Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu fabbriki ġodda minn Settembru sal-lum? Kemm inħolqu mpjiegi f'kull każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li matul il-perjodu msemmi nfethu hamsa u tletin fabbrika gdida u kien hemm tmien estensjonijiet ta` progetti ezistenti.
Nissuggerixxi li l-ahhar parti tal-mistoqsija ssir lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta huwa maħsub li jintemm il-proġett ta' l-istreet lighting tal-coast road fis-Salini? Jista' jgħid kemm huwa maħsub li jiswa dan il-proġett?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-progett sabiex tiddawwal it-triq matul il-kosta ta` Bahar ic-Caghaq huwa mqassam f`hames fazijiet. L-ewwel fazi tlestiet, it-tieni wahda tinsab fi stadju avvanzat, filwaqt li t-tielet fazi ghandha tibda fil-futur mhux il-boghod.
Ghaldaqstant huwa mahsub li filwaqt li l-ewwel tlitt fazijiet ta` dan il-progett jitlestew matul din is-sena, iz-zewg fazijiet l-ohra jibdew matul is-sena ta` wara.
Jista' l-Ministru jwieġeb għall-mistoqsija parlamentari numru 15819?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-gangs kollha fl-Exchange taz-Zejtun ghandhom slielem ta` 20 u 30 pied. Haddiema li jahdmu wahedhom, maghrufa bhala `singleton workers`, ghandhom struzzjonijiet biex ma jitilghux zewg sulari izda jitolbu l-ghajnuna ta` `singleton worker` iehor.
Fejn sellum ta` 30 pied ma jkunx adegwat ghax-xoghol li jkun irid isir, il-Maltacom tikri tower ladder.
Dwar l-ahhar parti tal-mistoqsija numru 15819, ikun apprezzat jekk l-Onorevoli Interpellant taghti dettalji dwar klijenti tal-Maltacom li qed ibatu minhabba l-allegat nuqqas ta` apparat sabiex il-Maltacom taghmel l-investigazzjonijiet mehtiega.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hemmx periti privati li qed jingħataw xogħol mill-MDC? Jekk iva, kemm hemm u min huma? X'inhu l-valur tal-proġett li fuqu qegħdin jaħdmu kull perit separatament?
Jista' l-Ministru jara li jissewwew it-tliet fanali li hemm maqtugħin, u li ilhom hekk il-ġimgħat, fuq il-pont li jagħti għal Triq Alessandra, Bormla?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet mehtiega u jekk ikun il-kaz issir it-tiswija relattiva.
Jista' l-Ministru jara li tissewwa l-bozza, li ilha maqtugħa l-ġimgħat, li hemm fi Triq l-Irlandiżi, Bormla quddiem Tereza House?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet mehtiega u jekk ikun il-kaz issir it-tiswija relattiva.
Jista' l-Ministru jara li jerġa' jitpoġġa f'postu l-fanal li kien hemm fuq il-Fortina ta' Felic, Bormla, peress li meta ħaddiema marru biex isewwuh dan waqa' u ma reġax tpoġġa f'postu?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant gie mghoddi lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex isiru l-investigazzjonijiet mehtiega u jekk ikun il-kaz jittiehdu l-passi relattivi.
Jista' l-Ministru jgħid f'liema stadju waslu d-diskussjonijiet dwar il-bejgħ ta' l-Interprint?
Jista' l-Gvern jassigura li ħadd mill-ħaddiema li sal-lum għadhom jaħdmu mal-Interprint m'hu se jkollu l-impjieg tiegħu terminat minħabba dan il-bejgħ?
Veru li l-Mimcol ħadet deċiżjoni li tagħlaq din l-azjenda sa 12 ta' Ġunju, 2000?
Fil-każ li r-risposta hija fil-pożittiv, x'inhuma l-pjanijiet tal-gvern dwar il-ħaddiema u x'inhuma t-terminal benefits li l-gvern se jħallas biex jagħlaq din l-azjenda?
Kemm-il offerta kellha l-Mimcol għax-xiri ta'l-Interprint?
Jista' l-Ministru jgħid x'xogħol alternattiv se jintbagħtu jagħmlu dawk il-ħaddiema tal-Malta Shipbuilding li mhux se jibqgħalhom xogħol x'jagħmlu fuq il-bini tal-vapuri tal-Gozo Channel?
Response (BONNICI, JOSEF)
S`issa ma ttiehdet ebda decizjoni dwar xoghol alternattiv li jista` jkun mehtieg ghall-haddiema tal-Malta Shipbuilding meta jitlesta x-xoghol fuq il-vapuri ta` Ghawdex.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm fl-1999 jottijiet, laneċ u dgħajjes li sorġew fil-Yacht Marina ta' Għawdex?
Kemm kien id-dħul minn din il-marina fl-1999?
Kemm kienet in-nefqa biex titmexxa din il-marina f'dak li għandu x'jaqsam ma' pagi u provvista ta' servizzi?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuggerixxi lill-Onorevoli Interpellant jaghmel din il-mistoqsija lill-Ministru kkoncernat.
Jista' l-Ministru jikkonferma għaliex sidien tal-pompi tal-petrol ilhom kważi sena jistennew biex jixtru l-ispare parts tal-makni tal-pompi tal-petrol u diesel?
Peress li nuqqasijiet bħal dawn jistgħu jikkawżaw perikli serji jekk mhux inċidenti fatali ukoll meta t-traskuraġni tikber, jista' jara li jiġi rimedjat dan il-bżonn qabel ma jkun tard wisq?
Response (BONNICI, JOSEF)
Skond il-ftehim li kien intlahaq fit-18 ta` Marzu 1997 bejn il-Korporazzjoni Enemalta u l-G.R.T.U., l-Enemalta ma baqghet bl-ebda mod responsabbli ghall-manutenzjoni tal-pompi wara l-31 ta` Marzu 1999, Ghalhekk hadd mhu qieghed izomm lis-sidien milli jixtru l-ispare parts li ghandhom bzonn u minn fejn iridu.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-konsum tad-diesel, petrol u lead free petrol matul l-ewwel ħames xhur tas-sena?
Jista' l-Ministru jagħti l-istess informazzjoni għas-snin 1996, 1997, 1998 u 1999?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-konsum ta` litri ta` petrol, petrol bla comb u diesel fl-ewwel hames xhur tas-sena matul dawn l-ahhar hames snin kien kif gej:
XAHAR SENA PETROL PETROL DIESEL
BLA COMB
Jannar-Mejju 1996 34,002,496 8,177,787 35,278,878
Jannar-Mejju 1997 31,356 ,830 9,889,980 35,969,710
Jannar-Mejju 1998 28,869 ,480 11,302,520 38,309,772
Jannar-Mejju 1999 27,758,614 12,687,132 38,995,740
Jannar-Mejj u 2000* 24,633,992 13,973,260 39,148,668
* sad-29 ta` Mejju
Jista' l-Ministru jgħid x'kienet l-inflazzjoni, xahar b'xahar, fl-ewwel 4 xhur ta' din is-sena?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ir-rata ta` l-inflazzjoni mahduma fuq it-`twelve month moving average` kienet kif gej:
Jannar 2.29 fil-mija
Frar 2.37 fil-mija
Marzu 2.43 fil-mija
Ir-rata ta` inflazzjoni ghax-xahar ta` April, flimkien ma` l-Indici tal-Prezzijiet, ikunu ppubblikati matul dan ix-xahar.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhuma l-prospetti ta' xogħol ġdid għal Malta Shipbuilding?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li l-management tal-Malta Shipbuilding qed jintensifika l-isforzi tieghu biex ihajjar xoghol gdid lejn it-Tarzna tal-Marsa.
Il-Kumpanija qed tircievi talbiet biex tikkwota ghal xoghol differenti. Uhud minn dawn it-talbiet jinsabu fi stat fejn it-tarzna giet `shortlisted` ghal certu xoghol, pero` ir-rizultat ta` dan l-interess ghad irid jigi definit.
Peress li jirriżulta li t-telf ta' l-export refund fuq il-materja prima taz-zokkor imposta f'pajjiżna wara li Malta ssir membru ta' l-Unjoni Ewropea hija madwar 22c fil-kilo fuq l-22,000 tunnellata li prattikament jiġu mportati annwalment, jista' l-Ministru jgħid x'effett se jkollu fuq il-prezzijiet ta' l-ikel u minerali li huma magħmula mill-kompożizzjoni taz-zokkor?
Jista' jgħid liema huma dawk il-prodotti lesti li jiġu mportati mill-Unjoni Ewropea u għandhom ukoll il-kompożizzjoni taz-zokkor?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 15857 waqt is-Seduta numru 288.
Jista' l-Ministru jikkonferma li fil-laqgħa riċenti tal-Ministri ta' l-Industrija ta' l-UE li saret fi Brussels filwaqt li sar appell lill-Korea t'Isfel biex ma tkomplix tissussidja b'mod inġust is-settur tal-bini tal-vapuri, kien hemm qbil li kellu jiġi mitmum il-pakkett ta' sussidji lill-industrija tal-bini tal-vapuri ta' l-Unjoni Ewropea fi tmiem din is-sena kif indikat mill-ġurnal The European Voice?
Response (BONNICI, JOSEF)
F`dan l-istadju jidher li ghad ma ttiehdetx decizjoni finali, pero` il-pozizzjoni qed tigi evalwata.
Jista' l-Ministru jgħid minn Settembru 1999 x'każi kien hemm fejn kuntratturi privati għamlu ħsarat fuq il-linji tal-Maltacom f'xogħol li kienu qed jagħmlu? Min kienu l-kuntratturi f'kull każ? X'kienet il-ħsara u l-ħlas biex tissewwa? Min ħallas għall-ispejjeż tal-ħsara f'kull każ?
Response (BONNICI, JOSEF)
Minhabba n-natura kummercjali ta` Maltacom, ma jkunx fl-interess tal-Kumpanija li tinghata l-informazzjoni mitluba.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12149, jista' l-Ministru jgħid min kienu dawn l-impjegati, u jekk illum għadhomx bil-grad aktar baxx li kienu ngħataw?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ma narax ghaliex ghandi nsemmi l-ismijiet tal-persuni kkoncernati.
B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari numru 12149, jista' l-Ministru jgħid kemm applikaw ħaddiema għal vakanza tal-Korporazzjoni Enemalta, ċirkolari 24/98, Post of Works Overseer, tas-7 ta' Mejju, 1998? Kif saret l-għażla għal post, fuq liema kriterji, meta ġew appuntati, u x'kariga ingħataw?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ninforma lill-Onrevoli Interpellant li l-mistoqsija numru 12149 ma tikkoncernax mili ta` vakanza fil-Korporazzjoni Enemalta izda `downgrading` ta` haddiema.
Jista' l-Ministru jara li tiddawwal b'mod adegwat Triq Dun Mikiel Xerri, Ħ'Attard minħabba li d-dlam li hemm qed jagħti lok li jitwettqu diversi abbużi fosthom serq?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tigi kkunsidrata.