth u Leonardo) fis-snin 2003 u 2004 (s'issa)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-total ta' parteċipanti żgħażagħ bejn ħmistax u ħamsa u għoxrin sena li bbenefikaw mill-programm YOUTH mill-2003 sal-1 ta' Settembru 2004 kienu 574.
Informat ukoll li f'kull azzjoni f'dawn is-sentejn, ħadu sehem daqshekk :
Azzjoni Total 2003 Total sa l-1 ta' Total
Settembru 2004
Skambji ta' żgħażagħ 239 209 448
Servizz Voluntarju Ewropew 1 3 4
Inizzjattivi miż-Żgħażagħ 53 26 79
Miżuri ta' Appoġġ 23 20 43
Total 316 258 574
F'dawn il-figuri ma jissemewx in-numru sostanzjali ta' żgħażagħ Maltin li pparteċipaw fil-programm YOUTH fi skambji multilaterali organizzati minn għaqdiet f'pajjiżi oħra u mħallsa mill-aġenziji tal-pajjiż fejn jkun qed jintlaqgħu iż-żgħażagħ. Dan għaliex dawn iż-żgħażagħ ma japplikaw għal fondi fl-Agenzija Maltija imam japplikaw għalihom l-għaqdiet barranin.
Jista' il-Ministru jgħid kemm iggradwaw studenti mill-Institute for Tourism Studies fl-aħħar sena akkademika? Kemm applikaw biex jidħlu fis-sena akkademika l-ġdida?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li n-numru ta' studenti li ggradwaw mill-Institute of Tourism Studies fl-aħħar sena akkademika (Diċembru 2003) kien ta' 136. Informat ukoll li n-numru ta' studenti li applikaw biex jidħlu fl-FTS fis-sena skolastika l-ġdida (2004/2005) huwa ta' 325.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jinħatar kap ġdid għall-iskola primarja tax-Xgħajra minħabba li l-kap preżenti mhux qed jidħol għax-xogħol għar-raġunijiet personali? X'inhi r-raġuni li l-assistent kap li kien hemm ftit taż-żmien ilu tneħħa? Jaf li fil-preżent hemm għalliema li hija senior li filwaqt li qed tgħallem qed tieħu ħsieb l-iskola hi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li diġa intbagħtet persuna biex tmexxi l-iskola tax-Xgħajra fl-assenza tal-Kap ta' l-Iskola.
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġie jiswa r-rapport ta' Roderick Chalmers? Kemm tħallsu l-membri kollha, inkluż min serva ta' konsulent, għal dan ir-rapport?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li r-rapport ta' Roderick Chalmers ġie jiswa Lm10,831. Informat ukoll li l-membri kollha inkluż minn serva ta' konsulent għal dan ir-rapport tħallsu hekk :
Roderick Chalmers - Nil
Prof. Rev. Peter Serracino Inglott - Nil
Mr Jacques Sciberras - Lm5,027(inc.VAT)
Mrs Ann Marie Thake - Lm2,050(inc.VAT)
Riċerka u analiżi - Lm3,573
Stationery, Photocopies, Binding - Lm181
Total - Lm10,831(inc. VAT).
Jista' il-Ministru jgħid x'makkinarju u riżorsi għandu l-mechanical institute ta' l-MCAST għad-diversi korsijiet li għandu? Jista' jgħid ukoll meta nxtara dan il-makkinarju?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-makkinarju inxtara minn Settembru 2003 s'issa, ħlief xi ftit oġġetti li kienu ttrasferiti minn Umberto Calosso u t-Technical Institute. L-Istitut għandu l-makkinarju u riżorsi kollha meħtieġa għad-diversi korsijiet.
Jista' il-Ministru jinforma lill-Kamra jekk hux qed issir ħsara fl-iskola primarja ta' Raħal Ġdid bid-dħul ta' l-ilma tax-xita kull meta jkun hemm maltempata?
Jista' jinforma lil din il-Kamra x'sar is-sena l-oħra u din is-sena biex din il-ħsara ma tkomplix isseħħ fil-konkos tas-soqfa u fis-suffetti (tas-sala u tat-taraġ)?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-ħsara li kien hemm fil-membrane tal-bejt issewwiet għas-sodisfazzjon ta' l-iskola.
Jista' il-Ministru jgħid kif se jintlaqat ħaddiem li jaħdem bix-shift mill-festi li neħħa l-gvern għall-weekends?
Response (GALEA, LOUIS)
Bħalissa qed naħdem fuq l-emendi meħtieġa fil-liġi u fir-regolamenti li għad iridu jiġu pubblikati. It-tagħrif mitlub isir pubbliku meta jiġu pubblikati dawn l-emendi.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk l-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne’ hijiex reġistrata mal-Kunsill Malti għall-Isport?
X’ passi se jieħu l-Ministru sabiex jaccerta ruħu li din l-Assoċjazzjoni li dalwaqt se jingħatalha bini ġewwa Tigne’ tinsab konformi ma’ l-istatut tagħha li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra fl-1999?
Jista’ jinnota li skond dan l-istatut hu għandu d-dritt li jaħtar liaison officer fuq il-Kunsill tat-Tmexxija ta’ din l-Assoċjazzjoni?
Min huwa dan il-liaison officer?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-Assoċjazzjoni Sportiva Tigne mhijiex reġistrata mal-Kunsill Malti għall-Isport.
Informat ukoll li l-Kunsill Malti għall-Isport qed isegwi l-każ mal-Kummissarju tal-Artijiet.
Jista’ il-Ministru jgħid jekk hemmx policy li l-uniformijiet, inkluż it-track suits, jinxtraw bilfors mill-iskejjel? F’każ li dan mhux il-każ, jista’jgħid x’ inhi r-raġuni li fl-iskola Sir Adrian Dingli ta’ Pembroke qed isir dan? Jista’ jgħid ukoll għalfejn il-ġenituri ma jitħallewx jidħlu mat-tfal tagħhom biex jixtru l-uniformjiet, aktar u aktar meta jgħidulhom li dak li jixtru t-tfal ma jistgħux jirritornawh?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-iskola ta' Sir Adrian Dingli, Pembroke hija waħda mill-iskejjel li ddisinjat track suit għall-istudenti tagħha. Fis-sajf, l-iskola toffri s-servizz u tistieden lill-ġenituri biex ma' uliedhom jixtru l-uniformi inkluża t-track suit.
Skola Sekondarja Giovanni Curmi — Għalliem tal-Matematika
Question
Jista’ il-Ministru jgħid meta se jkun hemm għalliem tal-Matematika fil-kors ta’ l-ewwel sena tal-matriculation fil-Higher Secondary Giovanni Curmi?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li ma jirriżultax li fl-iskola Giovanni Curmi hemm xi nuqqas ta' għalliema tal-Matematika. Informat ukoll li il-complement sħiħ ta' l-għalliema tal-Matematika ilu f'din l-iskola sa mill-ewwel jum tas-sena skolastika.