Jista' il-Ministru jgħid meta hemm ħsieb li tiġi rranġata Triq Kanonku Bonnici, Santa Venera?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-Triq imsemmija kienet ġiet asfaltata żmien ilu, imma peress li x-xogħol fiha kien sar ħażin, fil-preżent din it-Triq qed tiġi investigata sabiex jiġi stabilit x'għandu jsir.
Fid-dawl tar-rapport li deher fl-Independent on Sunday tal-Ħadd, 15 ta' Awissu 2004, fejn intqal li fil-bini tat-toroq ġodda li qed isir bħalissa d-diversi servizzi (utilities) għadhom qed jiġu mgħoddija f'ducts separati u mhux f'wieħed ċentrali (common service duct) taħt it-triq li tkun qed tinbena, jista' il-Ministru jikkonferma, jispjega jew jiċħad dan?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-Awtorita dwar it-Trasport bdiet taddotta sistema ġdida ta' standards u specifications għad-disinn u kostruzzjoni ta' toroq ġodda. Għal dan il-għan ġew imħarġa l-kuntratturi u l-entitajiet kollha sabiex ix-xogħol fit-toroq isir b’mod iktar professjonali.
Jien infurmat illi saru diversi laqgħat mal-Utilities biex jiġi assigurat illi s-servizzi jitqegħdu kollha f’service duct wieħed biex jiġi evitat tħaffir bla bżonn f’każ ta' ħsarat. Ġie deċiż li ssir common service duct kif ukoll ġie stabiliet li concrete ducts jiġu utilizzati fit-3 lots tal-Protokoll ma' l-Italja għal kuntrarju ta' kif intqal fl-artiklu ta' l-Independent li qed jagħmel referenza għalih l-Onorevoli Interpellant.
Niġbed l-attenzjoni ta' l-Onorevoli Interpellant li ukoll kontrarjament ta’ kif ntqal f’ dan l-artiklu, it-toroq kollha li qed isiru fil-preżent qed isiru kollha taħt ir-regolamenti u speċifikazzjonijiet ta' l-Unjoni Ewropeja fejn apparti li t-toroq huma mistennija li jdumu ta' l-inqas 25 sena, jinqalgħa l-wiċċ eżistenti u jingħata wiċċ ġdid biex jiġi evitat kemm jista' jkun kull inkonvenjent iktar il-quddiem.
Fil-kontest tal-prioritajiet tad-dipartiment tat-toroq, jista' il-Ministru jara li Triq it-Tiġrija, fil-Marsa tiġi asfaltata minħabba l-istat ħażin tagħha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi x-xogħol fit-triq imsemmija ssir iktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Fil-kontest tal-prioritajiet tad-dipartiment tat-toroq, jista' il-Ministru jara li Triq Bajada, fil-Marsa tiġi asfaltata minħabba l-istat ħażin tagħha?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi d-Direttorat lesta x-xogħol preparatorju sabiex tkun tista' ssir Triq Bajada u x-xogħol fiha mistenni jsir iktar il-quddiem skond il-prijoritajiet li jkollu quddiemu d-Direttorat.
Jista' il-Ministru jgħid meta se jinbeda x-xogħol fuq Triq il-Mixtla f'Ħ'Attard? Huwa konxju l-Ministru mill-inkonvenjent li qed ikollhom iħabbtu wiċċhom miegħu r-residenti ta' din it-triq ta' kuljum minħabba d-diżlivelli u żdingar li hemm f'din it-triq? Jista' jgħid kemm saru toroq f'Ħ'attard tul dawn l-aħħar ħames snin? Jista' jagħti lista tat-toroq li jaqgħu taħt ir-responsabbilta' tal-gvern u li għandhom bżonn li jsiru mil-bidu f'Ħ'Attard? Jista' jgħid liema minn dawn it-toroq se jibbenefikaw mill-fondi ta' l-Unjoni Ewropea? Jista' jgħid liema huma t-toroq f'Ħ'Attard li se jiġu rranġati mill-gvern fis-sena 2005?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi l-informazjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’seduta oħra
Jista' il-Ministru jgħid kemm ġiet tiswa biex it-triq mhux urbana li tagħti minn tarf Triq il-Mediterran għall-grounds tal-Melita FC f'Pembroke, tinkesa bit-tarmac?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-Triq hawn fuq imsemmija skond LA 1/04 ġiet tiswa' Lm6,184.43.
Jista' il-Ministru jgħid fiex waslet l-applikazzjoni għat-talba tal-Kunsill Lokali ta' San Ġwann biex isiru l-pelican lights maġenb l-iskola ta' (Vjal Rihan, f'Naxxar Road) minħabba l-periklu li hemm għat-tfal u l-ġenituri li jkunu jridu jaqsmu għall-iskola? Din hi urġenti?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat li diġa saru xi surveys u disinji neċessarji fir-rigward ta’ l-applikazzjoni li qed jirreferi għaliha l-Onor. Interpellant. Dawn ġew finalizzati mid-Direttorat għan-Network u Infrastruttura fi ħdan l-Awtorita’ dwar it-Trasport ta’ Malta, u li l-implimentazzjoni qegħdha tiġi prioritizzata flimkien ma’ 26 installazzjoni ta’ Pelican Lights ġodda f’lokalitajiet differenti madwar Malta. Ix-xogħlijiet jitwettqu hekk kif l-imsemmija prioritajiet jiġu stabbiliti skond l-importanza ta’ kull applikazzjoni minħabba raġuni ta’ sigurta’.
Jista' il-Ministru jara li jintbagħtu karozzi tal-linja low floor għal vjaġġi lejn St Lukes?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi l-Assoċjazzjoni tat-Trasport Pubbliku topera il-flotta tal-karozzi tal-linja fuq bażi ta’ roster li tinbidel kull ġimgħatejn u li hija ibbażata fuq in-numru tal-liċenzja tal-vettura. Dan sabiex il-vetturi jkunu jistgħu joperaw fuq ir-rotot differenti skond ir-roster.
Għaldaqstant, dan ifisser illi ir-roster li ssir ma hiex ibbażata fuq it-tip ta’ xarabank u/jew ir-rotta iżda fuq in-numru tax-xarabank allura is-sistema ma tippermettix li low floor buses biss jiġu dettaljati għal vjaġġi lejn St. Luke’s Hospital.
Jista' il-Ministru jgħid għal kemm tammonta l-ispiża kapitali li għamel id-direttorat tat-toroq matul din is-sena sal-lum?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi sal-llum intefqu Lm6,446,423, li kienu mqassma kif jidhru hawn taħt:
Project Amount
Roads Capital Vote - Lm4,224.955
Italian Protocol - Lm1,850,668
EU Protocol (Pre-Assesion Funds) - Lm 370,800
Total - Lm6,446,423
Jista' il-Ministru jirrispondi mistoqsija parlamentari 8892 u cioe' jgħid liema kienu t-taxxi, it-tariffi jew il-miżati li ddaħħlu jew ġew riveduti (kemm jekk għolew kif ukoll jekk raħsu) minnu, mid-dipartimenti jew mill-awtoritajiet, istituzzjonijiet u aġenziji li jaqgħu taħtu minn April 2003 sal-lum? Jista' jindika wkoll kemm kienu qabel ma għolew u kemm saru wara li għolew?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-mejda tal-kamra.
Jista' il-Ministru jara li jissewwew il-pelican lights li hemm fi Triq Naxxar, Birkirkara, viċin il-pompa tal-petrol Falzon?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Wara spezzjoni li saret fil-post imsemmi mill-Ono. Interpellant, irriżulta li m’hemmx Pelican Ligths f’din it-triq. Għaldaqstant, l-Ono. Interpellant huwa mitlub li jivverifika l-post eżatt ta’ fejn jinstabu l-Pelican Lights u l-ħsarat li qed jirreferi ghalihom.
Jista' il-Ministru jgħid jekk hemmx il-ħsieb li jiddaħħlu xi rotot tal-karozzi tal-linja anke bil-lejl? Fejn huwa ppjanat li dawn isiru u meta?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Jien infurmat illi preżentament diġa teżisti skeda ta’ rotot li joperaw bil-lejl.
Dawn ir-rotot qed jiġu moniterjati sabiex inkunu nafu l-partonaġġ li għandhom u sabiex eventwalment integrati fl-iskeda normali.
Huwa mifhum li meta jiġi terminat dan il-moniteraġġ, l-Awtorita' tkun f’ posizzjoni li tiddeċiedi jekk dawn ir-rotot għandhomx jiġu miżjuda u jekk hemmx il-htiega li jkunu introdotti rotot ta' bil-lejl lejn destinazzjonijiet ohra.
B'riferenza għal dak li ntqal fuq ix-xandir ta' l-istat dwar l-Lm400,000 li tħallas il-Prof. Richard England, jista' il-Ministru jgħid jekk dawn kienux taxxabbli jew le?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Bħal ma jaf l-Onorevoli Interpellant, kull ħlas dovut fuq servizzi mogħtija huwa dejjem taxxabli.
Jista' il-Ministru jintervjeni, wara li kull talba li saret lill-Kunsill Lokali Żurrieq ġiet injorata, u jara x'jista' jsir bħal per eżempju culverts, biex il-kwantita' kbira ta' ilma li taqa' fi Triq San Mikiel għal ġo Sqaq l-Iben il-Ħali fiż-Żurrieq għal ġol-pjazza, li jirrendiha diffiċli li nies tagħmel użu mill-istess toroq mingħajr ma jixxarbu b'mod partikolari t-tfal, tiġi milqugħa jew diretta u mhux tibqa' tegħreq l-istess triq?
Response (MUGLIETT, JESMOND)
Ninsab infurmat illi t-triq imsemmija hija responsabilta' tal-Kunsill Lokali, ghalhekk ghal aktar informazzjoni l-Onorevoli Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tieghu lill-Ministru kkonsernat.