Jista’ l-Ministru jgħid kif inhu kompost il-migration team tal-Isptar Sir Paul Boffa u għal kull membru jgħid x’esperjenza għandu/ha fi proċessi ta’ migrazzjoni ta’ sptar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-migration team huwa ffurmat minn tmienja minn nies li huma mmexxijin minn persuna li huwa migration manager b'esperjenza vasta fl-amministrazzjoni, u persuna oħra li kienet imdaħħla fil-migration bejn l-Isptar San Luqa u l-Isptar Mater Dei. It-team kollu qed jikkoordina ix-xogħol ma' kull sezzjoni tal-Isptar Boffa li kull wieħed u waħda minnhom huwa responsabbli għas-sezzjoni tiegħu/tagħha. Qed isiru laqgħat regolari ma' kull min hu nvolut f'din il-migration, inkluża l-Foundation for Medical Services.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ dawk il-persuni kollha li ġew ingaġġati fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’il hawn u li qabel ma ġew ingaġġati kienu diġà rtirati (jiġifieri pensjonanti)? F’kull każ jista’ l-Ministru jagħti:
id-data meta tqabbdet;
il-pożizzjoni li ngħatat il-persuna;
f’liema dipartiment tqabbdet;
il-paga u benefiċċji li ngħatat;
in-numru ta’ sigħat li mistennija taħdem fil-ġimgħa; u
ir-raġuni għalxiex iddaħlet mill-irtirar?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid min huwa intitolat li jaħdem bħala counsellor f’infertility clinics u x’inhuma l-kwalifiki rikjesti biex counsellor ikun/tkun jista’/tista’ tipprattika bħala tali fi clinics li jieħdu ħsieb koppji bil-problemi ta’ infertilità?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li fil-Protocol maħrug mill-Awtorita tal-Protezzjoni tal-Embrijun li kopja tiegħu tqegħdet fuq il-Mejda tal-Kamra kif ukoll ingħatat kopja tiegħu lil kull deputat inkluż lill-Onor. Membru li:
All counsellors should have specialist competence in infertility counselling and:
a) hold a recognised counselling, clinical psychology, counselling psychology, psychotherapy or family therapy qualification to the level of diploma of higher education or above, and
b) have received Infertility training of the British Infertility Counselling Association (or an equivalent body).
A member of staff appointed to the role of counsellor should be able to provide evidence of being an accredited member of, or working towards accredited membership of, a recognised professional counselling body.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta’ counsellors li l-Gvern għandu fid-dipartimenti tiegħu? Kemm huwa n-numru (average) ta’ pazjenti li jattendu għall-problemi ta’ infertilità? Kemm minn dawn jattendu għall-counselling?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Operazzjonijiet tal-kataretti – lista ta’ stennija
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-lista ta’ stennija għall-operazzjoni tal-kataretti sat-30 ta’ Settembru fis-snin 2007-2013 sena b’sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li skont l-informazzjoni miġbura permezz tas-Centralised Theatre System tal-Isptar Mater Dei (minn 2010 il-quddiem) u mid-Dipartiment tal-Oftalmologija (għas-snin ta’ qabel), in-numru ta’ operazzjonijiet tal-kataretti fuq il-lista ta’ stennija jidher fit-tabella hawn taħt. Ix-xahar u s-sena jindika meta l-informazzjoni ġiet estratta mis-sistema ta’ l-IT (Centralised Theatre System).
Lista ta’ Stennija fix-xahar indikat
Numru fuq il-lista ta’ stennija
Apr-07
4544
Oct-08
5734
Jul-09
5628
Sep-10
4977
Aug-11
4673
Sep-12
3215
Oct-13
3539
Prodotti esposti għall-bejgħ – Spezzjonijiet minn uffiċjali tas-sanità
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet li waqt spezzjonijiet li saru mill-impjegati tas-sanità, instab li kien hemm prodotti esposti għall-bejgħ li ma kinux qed jinżammu skont kif jitolbu r-regolament tas-sanità, u dan matul l-aħħar sitt xhur? Fejn instabu lokalità lokalità dawn il-każijiet skont in-numru ta’ ksur tar-regolament li kien hemm? Kemm kien hemm passi li ttieħdu passi legali fil-konfront ta' dawk involuti?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bejn Ġunju 2013 sa’ Novembru 2013 saru diversi spezzjonijiet minn uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentli rigward prodotti tal-ikel li jkunu esposti għall-bejgħ.
Saru total ta’ 958 spezzjoni ġewwa diversi stabbilimenti tal-ikel madwar Malta u Għawdex (Ara tabella 3). In-numru ta’ azzjonijiet li ttieħdu huma kif referuti fit-tabelli 1, 2 u 3; 15 il-ċitazzjoni, 7 garanziji, 40 twissijiet verbali u 35 ttikkettjar mill-ġdid (
relabeling
).
Numru ta’ passi legali (ċitazzjonijiet)
Lokalita`
1
L-Imsida
1
Gwardmangia
1
San Ġiljan
1
Birgu
1
Hal Tarxien
2
Iż-Żejtun
1
Il-Ħandaq l/o Qormi
2
San Pawl il-Baħar
3
Il-Mosta
1
Tas-Sliema
1
Il-Belt Valletta
Tabella 1
Numru ta’ passi legali
(Garanziji)
Lokalita`
2
l-imrieħel
3
Żebbuġ
2
Qormi
Tabella 2
Numru ta’ stabbilimenti spezzjonati
Twissijiet verbali
Relabelling
Reġjun tat-Tramuntana (San Pawl, Mellieħa, Naxxar, Għargħur, Mosta, Mġarr
48
1
1
Reġjun ta’ Nofsinhar (Tarxien, M’Xlokk, B’Bugia, Paola, Fgura, Gudja, Għaxaq, Żejtun, Sta. Lucia, Bormla, Birgu, Isla, Kalkara, Żabbar, Xgħajra, M’Scala)
169
0
3
Regjun ta’ Lvant (B’Kara, San Gwann, Msida,, Balzan, Lija, Iklin, Attard ink. Ta’ Qali)
161
1
0
Regjun tal-Punent (Żebbug, Siġġiewi,Qormi, Rabat, Dingli, Mdina, Mtarfa)
30
0
3
Reġjun Ċentrali (Hamrun, Valletta, Floriana, Pieta`, Sta. Venera, Marsa, Żurrieq, Kirkop, Luqa, Mqabba, Safi, Qrendi)
105
23
0
Reġjun tal-Grigal (Sliema, San Giljan, Pembroke, Madliena, Swieqi, Gżira, Ta’ Xbiex)
181
2
0
Regjun t’Għawdex
55
12
0
Servizzi tas-Saħħa Portwali
209
1
28
Total
958
40
35
Tabella 3
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar b’liema frekwenza jew abbażi ta’ liema raġuni jsiru spezzjonijiet minn uffiċjali responsabbli mis-sanità, skont il-kategorija tal-ikel li jkun hemm għall-bejgħ?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li uffiċċjali għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali jagħmlu diversi spezzjonijiet ġewwa stabillimenti tal-ikel abbażi ta’ programm ta’ risk assessment ilmenti, spezzjonijiet dwar Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf, programmi ta’ teħid ta’ kamjuni tal-ikel u sorveljanza tas-suq (market surveillance).
Kull stabbiliment tal-ikel huwa obbligat skont l-Att dwar is-Sigurta’ tal-Ikel tal-2002 kif ukoll skont l-Avviż Legali 180 tal-2001 kif emendat, li jirreġistra mal-Kummissjoni għas-Sigurta` fl-Ikel bħala stabbiliment tal-ikel. Dawn l-istabilimenti tal-ikel reġistrati huma reġistrati f’programm ta’
risk assessment
sabiex issirilhom l-ispezzjoni neċessarja. Wara kull spezzjoni kull stabbiliment jingħatalu persentaġġ tal-grad tar-riskju (
risk factor grading
) kif ukoll kategorija li tikkonsisti minn Grad A għal stabilliment bl-inqas riskju sa’ Grad F għal stabillient b’riskju għoli. Skont il-persentaġġ tal-grad tar-riskju tinħadem il-frekwenza li biha isiru l-ispezzjonijiet f’dawn l-istabbilimenti.
Meta dan id-Direttorat jirċievi lmenti rigward nuqqasijiet fi stabbilimenti tal-ikel dawn jiġu reġistrati fil-programm tal-ilmenti u jiġu nvesigati permezz tal-ispezzjonijiet neċessarji mill-istess uffiċċjali. Din is-sistema tal-ilmenti hija akkredita u ċertifikata skont l-
MSA EN ISO 9001:2008 for the handling of complaints.
Kull meta ssir notifika ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (RASFF) dan id-Direttorat huwa wkoll obbligat li jagħmel l-ispezzjoni u l-investigazzjoni neċessarja fl-istabilimenti tal-ikel rigward il-prodotti tal-ikel li jkunu implikati.
Kull sena jiġi mfassal programm ta’ teħid ta’ kampjuni tal-ikel skont Regolament KE 882 tal-2004 fejn pajjiżna huwa obbligat li jagħmel monitoragg permezz ta’ teħid ta’ kampjuni għal diversi parametri kemm kimiċi kif ukoll batterjoloġiċi.
Isiru wkoll spezzjonijiet tas-suq
(market surveillance
) fuq affarijiet speċifiċi tal-ikel u dan skont l-esiġenzi li jinqalgħu minn żmien għal żmien.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa tas-swali kollha li hemm fl-Isptar Mater Dei u għal kull sala jgħid x’inhi l-ispeċjalizzazzjoni tas-sala, min imexxiha, kemm fiha sodod u kemm hemm staff allokat fiha?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f'xi seduta oħra.
Qasam tas-Saħħa – Rapport – varjazzjonijiet f’Kuntratti
Question
Peress li fir-rapport tiegħu s-Sur John Dalli saħaq li kien numru kbir ta’ istanzi fejn ingħataw varjazzjonijiet aktar minn dak provduti fil-kuntratt, jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ dawn l-istanzi u għal kull każ jgħid:
a. min kien is-supplier;
b. x’kien l-iscope of supply tal-kuntratt;
c. kif ingħata oriġinarjament il-kuntratt (jiġifieri b’tender/direct order/sejħa għal quotations, eċċ.);
d. x’kienu l-varjazzjonijiet approvati, waħda waħda, u jagħti d-data meta dawn ingħataw;
e. għal kull approvazzjoni, jekk din saritx skont il-provvedimenti fil-kuntratt;
f. għal kull approvazzjoni min kien l-uffiċjal li approvaha u jekk mexiex skont il-public contracts regulations;
g. x’azzjoni ttieħdet jew se tittieħed dwar dawn il-varjazzjonijiet; u
h. jekk u meta se joħroġ tender ġdid għall-imsemmi servizzi?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk persuna li tpejjep tiġix skwalifikata milli tingħata xi mediċini b’xejn (taħt il-Kartuna s-Safra) sempliċement għaliex tpejjep?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li l-entitlement policies għall-għoti ta’ mediċini b’xejn ma jagħmlux distinzjoni bejn nies li jpejpu u oħrajn li ma jpejpux.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien hemm donaturi tad-demm f’dawn l-aħħar ħames snin? Jista’ jagħti tabella li turi n-numru ta’ donaturi ta’ demm bejn l-2008 u l-2013? Għaliex donatur jissejjaħ regolari u kemm hemm donaturi regolari reġistrati? Jeżisti xi inċentiv biex aktar donaturi jsiru regolari?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid kif ġiet magħżula l-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament biex tiżviluppa il-PAS system għall-Isptar Mater Dei?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor.Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija ngħatat f’mistoqsija parlamentari numru 6679.
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-valur tal-proġett li ġie kkuntrattjat lill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament għall-iżviluppar tas-sistema CursorPAS? Jista’ jgħid min hu responsabbli għas-support and maintenance ta’ CursorPAS? Jista’ jgħid x’inhuma l-annual licence fees li se jitħallsu fir-rigward ta’ CursorPAS?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Il-Ministeru għas-Saħħa għandu runtime ta’ liċenzji tas-CPAS ( Clinic Patient Administration System ) bla limitu u għandu dritt li juża din is-sistema bi kwalunkwe si mod li l-istess Ministeru tas-saħħa jidhirlu xieraq, bla ħlas ulterjuri.
Jista’ l-Ministru jgħid xi ftehim intlaħaq dwar updates futuri għas-sistema CursorPAS? Jista’ jgħid x’inhuma s-service level agreements fir-rigward tas-sistema CursorPAS?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li bħalissa t-tiswijiet u l-manutenzzjoni qiegħed issir mill-ħaddiema ta’ Mater Dei u mill-konsulent tal-Ministeru.
Infurmat ukoll li m’hemm l-ebda ftehim fis-seħħ.
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista ta’ suppliers li mingħandhom il-Gvern xtara mediċini u b’kemm xtara kull sena għall-perijodu bejn 2008 u 2013, sena b’sena?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-lista ta’ suppliers li mingħandhom il-Gvern xtara mediċini mis-sena 2011-2013 qed titqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra. L-estrapolazzjoni tal-informazzjoni għall-perijodu ta’ qabel (2008-2010) qed jiġi diskuss mas-software service provider minħabba l-fatt li s-sistema kompjuterizzata kienet nbidlet.
Ministeru għas-Saħħa – applikazzjoni għall-post ta’ Principal Scientific Officer
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi r-raġuni għaliex is-sejħa għall-applikazzjonijiet għall-post ta’ Principal Scientific Officer fil-Ministeru għas-Saħħa ppubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fid-19 ta’ Lulju 2013 ġiet ikkanċellata u reġgħet inħarġet sejħa oħra identika għall-istess post nhar it-22 ta’ Novembru 2013?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li minħabba żball klerikali fis-sejħa ppublikata fil-Gazzetta tal-Gvern tad-19 ta’ Lulju 2013, li minħabba fih is-sejħa ġiet effetivament waħda miftuħa biss għal Uffiċjali Pubbliċi. Wara diskussjonijiet mal-Kummissjoni għas-Servizz Pubbliku, ġie kjarifikat li s-sejħa kellha terġa’ tinħareġ bir-rekwiżiti skont il-Ftehim Settorjali għall-Klassi Xjentifika. Dan sar bil-kundizzjoni li min kien applika taħt is-sejħa preċedenti ma kellux għalfejn jerġa’ japplika.
Ministeru għas-Saħħa — Millennium Development Goals
Question
Jista’ l-Ministru jgħid x’inhu l-involviment tal-Ministeru, dipartimenti u entitajiet li jaqgħu fir-responsabbiltà tiegħu fejn għandhom x’jaqsmu il-Millennium Development Goals (MDGs)? Jista’ jgħid jekk sarux xi rapporti dwar l-MDGs mis-sena 2000 sal-lum? Jekk fl-affermattiv, jista’ jqiegħed kopja tagħhom fuq il-Mejda tal-Kamra? Jista’ jgħid jekk hemmx xi persuna jew persuni li huma responsabbli mill-MDGs u min huma? X’inhuma l-issues preżenti u futuri li qed isir jew se jsir xogħol fuqhom?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Ninsab infurmat li mhux il-Millenium Development Goals kollha għandhom x’jaqsmu mal-qasam tas-saħħa. Dawk li għandhom x’jaqsmu mal-qasam tas-saħħa huma t-tiri numru 4, 5 u 6 :
4. tnaqqis fil-mortalità fit-tfal
5. titjib fis-saħħa tal-omm
6. ġlieda kontra l-HIV/AIDS, malaria u mard ieħor infettiv.
Id-Direttorati għall-Informazzjoni dwar is-Saħħa u r-Riċerka u dak għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard iżommu statistika dwar l-indikaturi mitlub skond il-Millenium Development Goals (MDG) kif ukoll oħrajn skont linji gwida tal-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO), iċ-Ċentru Ewropew għall-Kontroll tal-Mard (ECDC) u l-EUROSTAT, fost oħrajn. Din l-istatistika tintalab fuq bażi annwali u din tiġi ppubblikata fuq siti pubbliċi fuq l-Internet, fejn Malta tiġi mqabbla mal-pajjiżi l-oħra. Il-Ministeru għas-Saħħa qatt ma ntalab jipprovdi rapporti jew statistika direttament. Madankollu il-Ġnus Magħquda issegwi dawn l-indikaturi mill-istess sorsi msemmiha hawn fuq, kif tixhed l-istess online database li minnhom ġiet misluta l-informazzjoni pprovduta li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra ma’ din it-tweġiba. Mhuwiex magħruf jekk xi Ministeru ieħor jintalabx jirrapporta direttament dwar il-MDG mill-Ġnus Magħquda.
L-informazzjoni li qed tiġi ppreżentata tikkonċerna lil Malta u, bħala benchmark, qed jiġu pprovduti medji rispettivi mill-pajjiżi żviluppati fid-dinja kollha, kif identifikati mill-istess Ġnus Magħquda. Anke jekk Malta għandha statistika dwar aktar indikaturi mill-medja tal-pajjiżi żviluppati, il-figuri Maltin kienu, fil-maġġoranza, aktar pożittivi minn din il-medja fejn dawn il-figuri kienu disponibbli, mis-sena 2000 'l hawn.
Fost inizzjattivi li l-Ministru għas-Saħħa ħa fl-aħħar ftit snin, wieħed jista’ jsemmi l-iStrateġija għas-Saħħa Sesswali li tħares lejn aspetti ta’ kif jiġi notifikat, identifikat, trattat u prevenut mard bħall-HIV u mard ieħor trasmess sesswalment. L-Istrateġija għall-Kontroll tat-Tuberkulożi tinkludi l-prevenzjoni u l-kontroll ta’ din il-marda. Id-Dipartiment għar-Regolazzjoni tas-Saħħa Pubblika qed iwettaq analiżi sabiex jiġi identifikat mard infettiv li għandu jingħata prijorità fir-reviżjoni li jmiss tal-Istrateġija għall-Mard Infettiv. Il-Ministeru wasal sabiex joħroġ għall-konsultazzjoni Strateġija għas-Sistema Nazzjonali tas-Saħħa (NHSS) fix-xhur li ġejjin. Din l-istrateġija se tkun l-ewwel strateġija ħolistika għas-saħħa f’Malta mill-1995 meta ġie ppubblikat id-dokument Health Vision 2000. Din l-istrateġija għandha fil-mira prinċipali tagħha ħadd ħlief l-individwu u l-pazjent, b’attenzjoni fuq gruppi speċjali u fuq il-bniedem fil-fażi differenti tal-ħajja – mill-ġuf sal-mewt. Dan għandu jsaħħaħ aktar il-progress li sar fil-qasam tas-saħħa tat-tfal u l-omm matul l-aħħar erbgħin sena.
Apparti dan, f’fora interministerjali, il-Ministeru għas-Saħħa dejjem qed jipprova jwassal il-messaġġ li tfal żvantaġġjati fit-trobbija tagħhom għandhom riskju kbir li jibqgħu żvantaġġjati ħajjithom kollha, liema żvantaġġ jakkumula aktar ma l-persuna tikber.
Sptar Mater Dei – Każijiet ta’ serq ta’ oġġetti, flus u mediċini — rapporti lill-Pulizija
Question
Jista’ l-Ministru jagħti l-lista sħiħa ta’ rapporti li saru lill-Pulizija dwar serq jew miżapproprijazzjoni ta’ oġġetti, flus, mediċini, materjali jew affarijiet oħra mill-Isptar Mater Dei minn Jannar 2013 sal-lum? F’kull każ jista’ l-Ministru jgħid:
a) X’kien l-oġġett misruq u/jew miżapproprijat;
b) X’valur għandu l-oġġett;
c) Meta rriżulta n-nuqqas tal-oġġett;
d) Meta sar ir-rapport lill-Pulizija;
e) X’azzjoni ttieħdet mill-management fil-konfront tal-impjegati?
Response (FARRUGIA, GODFREY)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.