Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiġu impjegati security officers għal mat-tempji storiċi?
Jekk iva, meta u dawn se jingħażlu mis-servizz pubbliku jew minn barra?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li d-Dipartiment tal-Mużewijiet qiegħed f'diskussjonijiet fuq din il-materja mal-Management and Personnel Office.
Jista' l-Ministru ġentilment jgħid jekk studenti li qedgħin it-Technical Institute ġewx avżati li jekk ma jsibux sponsor jinqagħatalhom l-istipendju li jieħdu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-istudenti li qegħdin fl-Iskema tat-TAS, li jinkludu l-istudenti li jattendu t-Technical Institute, jibqgħu jieħdu l-manteniment fiss ta' Lm40 fix-xahar jekk jattendu regolarment għal-lezzjonijiet fl-iskola.
Jekk dawn ma jkollhomx sponsor, ma jirċevux il-paga li jagħtihom l-isponsor. Ta' min jinnota li l-Employement and Training Corporation (ETC) tgħin lill-istudenti biex isibu sponsor.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ħaddiema tal-Gvern tħarġu permezz tal-programm tal-UE, Leonardo, dipartiment f'dipartiment, sena b'sena f'dawn l-aħħar snin
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm impjegati bħalissa fil-Pixxina Nazzjonali? X'inhu ix-xogħol tagħhom? Min fejn hu kull impjegat? Meta daħal jaħdem għall-ewwel darba mal-pixxina?
Għaliex se jiddaħħal xi ħadd biex jissorvelja dawn l-impjegati metadawn huma relativament ftit fin-numru? Ic-chairman li jkun għall-siegħat twal fil-post ma jsitax jgħamel dan flok jintefqu mijiet ta' liri oħra? X'rekwisiti qed jintalbu għall-dan il-post ġdid?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-impjegati li hemm mal-Pixxina Nazzjonali huma dawn:
Isem Bidu ta' Mpieg Xogħol Lokalita`
Full Time
Franklin Axisa April '98 Aquatic Facility Operator San Ġwann
Emanuel Reitano April '98 Security/Maintenance Tarxien
Elisabeth Valentine April '98 Cleaner Tarxien
Alan Falzon April '98 Aquatic Facility Operator San Ġiljan
Simone Żammit April '98 Receptionist/Clerk Mellieħa
William Galea April '98 Receptionist/Clerk Kalkara
Melvin Micallef Marzu '00 Aquatic Facility Operator Santa Lucia
Larkin Pisani Marzu '00 Aquatic Facility Operator Ħamrun
Alfred Grima Ġunju '00 Security/Maintenance Paola
Edwin Buttiġieġ Awissu '00 Gym Instructor Żabbar
Patrick Attard Mejju '01 Front Office Staff Sliema
Part Time
Rachid Chouhal Settembru '00 Gym Attendant Marsa
Part Time / Casual
Etienne Gatt Frar '01 Messenger/Driver Paola
Il-volum tax-xogħol fil-Pixxina żdied konsiderevolment wara t-tlestija tal-gym, l-isquash courts u uffiċini ġodda. Barra minn hekk qed ikun hemm aktar użu tal-Pixxina kemm mill-Iswimming Promotion Unit kif ukoll minħabba l-fatt li qegħdin noqorbu lejn is-Sajf u l-Pixxina qegħda tkun frekwentata aktar. Barra minn hekk kien hemm xi ħaddiema oħra li spiċċaw. Għalhekk inħass il-bżonn li jiddaħħal supervisor. Ir-rekwisiti ta' dan il-post kienu jinkludu l-kapaċita` li jmexxi u jikkontrolla ħaddiema fuq sistema ta' roster u li jkollu esperjenza f'dan il-qasam, li jkun jaf juża computer, ikun kapaċi jaħgmel xogħol relatat ma' customer relations u li jkun dispost jaħdem flexi hours.
Għalkemm iċ-Chairman ikun fuq il-post tax-xogħol għal siegħat twal, dan ikun okkupat b'xogħol ieħor relatat mat-tmexxija u amministrazzjoni tal-Pixxina.
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ma kienx hemm biżżejjed medalji tar-rebħ biex jitqassmu lit-tfal li ħadu sehem fil-Kampjonati tal-Għawm organizzati nhar il-Ġimgħa, 18 ta' Mejja fil-Pixxina Nazzjonali?
X'se jsir issa għall dawk li suppost ħadu medalja kull wieħed fit-tlilaq tar-relay? Peress li t-taqsima sport tal-Ministeru tiegħek kient l-organizzatur ewlenija għaliex tħalla li jsir dan l-iżball?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-organizzazzjoni tas-Swimming Festival fl-Olympic YouthFest ma kenitx f'idejn is-Sezzjoni ta' l-Edukazzjoni Fiżika tad-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni iżda f'idejn l-Amateur Swimming Association.
Is-sehem tas-Sezzjoni ta' l-Edukazzjoni Fiżika kien li ssir promozzjoni fl-iskejjel dwar dan l-avveniment sportiv u li tiġbor l-applikazzjonijiet tal-parteċipanti.
Jista' l-Ministru jgħid x'tip taż fuel qed jintuża fil-Pixxina Nazzjonali? Kemm ġie ordnat fuel mill-1 ta' Jannar 2001 sal-15 ta' Mejja? Kemm kien jiswa? Kemm tħallas? Meta beda ix-xogħol fuq id-diving pool fil-Pixxina Nazzjonali? Meta se jintemm? Kemm hu stmat li se jiġi iffrankat fuel sakemm jitlesta dan ix-xogħol? Min huwa l-kuntrattur li jissupplixxi l-fuel? Meta l-aħħar saret sejħa pubblika għall dan il-għan?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tip ta' fuel li qed jintuża fil-Pixxina Nazzjonali huwa pitrolju. Bejn l-1 ta' Jannar u l-15 ta' Mejju 2001 ġew ordnati 279,315 litru. Dawn jiswew Lm35,007. Din is-sena l-kuntrattur tħallas Lm16,906. Il-kuntrattur huwa Mark Cassar Fuel Supplies. L-aħħar sejħa pubblika saret f'April 2000.
Ix-xogħol fuq id-diving pool beda fit-23 ta' April u mistenni jitlesta sat-18 ta' Ġunju 2001. Dan ix-xogħol ma sarx biex jiġi ffrankat il-fuel.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhu r-raġuni għala l-watchmen qegħdin jitneħħew mill-iskejjel? Dan japplika għall-iskejjel kollha, kemm primarja kif wkoll sekondarji? Minn liema skejjel tneħħew il-watchmen sal-lum?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tmintax-il watchmen inqalgħu minn xogħol ieħor li kienu qed jagħmlu fl-iskejjel Primarji u ntbagħtu jagħmlu xogħol mad-Dipartiment tal-Mużewijiet fuq siti storiċi.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi ħadu l-awtoritajiet tal-Mużew biex art qrib il-Ġgantija ma tibqax tintuża bħala junk yard ? X'kien dawn il-passi? Fejn waslu? Hemm xi ħsieb li din il-biċċa art tinbidel fi ġnien ta' mistrieħ għall-viżitaturi tat-tempju?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li uffiċjali tad-Dipartiment tal-Mużewijiet ma raw ebda akkumulazzjoni ta' skart li tista' tissejjaħ junk yard fl-inħawi immedjati tal-Ġgantija. Għaldaqstant nixtieq nitlob lill-istess Onor. Membru jindikalna b'mod iżjed ċar għal liema medda ta' art qed jirreferi fil-Mistoqsija.
Jista' l-Ministru jikkonferma li l-għalliema qed jirrifjutaw li jidħlu għall-kors tal-Matematika, Mekkanika u lezzjonijiet oħra ta' l-Inġinerija fl-Istitut Tekniku M A Sapiano wara l-ħin normali bejn 9.00 am u 2.15pm? X'inhuma r-raġunijiet? Huma marbuta ma' ħlas baxx ta' overtime lill-għalliema?
X'qed isir biex il-lezzjonijiet wara l-ħin meħtieġa jsiru xorta u l-istudenti jlaħħqu l-program kollu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li numru ta' għalliema fl-Istitut Tekniku Mikielanġ Sapiano qegħdin jirrifjutaw li jidħlu għall-korsijiet li jsiru wara l-ħin normali ta' l-iskola wara li saru jafu bir-rata l-ġdida ta' ħlas b'effett minn Jannar 2000.
Id-Diviżjoni qiegħda tikkomunika mal-Management and Personnel Office u mal-Ministeru tal-Finanzi biex tinstab soluzzjoni dwar it-talba għal ħlas adegwat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm għandu każi quddiemu l-Istatementing Board ta' tfal li suppost bdew jattendu l-iskola matul din is-sena u s'issa għadhom ma bdewx? X'inhuma r-raġunijiet li għadhom ma bdewx jattendu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li kull każ li ġie deċiż mill-iStatementing Board ta' tfal li suppost jattendu l-iskola u għandhom ikollhom facilitator ġew mogħtija din l-għajnuna. Hemm każ ta' tifel li għalkemm ġie provdut bl-għajnuna dan mhux qed jattendi.
Jista' l-Ministru jgħid f'hiex waslet l-applikazzjoni ta' tifel li d-dettalji tiegħu qed jitbagħtu separatament biex f'April 2001 jibda jattendi l-kindergarden bl-għajnuna meħtieġa skond il-bżonnijiet tiegħu?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li t-tifel li ismu ingħata separatament qiegħed jattendi l-kindergarten, b'-għajnuna neċessarja indikata mill-iStatementing Board.
Jista' l-Ministru jgħid hux veru li f'ċerti blokki fl-Iskola ta' maria Assunta, l-Ħamrun, is-sistema ta' l-elettriku għadha tant l-antika li l-wires għadhom minn dawk tad-drapp u b'hekk jippreżentaw ċerti perikli? X'sar jew x'se jsir mid-Dipartiment dwar dan u meta?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tliet blokki fl-Iskola Sekondarja Marija Assumpta, Ħamrun għad għandhom sistema tad-dawl antika. Għalhekk hemm limitazzjonijiet fil-manutenzjoni ta' din is-sistema. Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni nkarigat lill-periti tagħha biex iħejju l-ispeċifikazzjonijiet għall-ħruġ ta' tenders sabiex jinbidlu l-istallazzjonijiet ta' l-elettriku fl-imsemmija blokki.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-arranġament ta' tindif li hemm fl-Iskola Primarja A - San Bastjan - Ħal Qormi, minħabba li l-istat ta' l-indafa mhux wieħed xieraq?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li fl-iskola San Bastjan Primarja 'A' hemm 'full complement' ta' staff.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-film li ixxandar fuq stazzjon lokali tal-cable li d-dettalji tiegħu qed nibgħathom under separate cover kellux il-permess mill-bord taċ-ċensura li jixxandar fuq it-televiżjoni ? Films ta' din in-natura b'nudita u mossi provokattivi ta' natura sesswali, xieraq li jixxandar fid-9.00 pm meta ħafna tfal ikunu għadhom mqajmin?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-PBS ma għandhiex x'taqsam mal-films li jixxandru fuq Channel 45 - The Movie Channel. Tajjeb li l-Onor. Kollega jirreferi l-Mistoqsija għall-konsiderazzjoni ta' xi dekasteru ieħor.
Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Maltacom plc mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Jista' l-Ministru jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijet?
Response (GALEA, LOUIS)
Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm għalliema li mhumiex jgħallmu f'xi klassi? F'liema dipartimenti, entitajiet u oqsma oħra jaħdmu li jaqgħu taħt l-istess Ministeru ta' l-Edukazzjoni u setturi oħra li jaqgħu taħt Ministeri oħra? Ħareġ transfer uffiċjali għalihom f'kull każ mill-MPO? F'kull każ x'allowance qed jieħdu dawn l-għalliema trasferiti f'oqsma oħra?
Response (GALEA, LOUIS)
It-tagħrif mitlub qed jinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ilu li fetaħ il-Kavallier ta' San Ġakbu xi ħlassijiet ta' sahra saru lill-persuni li b'xi mod jew ieħor jagħmlu xogħol fiċ-Ċentru tal-Kreattivita'?
Kemm ħa ħlas ta' overtime, allowances kull persuna li b'xi mod jew ieħor qed taħdem ma' dan iċ-Ċentru?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li tlett persuni li jaħdmu mad-Dipartiment tal-Kultura, ħadmu sahra fiċ-Ċentru għall-Kreattivita`.
Dawn kienu:
Is-Sur Paul Busuttil li tħallas Lm47.00
Is-Sur Charles Vassallo li tħallas Lm39.00
Is-Sur Joseph Micallef li tħallas Lm36.00
Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna li d-dettalji tagħha jidhru separatament se tiġi mogħtija facilitator? Mehmuzha separatament ukoll kopja ta' ittra li tispjega 'l bżonn tal-persuna msemmija?
Response (GALEA, LOUIS)
Informat li l-persuna indikata waslet sabiex tiġi assessjata dwar jekk it-talba għal facilitator hiex ġustifikata jew le.