Kunsill Malti għall-Isport – laqgħat tal-Bord tad-Diretturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba ltaqa’ l-bord tad-diretturi attwali tal-Kunsill Malti għall-Isport minn meta ġie kostitwit sal-lum, u jindika l-attendenza ta’ kull membru tal-bord, laqgħa b’laqgħa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Bord tad-Diretturi tal-Kunsill Malti għall-Isport iltaqa' tmien darbiet bejn Mejju u Settembru 2013. Rigward it-tieni parti tal-mistoqsija, qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra t-tagħrif mitlub.
Jista' l-Ministru jgħid x'inhi r-raġuni li s-servizz ta’ trasport li jwassal it-tfal tal-Kinder li jattendu fl-iskola Primarja tal-Mellieħa, mill-kulleġġ Maria Regina, mhux qed jingħata kif kien jingħata fis-snin l-imgħoddija?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li s-Servizz tat-Trasport tal-Iskejjel ipprovdut mid-Direttorat għal Servizzi Edukattivi lil skejjel Primarji tal-Istat jiġi pprovdut skont Kapitolu 327 - L-Att Dwar L-Edukazzjoni – Taqsima IV fejn:
“43. (1) Ikun id-dmir tal-Istat li jipprovdi għall-edukazzjoni primarja tal-ulied ta’ ċittadini Maltin meta dawk l-ulied ikunu ta’ età obbligatorja għall-iskola.
(2) Għall-għan imsemmi fis-subartikolu (1), il-Ministru
għ
andu, sa fejn possibbli, jżomm skola f’kull belt jew
ra
ħal u għandu
jipprovdi trasport għal studenti li joqogħdu f’inħawi li huma ’l bogħod mill-iskola.
(3) L-Istat jista’ jipprovdi skejjel għ
al tfal żg
ħar li huma taħt letà obbligatorja għall-iskola."
Infurmat ukoll li t-Trasport fl-Iskejjel Primarji kien dejjem ipprovdut għat-tfal bejn l-ewwel sena Primarja u s-sitt sena Primarja. Tfal li jattendu Kindergarten qatt ma kienu jiġu pprovduti bi trasport. Madankollu, meta l-vetturi li kienu jintbgħatu biex jagħtu servizz fl-Iskejjel Primarji kien ikollhom il-vojt, id-Direttorat qatt ma oġġezzjona milli l-postijiet vojta fuq il-vetturi jiġu użati minn studenti tal-Kinder, sakemm dawn ikollhom post adekwat fejn ipoġġu fuq il-vettura.
Fis-sena skolastika 2012-2013, l-iskola Primarja tal-Mellieħa fi ħdan il-Kulleġġ Maria Reġina kienu pprovduti b’servizz ta’ 3 vannijiet u 3 kowċis. It-total tan-numru ta’ tfal li għandhom bżonn trasport jigi stabbilit mill-Iskola. Fuq din l-informazzjoni li tingħata mill-Iskola lis-Servizz tat-Trasport tal-Iskejjel, jiġi stabbilit it-tip ta’ trasport li għandu jiġi provdut. Din is-sena skolastika (2013-2014), l-Iskola Primarja tal-Mellieħa għamlet it-talba tagħha mill-ġdid bin-numru ta’ tfal li huma intitolati għat-trasport u ġew ipprovduti bi 3 vannijiet u 3 kowċis.
Jista' l-Ministru jgħid kemm kien il-baġit approvat lill-Kunsill Malti għall-Isport matul l-aħħar baġit? Jista' jgħid x'persentaġġ minn dan il-baġit huwa riservat għal pagi u salarji?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-ammont approvat lill-Kunsill Malti għall-Isport fil-baġit ta' din is-sena huwa ta' €5,235,000 li minnhom 33% huma dedikati għall-pagi. Ta' min isemmi li din is-sena l-KMS qed jistma li se jkollu wkoll dħul ta' €1,450,000 mill-operat tiegħu u li weħidhom se jkunu qed jagħmlu tajjeb għall-pagi tal-ħaddiema.
Kunsill Malti għall-Isports – xiri ta’ portable pools
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw portable pools mill-Kunsill Malti għall-Isports? Kemm inxtraw kull wieħed u minn fejn inxtraw? Jista’ jgħid ukoll x'użu qed isir minnhom bħalissa?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li l-Kunsill Malti għall-Isport xtara żewġ portable pools. Wieħed inxtara mingħand 240 Limited għal prezz ta' €80,840 u l-ieħor inxtara mingħand Dolphin Pool għal prezz ta' €89,980. Iż-żewġ ammonti jinkludu fihom ukoll is-sistema li ssaħħan l-ilma tal-pool fix-xitwa, l-armar, iż-żarmar u t-trasport neċessarju f'każ li l-pool tkun se tiċċaqlaq min post għall-ieħor, l-ilqugħ għal kontra l-elementi u biex l-ilma jibqa' sħun. Jinkludi wkoll il-prezz għall-manutenzjoni neċessarja għal perjodu ta' għaxar snin.
Infurmat ukoll li dawn il-
pools
se jkunu qed jintużaw mid-Dipartiment tal-Programmi tal-KMS għall-programmi sportivi organizzati mill-KMS, mill-istudenti tal-iskejjel fejn ġew installati
pools
, mill-Kunsilli Lokali tas-Siġġiewi u Ħal Qormi fil-każ tal-
pool
li ġie installat is-Siġġiewi u mill-iskola Nazzjonali tal-Isport fil-każ tal-
pool
installat fl-iskola ta' Ħal Kirkop.
B’referenza għad-diksors tal-Ministru waqt id-dibattitu dwar l-estimi tal-Korporazzjoni għax-Xogħol u Taħriġ (ETC), jista’ l-Ministru jgħid kemm fi ħsiebu jimpjega employment advisors u f’ kemm snin biex jilħaq ir-rata rakkmandata mill-International Labour Organisation ta’ 1:100 minnflok il-1:325 preżenti?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninsab infurmat li n-numru ta' employment advisors għal kull persuna reġistranta diġà huwa aħjar minn dak ta' aġenziji bħall-ETC f'pajjiżi oħra Ewropej. Madankollu, l-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ qed tippjana li b'kollox ikollha ħamsin employment advisor biex b'hekk in-numru ta' advisors għal kull persuna qiegħda jiżdied u jkun ta' madwar advisor għal kull 170-200 persuna qiegħda.
Fil-każ ta' persuni b'diżabilità, il-ħsieb hu li n-numru ta'
employment advisors
se jkun wieħed għal kull 100 persuna b'diżabilità li qed tirreġistra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm infetħu childcare centres li jaqgħu taħt it-tmexxija tal-Ministeru tal-Edukazzjoni mill-2003? Jista' jgħid il-lokalità fejn qegħdin? Kemm hemm impjegati f'kull ċentru? Kemm hemm tfal li jattendu f'kull ċentru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm inbnew skejjel ġodda mill-2006? Jista' jagħti n-nefqa kapitali biex inbniet kull skola ġdida?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Infurmat li l-iskejjel ġodda li nbnew mis-sena 2006 flimkien man-nefqa kienu dawn:-
Sena 2006 - Kulleġġ San Benedittu Skola Sekondarja Subien Ħal Kirkop - €8,293,878.56c
Sena 2007 - Kulleġġ San Injazju Skola Sekondarja Subien Ħal Qormi - €5,008,438.77c
Sena 2008 - Kulleġġ Santa Margerita Skola Sekondarja Subien Cospicua - €5,807,582.73c
Sena 2009 - Kulleġġ Santa Klara Skola Primarja Pembroke - €3,391,050.19c
Sena 2010 - Kulleġġ Għawdex Skola Skondarja Subien Rabat - €8,355,088.51c (inkluż il-parkeġġ)
Sena 2011 - Kulleġġ Maria Regina Skola Sekondarja Subien Mosta - €10,140,181.74c
Sena 2012 - Kulleġġ San Injazju Skola Sekondarja Bniet Ħal Qormi - €7,062,393.95c
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-infiq kapitali kollu li sar mill-Università ta' Malta mis-sena 2007? Jista' jaghti breakdown ta' din in-nefqa skont il-proġetti kapitali li saru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li tweġiba tingħata f'seduta oħra.
Jista' l-Ministru jagħti dettalji dwar l-infiq kapitali kollu li sar mill-MCAST mill-2003 lil hawn? Jista' jagħti breakdown ta' din in-nefqa skont il-proġetti li saru?
Response (BARTOLO, EVARIST)
It-tagħrif mitlub mill-Onor. Interpellant qed jitpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra kopja tal-curriculum vitae tal-impjegat tal-Fondazzjoni għall-Iskejjel t'Għada li d-dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament, filwaqt li b'mod dettaljat jgħid xi kwalifiċi akkademiċi għandu?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Qed ngħaddi l-informazzjoni mitluba direttament lill-Onor. Interpellant.
B`referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 3033 u 3489, jista’ l-Ministru jgħid ġiex stabbilit il-ħlas li se jingħataw il-membri tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isports? Jekk iva kemm se jkun qed jieħu kull membru b’mod individwali?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li ċ-Chairman tal-Kummissjoni għar-Riforma fl-Isport se jieħu l-onorarja b'mod retroattiv mill-bidu tal-ħatra tiegħu ta' €3,000 fis-sena għax-xogħol tiegħu. Bl-istess mod il-Membri tal-Bord tal-Kummissjoni jingħataw onorarja b'mod retroattiv ta' €1,000 fis-sena.
Peress li jidher li l-istudenti tal-primarja Għawdxin għandhom problemi kbar ta’ obeżità, li allura hemm il-ħtieġa ta’ persuna speċjalizzata fin-nutrizzjoni li tagħti servizz fl-iskejjel primarji, jista’ l-Ministru jara li dan is-servizz jibda jiġi provdut fl-iskejjel Għawdxin?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġiba tingħata f'xi seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk l-għalliema jingħatawx tilqim u jgħid liema huma? Jista’ jgħid ukoll jekk hemmx xi tilqim obbligatorju li l-għalliema għandu jkollhom u jgħid liema huma?
Response (BARTOLO, EVARIST)
L-Għalliema u l-learning support assistants (LSAs) li jaħdmu fiċ-Ċentri tar-Riżorsi (Resource Centres, ex-Skejjel Speċjali) huma ntitolati għat-tilqima tal-Hepatite B, mħallsa mid-Diviżjoni tal-Edukazzjoni. Ma hemm l-ebda tilqim obbligatorju għal għalliema u LSAs ħlief dawk li jittieħdu mill-poplazzjoni ġenerali, jiġifieri tad-difterija, tetnu, polju u għan-nisa rubella.
Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol — laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il darba attenda għal-laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea mid-9 ta’ Marzu ’l hawn? Jekk kemm-il darba m’attendiex għal xi laqgħa/laqgħat, x’kienu r-raġunijiet? Attenda xi ħadd ieħor minfloku?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li jien attendejt għal żewġ laqgħat tal-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea, waħda fi Brussels u l-oħra fil-Lussemburgu.
Is-Segretarju Parlamentari għar-Riċerka, Innovazzjoni, Żgħażagħ u Sport fi ħdan il-Ministeru tiegħi attenda għal ħames laqgħat, tlieta minnhom informali. Żewġ laqgħat saru fi Brussels, tnejn il-Litwanja u oħra fl-Irlanda. Erbgħa minn dawn il-laqgħat kienu jikkonċernaw ir-riċerka, filwaqt li l-laqgħa l-oħra kienet dwar l-isport.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hawn outdoor gyms immexxija mill-Kunsill Malti għall-Isport? Fejn qegħdin u meta saru? Kemm qam kull wieħed minnhom? Minn min sar u kif ingħata x-xogħol?
Response (BARTOLO, EVARIST)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsill Malti għall-Isport imexxi żewġ outdoor gyms, f'Ta' Qali u f'Ħal Qormi.
L-outdoor gym f'Ta' Qali sar wara sejħa għall-offerti u fih ħadmu Leather Centre, JGC Limited, Map Trans, J Sammut Limited, B. Grima & Sons Limited, Żrar Limited, Philip Agius & Sons Limited, Masco Security Services Limited u Anthony Cassar Landscaping. Il-magni f'dan il-gym inxtraw b'direct order minn għand il-kumpanija barranija The Great Outdoors Co. Limited wara li ntalab permess lill-Ministeru tal-Finanzi. L-outdoor gym f'Ta' Qali nfetaħ fl-2010 u b'kollox ġie jiswa €128,015.99.
L-outdoor gym f'Ħal Qormi jifforma parti minn proġett ħolistiku magħruf bħala l-Qormi Sports and Fitness Park. Ix-xogħol li sar f'dan il-park sar wara sejħa għall-offerti u fih ħadmu Andrew Vassallo, Anthony Zarb, Calamatta Landscapes Limited, Ceramax International Limited, Gomez Blanco Bros., Halmann Vella, JGC Limited, Joseph Sammut Co. Limited, Albert Zaffarese Signs and Display Limited, Aleppo, CV Woodworks u Logografix. Il-Qormi Sports and Fitness Park infetaħ fl-2013 u b'kollox ġie jiswa €391,773.15.