Legislature:
Category:
Reset
Active:

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – Public Social Partnerships

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6995, tista’ l-Ministru tgħid x’miżuri konkreti ġodda li mhumiex b’ mod jew ieħor eżistenti, se joffru ċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja fil-ġlieda kontra l-faqar u l-esklużjoni soċjali?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija Parlamentari numru 6996.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — għajnuna

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6997, tista’ l-Ministru tispeċifika kemm huwa ppjanat li se jiġu milħuqa persuni fil-faqar jew li huma soċjalment esklużi li sal-lum mhumiex jiġu milħuqa u issa se jintlaħqu permezz taċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja? Xi studji għandha l-Ministru li jagħtu ħjiel tal-għadd ta’ persuni li mhumiex jintlaħqu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Proġett LEAP għadu fil-fażi inizjali u għandu sa Ġunju / Settembru 2015 sabiex ikun implimentat kollu. F'dan il-mument l-informazzjoni mitluba għadha mhijiex disponibbli sabiex tiġi analizzata. Rapport ta’ evalwazzjoni se jiġi ppublikat meta jintemm l-proġett.

Pensjoni Proviżorja — każ ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tara l-każ tal-persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament rigward pensjoni proviżorja? .

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna ndikata minnu ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Ħsarat fuq Binja — każ ta' individwu

Question

Tista' l-Ministru tara li ssir spezzjoni fil-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li wara li saru xogħlijiet mill-istess Awtorità, il-ħsara għada hemm?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li, dwar l-ilment indikat, l-inkwilin imsemmi gie infurmat li ser issir spezzjoni mill-ufficjali teknici tal-Awtorita’ tad-Djar biex jivverifikaw x’inhuma l-ħsarat u naraw li tittiehed l-azzjoni neċessarja.

Ħsarat fuq binja — każ ta' persuna

Question

Tista' l-Ministru tara li ssir spezzjoni fil-post li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li wara li saru ħafna xogħlijiet mill-istess Awtorità, il-ħsara għada hemm?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma jirrizultax li gie registrat rapport mill-individwu imsemmi lill-Awtorita’ tad-Djar. Madanakollu għandha ssir spezzjoni mill-ufficjali teknici tal-istess Awtorita’ sabiex naraw xi ħsarat hemm u tara li tittiehed l-azzjoni neċessarja min-naħa tal-persuni li ħadu ħsieb ix-xoghlijiet.

Avviżi dwar laqgħat — prezz kull reklam

Question

B’referenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari 8260, tista’ l-Ministru tgħid għaliex sar reklam fil-gazzetti kollha ta’ kuljum inkluż il-Maltatoday li toħroġ biss nhar ta’ Erbgħa u ma sarx reklam fin-Nazzjon? Dan sar sempliċement għaliex In-Nazzjon huwa ġurnal tal-partit fl-Oppożizzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-Mument ukoll tagħmel parti mill-Media.link Communications. Anke dan il-gurnal huwa tal-PN fl-Oppożizzjoni.

Awtorità tad-Djar — konvenju

Question

Tista’ l-Ministru tara li jiġi ffinalizzat il-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament sabiex l-Awtorità tad-Djar tiffirma l-konvenju għax-xiri tal-post imsemmi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa qegħdin jiġu preparati l-pjanti neċessarji għall-iffirmar tal-konvenju u eventwalment il-kuntratt finali.

Tnaqqis fil-benefiċċju soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li l-benefiċċji soċjali tiegħu ġew maqtugħa fuq kwistjoni ta’ assi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ġiet nfurmata bil-miktub.

Children’s Allowance – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li applika għaċ-Children’s Allowance però għadu bla risposta?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna indikata minnu ġiet infurmata aktar minn darba rigward il-każ tagħha, izda għal xi raġuni d-Dipartiment għadu ma rċeviex l-ebda risposta mill-persuna kkonċernata.

Tnaqqis fil-benefiċċju soċjali – każ ta’ individwu

Question

Tista’ l-Ministru tara l-każ tal-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li qed jinqatgħulu flus mill-benefiċċju soċjali wara deċiżjoni meħuda mit-tribunal?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-persuna msemmija ġiet nfurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – żieda

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6988, tista’ l-Ministru tkun aktar speċifika u tgħid jekk iċ-Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja, li se jkunu żvilupp fuq iċ-Ċentri Aċċess diġà eżistenti filwaqt li jibqgħu jużaw l-istess operat tagħhom, hux se jkunu aktar jew anqas miċ-Ċentri Aċċess li diġà jeżistu? Jekk hemm differenzi, tista’ tagħti l-ammont eżattinvolut?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ċ-ċentri tal-Iżvilupp soċjali se jiġu żviluppati fuq iċ-Ċentri Aċċess. Nitlob lill-Onorevoli rreferi ukoll għall- mistoqsija parlamentari 6983.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — operat

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6990, tista’ l-Ministru tgħid fiex waslu n-negozjati finali mal-awtorità amministrattiva tal-Fond Soċjali Ewropew?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li n-negozjati mal-Awtorità Amministrattiva kienu konklużi u l-ftehim huwa lest biex jiġi ffirmat.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — operat

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6990, tista’ l-Ministru tgħid s’issa kemm ġew impjegati nies fuq il-proġett taċ-Ċentri tar-Riżorsi tal-Familja? B’liema mod u fliema karigi u b’liema kundizzjonijiet ġew impjegati dawn il-persuni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reklutaġġ tal-persunal li jaħdmu fil-proġett għadu għaddej. Se jikkonsisti fi 3 senior managers (1 by each pillar of the project), 6 Regional development coordinator (one by each region), 30 social mentors u 12 community development agents. Il-kuntratti huma stabbiliti bl MFSS peress li huwa l-promotur tal-proġett.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja — operat

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6990, tista’ l-Ministru tgħid s’issa kemm ġew impjegati nies fuq il-proġett taċ-Ċentri għall-Iżvilupp Soċjali? B’liema mod u f’liema karigi u b’liema kundizzjonijiet ġew impjegati dawn il-persuni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-reklutaġġ tal-persunal li jaħdmu f'dan il-qasam tal-proġett għadu għaddej.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – Programm LEAP

Question

B’referenza għall-mistoqsija parlamentari 6990, tista’ l-Ministru tagħti deskrizzjoni tal-funzjoni taċ-Ċentri għall-Iżvilupp Soċjali fi ħdan il-programm LEAP? Kif se jkunu qed joperaw dawn iċ-Ċentri?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant sabiex jirreferri għat-tweġiba li ngħatat fil-mistoqsija Parlamentari numru 8638.

Ċentri tar-Riżorsi għall-Familja – Public Social Partnerships

Question

B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 6994 u 6995, tista’ l-Ministru tkun aktar speċifika u tispjega kif se jkun qed jaħdem dan il-mudell Malti ta’ Public-Social Partnership?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li l-proċess ta’ żvilupp tal-Mudell għadu għaddej b'mod parallel mall-fażi tal-bidu tal-implimentazzjoni tal-proġett LEAP.

Akkomodazzjoni Soċjali — lokalitajiet

Question

Tista' l-MInistru tagħti tagħrif dwar kemm kien in-numru ta' persuni li ġew allokati xi residenza minn Marzu 2013 sa nofs Marzu 2014? F'liema lokalitajiet (numru għal kull lokalità) ġew mogħtija dawn l-istess residenza? Kemm hu llum n-numru ta' applikazzjonijiet pendenti għall-akkomodazzjoni? Minn liema lokalitajiet (numru għal kull lokalità) huma dawk li bħalissa qed jistennew akkomodazzjoni?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Tweġiba għal din il-mistoqsijiet Parlamentari se tingħata f'seduta oħra.

Ċentri ta’ Matul il-Jum – servizz ta’ self-advocacy

Question

Tista’ l-Ministru tgħid liema huma dawk iċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum li għandhom is-servizz tas-self-advocacy? Kemm hemm klijenti li qed jirċievu dan is-servizz u kemm-il darba fix-xahar qed jiltaqgħu?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali – waiting list

Question

Tista’ l-Ministru tindika kemm hemm impjegati jaħdmu fuq kull servizz mogħti mill-Fondazzjoni għas-Servizzi tal-Ħarsien Soċjali? X’inhi l-waiting list li għandhom dawn is-servizzi?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

L-informazzjoni qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.

Residenzi għall-Persuni b’Diżabilità — standards

Question

Tista’ l-Ministru tpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-istandards tar-Residenzi għall-Persuni b’Diżabilità?

Response (LOUISE COLEIRO PRECA, MARIE)

Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li bħalissa ma jeżistu l-ebda standards għar-residenzi għall-Persuni b’Diżabilità. Infurmata li bħalissa għaddejja ħidma f’dan ir-rigward bl-intenzjoni li abbozz ta’ dawn l-istandards jitnieda għall-konsultazzjoni fix-xhur li ġejjin.