Jista’ l-Ministru jara li l-moll użat mis-sajjieda f’Xatt is-Sajjieda, Marsaxlokk ma jibqax jiġi mblukkat b’ detriment għas-sajjieda nfushom?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk illi matul Xatt is-Sajjieda hemm ħames mollijiet illi jintużaw mis-sajjieda u għaldaqstant l-Kunsill assuma li l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-moll partikolari li jinstab biswit il-grawnd tal-futbol.
Ir-responsabbilita’ tal-moll imsemmi hija fit-totalita’ tagħha tad-Dipartiment tas-Sajd. Intant il-karreġġjata li tagħti aċċess għall-moll imsemmi ma tippermettix illi jsir parkeġġ u għaldaqstant kemm-il darba ikun hemm ċirkostanzi li fihom ikun hemm karozzi pparkjati, dan ikun qiegħed iseħħ b’mod abużiv u suġġett għall-infurzar mill-Pulizija u/jew mill-Gwardjani Lokali.
L-uniku ċirkostanza li jien infurmat li tagħlaq l-aċċess għall-imsemmi moll hija waqt l-operat tas-suq fil-beraħ ta’ nhar ta’ Ħadd.
Segretarjat Parlamentari għall-Kultura u Gvern Lokali – għoti ta’ kuntratti lil kumpanija
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22701 u ċjoè: B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 21830, jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħataw flus kontanti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ingħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu meta l-Kunsill Malti għall-Arti għamel użu mis-servizz tal-kumpanija (9 darbiet) minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015? Kemm ingħataw flus kontanti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu, meta l-Public Broadcasting Authority għamel użu mis-servizz tal-kumpanija (darbtejn) minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015? Kemm ingħataw flus kontanti lill-kumpanija li d-dettalji dwarha ngħataw separatament, jew lill-uffiċċju legali tiegħu meta d-Direttorat għas-Servizzi Kooperattivi għamel użu mis-servizz tal-kumpanija (10 darbiet) minn Marzu 2013 sa Diċembru 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li ma saru ebda ħlasijiet bi flus kontanti lill-kumpanija imsemmija separatament għas-servizzi imsemmija.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22734 u jgħid kemm kien l-ammont ta’ direct orders mill-Kunsilli Lokali ta Malta u Għawdex, sena b’sena mill-2010 sal-2015? Jista’ jgħid liema kienu dawk li qabżu t-threshold ta’ direct order u x’kien l-ammont tagħhom u għaliex sar hekk?
Response (BONNICI, OWEN)
Din l-informazzjoni għadha qed tinġabar u ser tingħata f'seduta oħra.
Kunsilli Lokali – Segretarji Eżekuttivi – Performance Bonus
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22720 u jgħid x’kien il-performance bonus li ngħata lis-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsill Lokali kollha ta’ Malta u Għawdex għas-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inqiegħed l-informazzjoni mitluba fuq il-Mejda tal-Kamra. Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali tal-Pietà u ta’ Kerċem ma tawx l-informazzjoni kollha rikjesta.
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 22721 u jgħid x’kien il-performance bonus li ngħata lill-impjegati tal-Kunsilli Lokali kollha ta’ Malta u Għawdex għas-snin 2011, 2012, 2013, 2014 u 2015? Jista’ jgħid kif dan kien maqsum, persuna b’persuna, sena b’sena?
Response (BONNICI, OWEN)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba. Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li l-Kunsilli Lokali tal-Gżira, tal-Mellieħa, ta’ Kerċem u tal-Pietà ma tawx l-informazzjoni mitluba.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta’ court attorneys fil-preżent? Meta nħatru? Hemm ħsieb li jiżdied in-numru tagħhom u kemm abbozzaw sentenzi s’issa, wieħed wieħed/waħda waħda?
Response (BONNICI, OWEN)
Bħalissa hemm 13-il Court Attorney. Dawn ġew maħtura bejn l-aħħar ta’ Ottubru 2015 u Jannar 2016. Fil-preżent għad hemm il-ħsieb li n-numru jiżdied. Matul dan il-perjodu bejniethom assistew lill-gudikanti dwar 388 sentenza.
Jista’ l-Ministru jara illi jsir xi tip ta’ taraġ jew sellum fil-bajja tal-Qajjenza f’Birżebbuġia faċċata fejn qabel kien hemm it-tankijiet l-antiki tal-gass, biex persuni b’diżabilità jkunu jistgħu jinżlu u jitilgħu mill-baħar?
Response (BONNICI, OWEN)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista’ l-Ministru jara illi bollards li twaħħlu quddiem il-bieb ta’ residenza li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament jiġu mneħħija mill-aktar fis possibli għaliex qed jostakolaw id-dħul u l-ħruġ liberu mid-dar ta’ dawn ir-residenti li huma persuni anzjani, speċjalment f’każ li jkun hemm bżonn ta’ ambulanza?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infumat mill-Kunsill Lokali tal-Imqabba li ddeċieda li jeħlu dawn il-barrikati biex vetturi pparkjati perpendikularment mal-bankina ma jostakolawx l-istess bankina għall-ġid ta’ dawn ir-residenti anzjani, u fl-istess waqt il-vetturi ma jkunux kostretti li jibqgħu ipparkjati ’l barra mill-parkeġġi indikati u jostakolaw it-triq minħabba li dawn l-anzjani poġġew qsari kbar fi tliet parkeġġi pubbliċi.
Din ir-residenza, li tinsab f’kantuniera ma’ Triq id-Duluri, fiha tliet aċċessi (eskluż il-garaġġ) u propju bieb minnhom m’għandu l-ebda bollard quddiemu. L-għan tal-Kunsill hu li jinħoloq bilanċ bejn it-traffiku u l-pedestrian.
Intant infurmat ukoll li l-Kunsill Lokali tal-Imqabba waħħal tabella quddiem din ir-residenza biex ħadd ma jipparkja bis-silencer tal-vetturi ’l ġewwa u talab lil Transport Malta biex din il-familja jsirilha reserved parking għal raġunijiet ta’ saħħa.
Sal-lum il-ġurnata, sfortunatament, minkejja li l-Kunsill informa lir-residenti ta’ din id-dar partikolari biex ineħħu il-pjanti li poġġew fi tliet parkeġġi pubbliċi li qed joħolqu ostakolu għal vetturi, il-qsari għadhom ma tneħħewx, għaldaqstant jidher li se jkollu jintalab l-intervent tal-Pulizija sabiex dan l-inkonvenjent li ma tneħħiex bil-kelma t-tajba, jitneħħa.
Ħal Qormi – Triq Valletta u Triq il-Kbira – zebra crossing
Question
Jista’ l-Ministru jara li ssir Zebra Crossing fi Triq Valletta ġewwa Ħal Qormi, ħdejn il-ħanut li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament kif ukoll fi Triq il-Kbira ġewwa Ħal Qormi, inti u sejjer lejn ir-roundabout ta’ fejn kienet il-fabbrika tal-Lowenbrau peress li huma żewġ toroq traffikużi u qegħdin ikunu ta’ periklu għar-residenti meta jaqsmu t-triq u anke peress li jkun hemm tfal li jridu jaqsmu għall-iskola?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi li fis-17 ta’ Diċembru 2015 applika għall-approvazzjoni ta’ Transport Malta biex issir pedestrian crossing fi Triq il-Belt Valletta, fl-aktar post viċin possibli skont il-linji gwida ta’ Transport Malta tal-ħanut imsemmi.
Ninsab infurmat ukoll li l-Kunsill jinsab fil-proċess li jsir d-disinn mill-perit għall-pedestrian crossing ta’ Triq il-Kbira, sabiex tiġi sottomessa t-talba għall-approvazzjoni ta’ Transport Malta.
Jista' l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm każijiet, mill-1 ta' Ottubru 2015 sal-aħħar ta' Jannar 2016) li fihom il-wardens ħarġu żewġ ċitazzjonijiet fl-istess ħin (jew ftit minuti bogħod minn xulxin) fuq l-istess vettura, (per eżempju: qiegħed fuq il-mobile/mhux fil-kontroll tal-vettura)? Jista' jagħti tagħrif dwar jekk dawn it-tip ta' ċitazzjonijiet humiex parti mill-kampanja, biex ikun hemm edukazzjoni aħjar għas-sewwieqa, jew inkella hux abbuż ta' poter?
Response (BONNICI, OWEN)
Minn stħarriġ li sar, jirriżulta li l-apparat flimkien mas-sistema li jħaddem il –Gwardjan Lokali tagħti rendikont ta’ ċitazzjonijiet maħruġa skont il-ħin tal-ħruġ tal- kontravvenzjoni.
B’riferenza għall–kontravvenzjonijiet fuq l-istess vettura jirriżulta illi x-xufier ikun kiser iktar minn offiża waħda fl-istess ħin u għaldaqstant tinħareġ citazzjoni għal kull offiża differenti.
Bħala kampanja edukattiva , f’dawn l-aħħar ġimgħat l-Aġenzija LESA qedgħa twassal messaġġ lil Gwardjan Lokali sabiex iċ-ċitazzjonijiet jinħarġu b’iktar għaqal u sens komun. Barra minn hekk il-Gwardjan Lokali qed iwissi lix-xufiera biex ikunu aktar responsabbli fit-triq.
Il-mina ta’ Triq Reġjonali – speed camera — ċitazzjonijiet
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ħarġu ċitazzjonijiet mill-ispeed camera tal-mina ta’ Triq Reġjonali, (dik li twasslek lejn Paceville), fis-6 ta’ Diċembru 2015? Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm kien hemm ċitazzjonijiet li ħarġu fuq vetturi mhux Maltin, f’din l-istess ġurnata, u kemm minn dawn l-istess tickets ma setgħux jiġu kkomunikati lis-sidien tal-vetturi, peress li ma’ kenux fid-data base tas-sistema ta’ nfurzar?
Response (BONNICI, OWEN)
Fil-ġurnata tas-6 ta’ Diċembru 2015 inħarġu 22 ċitazzjoni tal-ispeed fuq vetturi Maltin.17-il ċitazzjoni oħra nħarrġu fuq vetturi barranin li ma setgħux jiġu kkomunikati peress li t-Transport Malta m’għandiex id-dettalji tar- reġistrazzjoni ta’ dawn il-vetturi bi pjanċi barranin.
Jista’ l-Ministru jara li jiġi kkuntattjat l-individwu li d-dettalji dwaru qed jingħataw separatament peress li għandu kawża għaddejja l-Qorti li ilha għaddejja aktar minn għaxar snin u tinsab sine die?
Response (BONNICI, OWEN)
Peress li rriżulta li l-kawża de quo hija waħda ta’ natura penali, ikun indikat li l-individwu jirrikorri għand avukat tal-fiduċja tiegħu sabiex jiggwidah aħjar dwar id-drittijiet li jista’ jeserċita.
Kunsilli lokali – ftehim ta’ ġbir ta’ skart separat
Question
Jista’ l-Ministru jwiegeb mistoqsija 21914 u jgħid jekk hemmx kunsilli lokali li għamlu jew qegħdin fil-proċess li jagħmlu xi tip ta’ ftehim dwar il-ġbir tal-iskart separat ma’ xi kumpanija li mhijiex reġistrata bħala waste scheme operator? Jekk iva, jista’ jgħid min kienu dawn il-kunsilli lokali u x’azzjoni ttieħdet jew se tittieħed?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li mill-informazzjoni li tawni l-Kunsilli stess ebda Kunsill ma ddikjara li għamel jew qiegħed fil-proċess li jagħmel xi tip ta’ ftehim dwar il-ġbir tal-iskart separat ma’ xi kumpanija li mhijiex reġistrata bħala waste scheme operator.
Nerġa’ nenfasizza li din hija l-informazzjoni diretta li ġiet mill-kunsilli individwali.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm-il-kunsill lokali qed jistenna l-approvazzjoni tal-Ministru u/jew tad-Dipartiment biex ikun jista’ jimpjega EU Funds Officer? Jekk hemm min qed jistenna, kemm ilu jistenna?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat li t-Taqsima għar-Riżorsi Umani tad-Dipartiment għall-Gvern Lokali ma hemm l-ebda talba pendenti ta’ xi Kunsill għal EU Funds Officer.
Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra lista ta’ avukati li għandhom il-warrant?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li sorprendentement meta dan il-Ministeru ħa d-dekasteru f’idejh instab li ma kienet teżisti l-ebda lista għand il-Gvern kompluta tal-avukati kollha li ngħataw il-Warrant matul is-snin. Jekk issaqsini jekk dan hu aċċettabbli, ngħidlek li dan hu kompletament inaċċettabbli u juri kemm il-qasam tal-Ġustizzja tħalla priv minn strutturi u sistemi meħtieġa li aħna bdejna nindirizzaw.
Mat-twaqqif tad-Dipartiment tal-Ġustizzja taħt din l-amministrazzjoni nbeda eżerċizzju biex tiġi kompilata din il-lista, liema lista qiegħda tinbena ftit ftit u diġà marru lura għadd ta’ snin wara li saru l-aċċertazzjonijiet meħtieġa.
Sadanittant ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Kamra tal-Avukati tippubblika online lista tal-Avukati membri tagħha.
(Korrezzjoni: Ara dokument PL 6558 li tpoġġa f'Seduta 355, nhar it-Tnejn 15 ta' Frar 2016)
Jista’ l-Ministru jgħid bħalissa kemm hawn djar li qegħdin siġillati mill-awtorità,minħabba inkjesti pendenti dwar mewt ta’ xi persuna f’dawn il-postijiet u għaldaqstant is-sidien ma jistgħux jidħlu fihom? Kemm bejn wieħed u ieħor idumu biex f’każijiet bħal dawn, il-postijiet jiġu rilaxxati għall-użu tas-sidien tagħhom? Jekk is-sidien isofru telf finanzjarju minħabba dewmien żejjed għar-rilaxx tal-proprjetà tagħhom, kif jistgħu jiġu kumpensati dawn is-sidien?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li peress li l-Inkjesti Maġisterjali huma ta’ natura kunfidenzjali, l-amministrazzjoni tal-Qrati ma jkollhiex aċċess għal tali informazzjoni.
Laqgħat mal-kunsilli lokali u Kumitati Amministrattivi Għawdxin
Question
B’referenza għat-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22785, jista’ l-Ministru jgħid meta u fejn saru l-laqgħat li hu kellu mal-membri kollha tal-Kunsilli Lokali u Kumitati Amministrattivi Għawdxin? Jista’ jgħid min kien hemm preżenti għal dawn il-laqgħat? B’referenza għal-laqgħat mal-Kunsilli Lokali jew Kumitati Amministrattivi Għawdxin li kellu s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tiegħu, jista’ jgħid meta u fejn saru dawn il-laqgħat?
Response (BONNICI, OWEN)
Kif indikajt fit-tweġiba għall-mistoqsija parlamentari 22794, jiena għandi jgħini Segretarju Parlamentari inkarigat mill-qasam tal-Gvern Lokali u għalhekk huwa jespedixxi ħafna mill-funzjonijiet ta' laqgħat mad-diversi Kunsilli Lokali.
Personalment kelli numru ta' laqgħat ma' Kunsilli Lokali, Kunsilliera u Reġjuni però essenzjalment huwa s-Segretarju Parlamentari li jieħu ħsieb il-laqgħat fuq bażi regolari kif indikat fil-lista t’hawn taħt:
Lokalità
Data
Il-Gżira
28/05/2014
Il-Marsa
28/05/2014
Ħal Qormi
04/06/2014
Ħal Luqa
04/06/2014
Is-Siġġiewi
04/06/2014
Ir-Rabat (G)
06/06/2014
Iż-Żebbuġ (G)
06/06/2014
Ix-Xagħra
06/06/2014
L-Għasri
06/06/2014
L-Għarb
06/06/2014
Is-Sannat
06/06/2014
Kerċem
06/06/2014
Tas-Sliema
11/06/2014
Ix-Xewkija
11/06/2014
Il-Qala
12/06/2014
In-Naddur
12/06/2014
Ix-Xewkija
12/06/2014
Għajnsielem
12/06/2014
San Lawrenz
12/06/2014
Il-Fontana
12/06/2014
Is-Sannat
12/06/2014
Ħaż-Żabbar
25/06/2014
Various Mayors & Exec Sec
B’Bugia / B’Kara / Bormla / Birgu / Floriana / Luqa / M’Xlokk / Mosta / Naxxar / Paola / Qormi / Rabat / San Ġwann / Sliema / Ta’ Qali / Valletta / Żabbar / Żebbug (M) / Żejtun / Żurrieq
02/07/2015
Ħal Tarxien
04/07/2014
Santa Luċija
04/07/2014
Il-Mellieħa
07/07/2014
Ħal Balzan
08/07/2014
L-Iklin
08/07/2014
Il-Għargħur
08/07/2014
Il-Mosta
08/07/2014
L-Imġarr
08/07/2014
San Pawl
08/07/2014
L-Imtarfa
08/07/2014
L-Imqabba
09/07/2014
Ħaż-Żebbuġ (M)
11/07/2014
Ħal Kirkop
11/07/2014
Ħal Safi
11/07/2014
Marsaxlokk
11/07/2014
L-Imsida
17/07/2014
L-Imdina
17/07/2014
Ħad-Dingli
17/07/2014
Santa Venera
21/07/2014
Il-Ħamrun
21/07/2014
Birkirkara
21/07/2014
Ħal Lija
21/07/2014
Ħ'Attard
21/07/2014
In-Naxxar
21/07/2014
Pembroke
22/07/2014
Ta' Xbiex
22/07/2014
Marsaxlokk
30/07/2014
Birżebbuġa
30/07/2014
Iż-Żurrieq
04/08/2014
Il-Qrendi
04/08/2014
Is-Siġġiewi
04/08/2014
Ħal Għaxaq
04/08/2014
Il-Gżira
04/08/2014
Il-Fontana
01/10/2014
Il-Munxar
01/10/2014
San Lawrenz
01/10/2014
Is-Swatar
21/10/2014
Ħal Farruġ
21/10/2014
Paceville
21/10/2014
St. Peter
21/10/2014
Fleur de Lys
27/10/2014
G'Mangia
27/10/2014
Il-Kappara
27/10/2014
Mdina / Mgarr / Bormla / Mtarfa Mayors
27/10/2014
Santa Luċija (G)
29/10/2014
San Lawrenz
29/10/2014
Marsalforn
29/10/2014
Ix-Xlendi
29/10/2014
Ħaż-Żebbuġ (M)
30/10/2014
Il-Madliena
12/11/2014
Burmarrad
12/11/2014
Baħar iċ-Ċagħaq
12/11/2014
Ix-Xgħajra
13/11/2014
Tal-Virtu
18/11/2014
Il-Baħrija
18/11/2014
Il-Madliena
18/11/2014
Bubaqra
18/11/2014
Il-Ħamrun
15/01/2015
Is-Sannat
15/01/2015
Reġjun Ċentrali
21/01/2015
Ħaż-Żabbar
04/02/2015
Ħaż-Żabbar
16/02/2015
Il-Birgu
27/02/2015
Valletta
11/03/2015
L-Imsida
20/04/2015
Iż-Żejtun
22/06/2015
Reġjun Tramuntana
23/07/2015
Reġjun Xlokk
23/07/2015
Reġjun Ċentrali
23/07/2015
San Ġwann
29/07/2015
Birżebbuġa
10/12/2015
Reġjun Tramuntana
17/09/2015
Reġjun Nofsinhar
17/09/2015
Reġjun Ċentrali
17/09/2015
Reġjun Għawdex
17/09/2015
AKL - Laqgħa Plenarja
18/10/2014
AKL - Laqgħa tas-Sindki
07/11/2014
AKL - Laqgħa tas-Sindki
08/11/2015
Jista’ l-Ministru jeskludi li l-Gvern iddeċieda li l-Prim Imħallef li jmiss jinħatar, wara li dak preżenti jkollu jħalli l-kariga preżenti tiegħu biex fi ftit ġimgħat oħra isir ġudikanti fl-istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea, se jkun l-Avukat Ġenerali preżenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Il-kariga ta’ Prim Imhallef m’ hijiex vakanti u ghalhekk l-interpellanza hija ipotetika. Kif jaf l-Onorevoli Membru fil-kaz ta’ vakanza fil-gudikatura kull persuna li tissoddisfa r-rekwiziti tal-Kostituzzjoni tkun eligibbli biex tigi kunsidrata.
B'referenza għall-mistoqsija parlamentari 18797 datata fil-bidu t'Ottubru fejn kont ġejt infurmat li x-xogħlijiet fuq it-triq imsemmija kellhom isiru fil-ġimgħat ta' wara, jista' l-Ministru jagħti update dwar meta se jsiru x-xogħlijiet fuq l-imsemmija triq peress li issa diġà għaddew numru ta' ġimgħat però għadu ma bediex ix-xogħol b'konsegwenza li qed tikkawża inkonvenjent kbir għar-residenti?
Response (BONNICI, OWEN)
Ninsab infurmat mill-Kunsill Lokali tas-Siġġiewi illi għalkemm il-Kunsill kien lest biex jibda tali xogħlijiet, l-Awtorità ta’ Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar ħarġitlu avviż illi l-iżvillupp kien mingħajr il-permessi meħtieġa. Għaldaqstant il-Kunsill qed jerġa’ jevalwa is-sitwazzjoni.
Korrezzjoni: (Ara dokument PL 6627 li tpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra f'Seduta 359, nhar it-Tnejn, 22 ta' Frar 2016)