Legislature:
Category:
Reset
Active:

Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili — Trasferimenti

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sal-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema tad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Ċivili? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li kien hemm zewġ impjegati fid-Dipartiment ta` l-Avjazzjoni Ċivili li ngħataw `transfer` bejn is-16 ta` Settembru 1999 u l-4 ta` Jannar 2000. F`każ minnhom, l-impjegat konċernat m`għażilx li jmur ma` l-MIA u baqa` mad-Dipartiment fejn ix-xogħol tiegħu ma kienx aktar meħtieġ. Fil-każ l-ieħor, il-persuna konċernata ngħatat `transfer` għal mad-Direttur tal-`Corporate Services` fl-istess Ministeru.

San Pawl il-Baħar — Għoti ta' tarmac

Question

Peress li l-maltemp kkawża ħafna ħsarat fit-toroq ta' San Pawl il-Baħar, jista' l-Ministru jara li jsir programm ta' għoti tat-tarmac f'din il-lokalita'? Jista' jara li f'dan il-programm ta' għoti ta' tarmac f'San Pawl il-Baħar jinkludi toroq Romano Perellos, Emanuele Pinto, Jean de la Valette? Jista' jgħid kemm-il metru tarmac ingħata f'San Pawl il-Baħar matul l-1997, 1998 u 1999?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-toroq indikati huma parti minn xogħol ippjanat fl-inħawi ta` San Pawl il-Baħar. L-ammont ta` `hot asphalt` li ngħata f`san Pawl il-Baħar fis-snin indikati hu kif ġej: 1997 - 1660m 1998 - 800m 1999 - 2474m Tajjeb wieħed jinnota li fit-tul ta` `tarmac` li sar fl-1998 irid jerġa jinqala gandott li minnu jgħaddi cable ta` l-Enemalta u ieħor tal-Melita Cable. Dan kien diġa magħruf qabel sar ix-xogħol fl-1998. Fl-istess ħin, hemm tul ta` 400m fix-xogħol li sar fl-1999 li fihom trid tinbidel is-sistema tad-drenaġġ.

Vetturi — Vetturi liċenzjati

Question

B'riferenza għar-risposta ta' mistoqsija parlamentari numru 13486, jista'l-Ministru jgħid kemm minn dawn il-vetturi huma liċenzjati li jidħlu l-Belt Valletta?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li hemm 49,569 vettura lliċenzjati biex jidħlu l-Belt.

Zabbar — Triq il-Luq - culverts

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12941, jista'l-Ministru jara li ssir xi ħaġa temporanja, minħabba li diġa' jeżistu culverts sabiex ma tibqax issir ħsara lill-abitanti ta' Triq il-Luq meta tagħmel ix-xita?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li saret spezzjoni wara d-djar li jagħtu fi Triq il-Luq fejn qed joqgħod l-ilma u d-Dipartiment ser jara jekk il-'culverts' humiex miżdudin.

Mosta — Toroq

Question

Jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra jekk kemm-il darba t-triq bl-isem Alley no.6 Main Street, Mosta hux kompetenza tal-kunsill lokali tal-Mosta li ssir jew le, u f'kull każ, jista' jinforma l-Kamra jekk din hijiex se tiġi rranġata billi qed jingħad li ilha snin twal biex issir?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Leg 9 PQ #13767 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

VRT — Testijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienu l-vetturi li diġa' sar l-VRT fuqhom sal-lum? Kemm kien hemm inġenji li weħlu mit-test?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Nru, 12802. Iċ-ċifri għax-xahar ta` Jannar għadhom mhux magħrufa peress li l-operaturi tat-`Testing Stations` għandhom sa nofs ix-xahar ta` wara biex jibgħatu l-informazzjoni lid-Dipartiment. Huma obbligati li jagħmlu dan sa nofs ix-xahar ta` wara.
Leg 9 PQ #13768 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

VRT tests

Question

Jista' l-Ministru jgħid meta se jsiru l-VRT test fuq l-ingenji tal-gvern? Kemm hemm ingenji li huma tal-gvern? X'tip ta' ngenji huma?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien nfurmat li l-`Vehicle Roadworthiness Test` fuq l-inġenji tal-Gvern isir bħal vetturi oħra jiġifieri meta jkun imisshom, skond ix-xahar tal-liċenzji. Il-gvern għandu `l fuq minn 1,500 vettura. Dawn huma ta` diversi tipi bħal karozzi, vannijiet, trakkijiet, gafef, eċċ.

Naxxar — Triq il-Ħannewija

Question

Wara li l-Ministru jikkonsulta mar-Roads Department jista' jara meta se ssir it-Triq il-Ħannewija, Naxxar li għalkemm hi abitata b'diversi residenti li ilhom żmien joqogħdu hemm, għadha aktar tixbaħ wiċċ il-qamar milli triq ta' pajjiż li qed jaspira li jkun fl-Unjoni Ewropea? Meta hu maħsub li ssir din it-triq? Kemm hu stmat li tiġi tiswa? Għaliex s'issa anqas biss għad hemm is-servizzi ta' utilities?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li t-triq ġiet spezzjonata u l-iżvilupp tagħha għadu lura ħafna.

Traffic Control Board — Vibes

Question

Jikkonsidra l-Ministru li jpoġġi talba lit-traffic control board sabiex fil-viċinanza tal-Vibes isiru xi forma ta' prekawzjonijiet, kemm għat-traffiku kif ukoll għall-pubbliku, sabiex jiġi assigurat safe crossing min-naħa għal oħra ta' din it-triq traffikuża?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għaddejt it-talba ta' l-Onor. Interpellant lill-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku biex jara x'jista' jsir.

Birkirkara — Triq Santa Rita - Toroq

Question

Billi din is-sena jaħbat iċ-ċentinarju ta' Santa Rita, jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet biex Triq Santa Rita, Birkirkara, tiġi rranġata billi l-pelligrinaġġ ta' Santa Rita se jgħaddi minn din it-triq u barra minn hekk meta tagħmel ix-xita din it-triq tkun ta' inkonvenjent għar-residenti u dawk li jużaw din it-triq?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ħareġ sejħa għal offerti biex jinbeda x-xogħol f'dawn it-toroq.

Birkirkara — Tal-Qattus - Toroq

Question

Jista' l-Ministru jagħti struzzjonijiet biex it-toroq f'Tal-Qattus, Birkirkara, jiġu rranġati billi, kif naħseb li jaf hu stess, it-toroq f'dan l-estate, speċjalment Triq Dr Paul Borg Olivier, jinsabu fi stat diżastruż?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ġa ħa passi biex jipprepara s-'schedules' tax-xogħol li jrid isir f'toroq ġodda f'din l-'area', u t-triq imsemmija mill-Onor. Interpellant qegħdha nkluża ma' dawn it-toroq.

Raħal Ġdid — Telephone box

Question

Jista' l-Ministru jara li ssir telephone box fi Triq Għajn Dwieli, Raħal Ġdid, minħabba li hija ta' bżonn għal numru ta' ħaddiema tat-tarzna u residenti ta' dik l-area?

Response (GALEA, ĊENSU)

Nitlob lill-Onor. Interpellant biex jagħmel din il-Mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.

Żejtun — Triq il-President Anton Buttigieg

Question

Jista' l-Ministru jgħid min mar jiżbogħ id-double lines f'parti ta' Triq il-President Anton Buttigieg, iż-Żejtun, meta marru u fuq struzzjonijiet ta' min?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li f`Diċembru li għadda l-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku rċieva talba mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun biex isiru d-`double yellow lines` li qed jirreferi għalihom l-Onor. Interpellant. Fit-18 ta` Jannar, 2000 Uffiċjali tal-Bord marru fil-post biex jikkunsidraw it-talba u sabu li l-linji kienu diġa miżbugħa. Il-Bord mhux f`pożizzjoni li jgħid min zebgħah il-linji inkwestjoni.

Wied il-Għajn — Triq il-Maħsel - Tarmac

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li tiġi rranġata u tingħata t-tarmac Triq il-Maħsel, Wied il-Għajn? Kemm-il triq ġiet asfaltata u/jew irranġata f'Wied il-Għajn minn wara l-aħħar elezzjoni u kemm intnefqu flus fl-istess perjodu fuq toroq f'Wied il-Għajn? Liema toroq se jsiru tul s-sena 2000 f'Wied il-Għajn?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li Triq il-Maħsel ġiet spezzjonata flimkien ma` toroq li hemm bżonn jiġu asfaltati f`Wied il-Għajn. Diġa ħarġu sejħiet għal offerti għal xogħolijiet f`diversi toroq li fil-każ ta` Triq il-Menħir diġa tqabbad kuntrattur għalijha. Peress li x-xogħol għadu qiegħed jiġi ppjanat mhux possibli li għalissa tingħata l-informazzjoni dwar kemm il-triq ser tiġi asfaltata din is-sena f`Wied il-Għajn. Ninsab infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq ma għamilx toroq f`Wied il-Għajn mill-elezzjoni `l hawn, iżda peress li kien hemm xogħol mill-Ministeru ta` l-Ambjent bħala parti mix-xogħol ta` l-`Embellishment`, l-Onor. interpellant hu mitlub jirreferi din il-parti tal-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Leg 9 PQ #13824 Sitting 240 2000-02-14 Oral · Final From: RITA LAW To: Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni

Vapur Chios

Question

Jista' l-Ministru jgħid xi precautions qed jittieħdu għal possibbilta' li l-vapur Chios jegħreq u joħroġ iż-żejt u d-diesel fil-baħar?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Awtorita` Marittima qed tieħu l-passi neċessarji biex tiddisponi mill-vapur.

Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni — Ħaddiema li spiċċaw

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien in-numru ta' ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment li jaqgħu taħt id-dekasteru tal-ministeru matul l-1998 u l-1999? Kemm kien in-numru ta' ħaddiema li matul l-1999 ġew trasferiti għal dipartimenti ta' ministeri oħra u xi grad kellhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li n-numru ta` ħaddiema Maltin u Għawdxin li spiċċaw jaħdmu minn mad-dipartiment fil-Ministeru għat-Trasport u Komunikazzjoni matul l-1998 u l-1999 huwa 24 u 32 rispettivament. Dwar it-tieni parti tal-mistoqsija, nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta tal-Mistoqsija Parlamentari Nru. 13170 magħmula lill-Prim Ministru.

Santa Venera — Triq il-Batterija - Culvert

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentaru numru 11317, dwar il-culvert fi Triq il-Batterija f'Santa Venera,jista'l-Ministru jgħid fiex wasal id-dipartiment tat-toroq fil-pjani li kellu iħejji għal dan ix-xogħol kif indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija msemmija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li dan ix-xogħol isir skond il-prijoritajiet tad-Dipartiment.

Qormi — Triq il-Ħelsien

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari nurmu 11395, dwar is-sigurta' ta' dawk li jaqsmu Triq il-Ħelsin f'Ħal Qormi, jista' l-Ministru jgħid fiex wasal l-istudju li d-Dipartiment kellu jagħmel dwar il-faċilita' għal pedestrians kif ġie indikat fit-tweġiba għall-mistoqsija msemmija?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-istudju għadu għaddej għaliex għalkemm jidher li jgħaddi aktar traffiku minn din it-triq milli wieħed jistenna f`żona residenzjali bħal din, irid jiġi stabbilit jekk dan hux qed jiġri minħabba li għaddej xogħol f`Imdina Road jew jekk hux traffiku li żdied fil-lokalita, u allura għad jibqa jgħaddi minn din it-triq.

Qormi — Triq 10 ta' Settembru 1456

Question

B'referenza għall-mistoqsija parlamentari numru 11568 dwar Triq 10 ta' Settembru 1456 u Triq San Ġorġ, Ħal Qormi, jista' l-Ministru jgħid meta Triq 10 ta' Settembru 1456 se ssir peress li ġie indikat fit-tweġiba li din it-triq hija mdaħħla fil-programm tax-xogħol u fiex wasal id-Dipartiment tat-Toroq fl-investigazzjonijiet li kellu jagħmel, kif indikat fit-tweġiba dwar il-periklu li jeżisti għar-residenti fi Triq San Ġorġ, minħabba l-iżdingar li hemm fi Triq 10 ta' Settembru 1456?

Response (GALEA, ĊENSU)

Għalissa m`għandi xejn x`inżid fuq ir-risposta mogħtija għall-mistoqsija parlamentari Nru. 11568.

Imdina — Toroq

Question

Peress li numru ta' toroq fil-belt ta' l-Imdina huma fi stat ħażin, jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xogħol ta' manutenzjoni fuqhom?

Response (GALEA, ĊENSU)

Jien infurmat li l-Ministeru għall-Ambjent m'ilux waqqaf il-Kumitat għar-rijabilitazzjoni ta' l-Imdina li fih hemm ukoll rappreżentanza mill-Kunsill Lokali. Dan diġa beda jħares lejn ix-xogħol li hemm bżonn isir fit-toroq tal-lokal.