Jista' l-Ministru jgħid kemm-il persuni msemmija fil-lista li qed tintbagħat separatament, li jaħdmu fl-isptar Monte Carmeli ħadmu sigħat ta' overtime u kemm hu l-ammont dovut lilhom ta' overtime maħdum xahar b'xahar tul Diċembru 1998, Jannar, Frar, Marzu u April 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' siegħat ta' overtime li ħadmu l-persuni msemmija u l-ammont dovut lilhom huwa kif ġej bl-ordni li ġew sottomessi:
Diċ '98 Jan '99
Sigħat Ammont Sigħat Ammont
Lm Lm
12 30.48 24 63.85
Nil Nil
Nil Nil
Nil Nil
Frar '99 Marzu '99 April '99
Sigħat Ammont Sigħat Ammont Sigħat Ammont
Lm Lm Lm
28 72.96 77 200.66 76 198.05
5.5 15.47 11 30.94 8 22.42
Nil 11 25.82 16 37.55
Nil Nil Nil
Jista' l-Ministru jgħid għaliex ħafna ħaddiema fl-isptar Monte Carmeli mhux qed jingħataw l-ammont dovut lilhom magħruf bħala r-ration ta' sapun, xugamani eċċ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-informazzjoni li għandu l-Onorevoli interpellant hija żbaljata. Dan peress li jien infurmat li r-records ta' l-istores juru li r-ration qiegħed joħroġ regolarment.
Jista' l-Ministru jgħid x'passi qed tieħu l-pulizija dwar inċident li ġara nhar it-Tnejn 17 ta' Mejju, 1999 wara nofsinhar fl-isptar Sir Paul Boffa fejn impjegat ta' l-isptar ġie msawwat u saret ħsara lill-proprjeta' pubblika minn qraba ta' pazjent?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Nitlob l-Onor.Interpellant jagħmel id-domanda tiegħu lill-Ministeru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid jekk hux veru li diġa' tkissru xi bibien ġodda li saru fis-Seclusion Unit fil-Ward 2 ta' l-isptar Monte Carmeli? Veru li dawn qegħdin, jew kellhom jiġu nfurzati?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fis-Secure Unit il-ġdid ġew introdotti diversi strutturi, miżuri u proċeduri ġodda. Kien hemm stħarriġ u konsultazzjoni qabel ma sar ix-xogħol, iżda mil-bidu kien previst li, xorta waħda, jkun hemm perjodu ta` tagħlim fejn ikun hemm bżonn ta` modifikazzjonijiet fid-dawl ta` l-esperjenza. Dawn il-modifikazzjonijiet issa saru.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm legends ta' rosters differenti ta' nurses u nursing aides fl-isptar Monte Carmeli? Kemm hemm nurses u nursing aides li ma jaħdmux bil-lejl u x'inhi r-raġuni f'kull każ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Fl-isptar Monte Carmeli hemm 16 `Legends' ta' roster differenti ta' nurses u nursing aides.
Raġunijiet:
1. Fl-isptar Monte Carmeli hemm numru ta' Nurses u Nursing Aides li ġie
approvat lilhom li jaħdmu fuq roster ta' `night shift'. Minħabba f'hekk il-Management ma kienx kontra li 8 `full time' nurses/nursing aides u 4 part-timers (nurses) jaħdmu fuq `day shift' approvat.
2. Hemm 12 nurses/nursing aides li ma jaħdmux bil-lejl għar-raġunijiet
familjari/ mediċi, uħud fuq bażi temporanja.
3. Hemm żewġ nurses li jaħdmu s-Social Centre fuq roster ta' Day Shift.
4. Hemm ukoll 21 N.O.'s / D.N.O's li ma jaħdmux bil-lejl.
L-inkjesti li hemm referenza għalihom fit-tweġiba li ngħatat għall-mistoqsija parlamentari numru 6535, jista' l-Ministru jgħid min kienu l-persuni f'kull każ li mexxew dawn l-inkjesti, x'inhi l-ħatra tagħhom f'kull każ, x'kienu t-terms of reference ta' kull inkjesta u f'kull każ min ittella' jixhed quddiem il-bordijiet ta' inkjesta?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Biex ma ssir l-ebda forma ta' pressjoni fuq il-Bordijiet ta' l-Inkjesta ma nħossx li għandi nipplubika dettalji dwar ismijiet u l-ħatriet tal-membri tad-diversi Bordijiet, jew l-ismijiet tax-xhieda. It-terms of reference fihom dettalji li jiksru l-kunfidenzjalita' medika jekk jiġu ppublikati.
Jista' l-Ministru jgħid fiex waslu t-tliet inkjesti li kellhom isiru dwar imwiet fl-Isptar San Luqa bejn Settembru, 1998 u April 1999? Bla ma jingħata tagħrif konfidenzjali, jista' jgħid x'ikkaġuna l-imwiet ta' l-erba' persuni li dwarhom saru l-inkjesti bejn Settembru 1998 u April 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Minn meta tajt ir-risposta għal PQ 6535 f'Seduta 95, id-Dipartiment irċieva r-rapport ta'waħda mill-inkjesti pendenti. Dan ir-rapport jikkonferma li l-kawża tal-mewt kienet sitwazzjoni irreversibbli u ma sab ebda evidenza ta'negliġenza fil-każ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew discharged pazjenti fl-isptar Monte Carmeli, ġimgħa b'ġimgħa mill-1 ta' Jannar, 1999 sal-lum? Kemm ġew admitted pazjenti fl-Isptar Monte Carmeli ġimgħa b'ġimgħa għall-istess perjodu? Kemm kien hemm re-admissions?
Response (DEGUARA, LOUIS)
In-numru ta' pazjenti li mill-1 ta' Jannar 1999 sal-lum ġew 'admitted', 're-admitted' u 'discharged' fl-Isptar Monte Carmeli hu skond il-lista li qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Jista' l-Ministru jgħid meta hemm il-ħsieb li pazjenti rġiel fl-Isptar Monte Carmeli li huma priġunieri jkollhom post adegwat għalihom fil-Male Ward 9 minflok fejn huma bħalissa fil-Male Ward 10?
Jikkonferma l-Ministru li hemm rapport ta' perit fejn jgħid li s-saqaf tas-sala numru 9 huwa kkundannat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Qiegħed isir stħarriġ fuq il-bżonnijiet strutturali, riżorsi umani, struttura ta` tmexxija u finanzjar ta` Unit Forensiku. Diġa qed isiru laqgħat ta` livell għoli biex id-deċiżjonijiet meħtieġa jittieħdu. Għadu mhux deċiż liema sala ser tiġi utilizzata.
Ir-risposta għal l-aħħar parti tad-domanda hija fin-negattiv.
Jista' l-Ministru jgħid: a) Minn min hu kompost il-Management Committee ta' l-isptar Monte Carmeli? b) Min huma l-membri ta' l-executive committee?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-Hospital Management Team huwa kompost minn:
Chairperson: Dr Andrew Amato Gauci Department Health Policy
and Planning
Members: Mr Edward Borg Head of Accounts
Mr Joseph Borg Manager Nursing Services
Mr Joseph Busuttil Principal Occupational Therapist
Ms Jackie Mangion Senior Pharmacist
Prof Mark O'Callaghan Health Division-University of Malta
Dr Joseph R Saliba Director of Psychiatry
Mr Victor Saliba Head of Maintenance
Ms Louise Xerri Head Social Worker
Secretary: Mr Lino Callus Principal Officer
Il-Hospital Management Board huwa kompost minn:
Chairperson: Dr Joseph R Saliba Director of Psychiatry
Members: Mr Edward Borg Head of Accounts
Mr Joseph Borg Manager Nursing Services
Ms Mary Cachia Hospital Lay Administrator
Mr Victor Saliba Head of Maintenance
Secretary: Ms Sylvia Ebejer Principal Officer
Peress li fl-isptarijiet tal-gvern ċertu kategoriji ta' impjegati jiġu ntaxxati talli jieklu l-ikel offrut lilhom u li huma ntitolati għalih waqt il-ħin tax-xogħol, filwaqt li kategoriji oħra qed jieklu allavolja mhux intitolati u ma jiġux intaxxati, jista' l-Ministru jara li din l-anomalija tispiċċa darba għal dejjem?
X'passi se jieħu d-dipartiment tas-saħħa f'dan ir-rigward?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-ewwelnett nixtieq niċċara li l-impjegati li huma ntitolati għal l-ikel waqt il-ħin tax-xogħol tiżdiedilhom is-somma ta` Lm25 fis-sena mad-dħul lokali tagħhom meta tinħareġ il-P3.
Il-benefiċċju ta` l-ikel waqt il-ħin tax-xogħol kienu igawdu minnu biss dawk li kienu jaħdmu f'kuntatt kontinwu mal-morda. Maż-żmien żdiedu diversi kategoriji oħra.
Il-proposta tal-Onorevoli interpellant biex xi anomaliji li jista` jkun hemm jiġu mneħħija ser tiġi kkunsidrata.
Jista' l-Ministru jieħu l-passi neċessarji ħalli jiġu kkontrollati l-klieb u l-qtates li ta spiss ikunu qed jiġġerrew fl-isptar Monte Carmeli?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Il-klieb kollha li kien hawn fil-grounds ta` l-isptar nqabdu u ttieħdu l-SPCA. Kull meta n-numru ta` qtates ġewwa l-isptar ikun kiber wisq, dawn jinqabdu u jittieħdu wkoll l-SPCA.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Isptar Monte Carmeli? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Mill-1 ta'Jannar 1999 sas-26 t'April 1999 saru 37 transfers fl-Isptar Monte Carmeli. Minnhom 16 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu jsiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' jiġi żgurat li l-Ministru jagħmel dak kollu possibbli min-naħa tiegħu biex fl-għażla li se ssir ta' dawk li se jibdew il-kors tal-M.Psych fl-Universita' ta' Malta ikunu bil-kwalifiki meħtieġa biex il-kors fl-aħħar ikun jista' jibda f'Ottubru 1999?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Billi l-kors tal-M.Psych fl-Universita ta' Malta jaqa' taħt id-diviżjoni tal-Edukazzjoni, nitlob l-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Isptar Boffa? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li mill-1 ta'Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 saru 9 transfers fl-Isptar Boffa. Minnhom 5 intalbu mill-impjegati stess. Il-bqija saru u jibqgħu isiru skond l-esiġenzi tas-servizz.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw transfers mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999 fl-Isptar Zammit Clapp? Jista' l-Ministru jagħti r-raġuni għalfejn saru dawn it-transfers? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar transfers fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninforma l-Onor. Interpellant li fl-Isptar Zammit Clapp ma sar l-ebda 'transfers' mill-1 ta' Jannar 1999 sas-26 ta' April 1999.
Jista' l-Ministru jgħid meta l-persuna, li ismu qed jintbagħat separatament, se ssirlu l-operazzjoni tal-katarretti li għandu bżonn urġenti, kif qalulu l-isptar stess meta ġimgħat ilu mar biex jiġi eżaminat?
Response (DEGUARA, LOUIS)
Ninsab infurmat li l-persuna konċernata ser tiġi operata fl-ewwel ġimgħa ta` Ġunju 1999.
Jista' l-Ministru jara li l-ikel fl-Isptar San Luqa jkun ta' kwalita' tajba peress li f'Sala M7 l-ikel fil-għaxija qed jiġi servut kiesaħ?
Response (DEGUARA, LOUIS)
L-infermiera nkarigata mis-sala M7 stqarret li ma kien hemm l-ebda lmenti fuq ikel kiesaħ ma'l-istaff tas-sala f'dawn l-aħħar żminijiet. Stqarret ukoll li t-trolley ta'l-ikel, li hu wieħed mill-mudelli riċenti fl-isptar, jasal jaħraq fis-sala u li jsaħħnu l-platti ta'l-ikel qabel ma jservu fihom. Is-sala kollha tiġi servuta fi żmien 15-20 minuta.