Legislature:
Category:
Reset
Active:

Awtorita' tad-djar — Applikazzjoni għal stair lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid fiex waslet l-applikazzjoni 7HA90/2003 tal-persuna li isimha qed jintbagħat separatament, għall-istallazzjoni ta' stair lift?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li ġie ffirmat il-ftehim għall-għotja tas-somma approvata biex jiġi stallat l-istair lift fir-residenza tal-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant. Ninsab infurmata wkoll li kif l-applikant jibgħat l-irċevuti fiskali meħtieġa, l-Awtorita' tad-Djar tkun tista tmexxi l-pagament.

ETC — Persuni unemployed - bonus

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-persuni li huma reġistrati li mhux qed jaħdmu jew m'għandhomx impjieg, irċevewx id-Lm39 rappreżentanti bonus li ngħata fl-aħħar budget?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li kull min kien qed jirċievi pensjoni, kemm kontributorja u sew le, jew Għajnuna Soċjali mħallsa taħt l-Att dwar is-Sigurta' Soċjali fix-xahar ta' Marzu 2004, tħallsu l-bonus ta' Lm39.

Ħ'Attard — Recreation area

Question

Fl-iżvilupp li hemm maħsub li jsir mill-gvern ħdejn Triq il-Ponsjetta, f'Ħ'Attard (MEPA application no. 00922/04) jista' jiġi kkonsidrat l-inklużjoni ta' recreation area li tinkorpora s-siġar tal-ħarrub li hemm fiż-zona?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-Awtorita' tad-Djar għadha ma rċevietx risposta mill-Awtorita' ta' Malta dwar l-Ambjent u l-Ippjanar dwar l-Outline Development Application li għamel referenza għaliha l-Onor. Interpellant. Is-suġġeriment ta' l-Onor. Interpellant ser jiġi kkunsidrat meta jsiru l-pjanti f'aktar dettal, jekk ikun hemm risposta favorevoli għal din l-applikazzjoni.

Awtorita' tad-djar — Każ ta' housing

Question

Tista' il-Ministru tara fiex wasal il-każ ta' housing ta' familja b'żewġt itfal li joqogħdu f'garaxx u li d-dettalji dwarhom qed jintbagħtu separatament?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li n-numru ta' l-identita' ndikat mill-Onor. Interpellant ma jappartjenix lill-persuna ndikata. Ninsab infurmata wkoll li din il-persuna ma għandiex applikazzjoni mad-Dipartiment għall-Akkomodazzjoni Soċjali. Jekk l-Onor. Interpellant qed jirreferi għall-każ tal-persuna li għandha n-numru ta' l-identita' indikat minnhu, ninsab infurmata li l-applikazzjoni tagħha qed tiġi kkunsidrata.

Dipartiment tas-sigurta' soċjali — Każ dwar pensjoni

Question

Tista' il-Ministru tara li l-każ ta' pensjonant tad-Dockyard li qiegħed jilmenta dwar pensjoni jiġi avviċinat mid-dipartiment tas-sigurta' soċjali minħabba l-problema li għandu fuq il-pensjoni tiegħu?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-persuna ndikata mill-Onor. Interpellant ġiet infurmata bil-miktub dwar il-każ tagħha. Jekk fadlilha xi diffikulta' nitlob lill-Onor. Interpellant jagħtiha parir tirrikorri fl-Uffiċċju Distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta' Soċjali tal-belt jew raħal tagħha.

Bordijiet/kummissjonijiet appuntati mill-gvern

Question

B'riferenza għall-mistoqsija parlamentari 4512 dwar x'inhu l-perċentwali ta' nisa u irġiel fuq bordijiet u kummisjonijiet appuntati mill-gvern għas-sena 2003, tista' il-Ministru tgħid kemm hu l-perċentwal ta' żgħażagħ taħt id-29 sena?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru li saritlu u li wieġeb għall-Mistoqsija li qed jagħmel referenza għaliha.

Sigurta' Soċjali — Mediċini b'xejn

Question

Tista' il-Minsitru tgħid x'inhuma r-rekwiżiti sabiex persuna tkun intitolata għal mediċina b'xejn?

Response (CRISTINA, DOLORES)

L-góoti ta’ Góajnuna Medika bla ólas, li tinkludi mediðini, hu regolat bl-artikolu 23 ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soðjali. Biex persuna tkun intitolata góal din l-Góajnuna trid tissodisfa t-test tal-meúúi skond kif provdut fit-Taqsima III tat-Tieni Skeda u dóul tagóha ma jridx jaqbeú dak stabbilit fit-Tmien Skeda ta’ l-imsemmi Att. L-istess artikolu 23 jipprovdi wkoll li fejn persuna tkun tbati minn marda jew kundizzjoni imsemmija fit-Taqsima II tal-Óames Skeda ta’ l-Att, din xorta tkun intitolata góall-Góajnuna Medika minkejja li ma tkunx tissodisfa t-test tal-meúúi li semmejt qabel.

Valletta — Bini tal-Camerata - stallazzjoni ta' lift

Question

Tista' il-Ministru tgħid meta se jitwaħħal il-lift fil-bini magħruf bħala Camerata fi Triq Merkanti, il-Belt Valletta? Taf il-Ministru li dan il-lift suppost li kellu jitwaħħal sa Diċembru li għadda?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Góalkemm il-lift fil-post indikat mill-Onor. Interpellant kien ippjanat li kellu jitwaóóal sa l-aóóar tas-sena li góaddiet, tant li fil-fatt tlestew ix-xogóolijiet strutturali kollha meótieía, nkluú il-bini tax-xaft, ninsab infurmata li l-lift góadu ma wasalx Malta kawúa ta’ problema li kien hemm bejn is-suppliers barranin u l-kuntrattur. Ninsab infurmata wkoll li issa din il-problema íiet solvuta u l-lift góandu jasal Malta fi ftit íimgóat oóra u mistenni li jkun installat sa l-aóóar ta’ Mejju li íej.

Djar — Kuntratti ta' postijiet tal-gvern

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm kien id-dħul finanzjarju minn kuntratti li għamlu inkwilini ta' postijiet tal-gvern meta xtraw il-post tagħhom fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.

Djar — Xiri ta' djar mill-inkwilini

Question

Tista' il-Ministru tgħid kemm hemm inkwilini ta' postijiet tal-gvern li xtraw il-post tagħhom fis-snin 1999, 2000, 2001, 2002, 2003 u 2004 sal-lum?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li l-informazzjoni mitluba hi kif tidher fit-Tabella li qed inpoííi fuq il-Mejda tal-Kamra

Persuni b'diżabilita' — Żraben ortopediċi

Question

Tista' il-Ministru tgħid jekk il-gvern jipprovdix lill-persuni b'diżabilita' żraben ortopediċi magħmulin apposta għalihom? Jekk iva, tista' tgħid jekk dawn humiex manufatturati u mixtrijin mingħand ditti f'pajjiżna jew humiex impurtati minn barra? Jekk huma mpurtati minn barra, tista' tgħid minn fejn u minn liema kumpannija estera? Il-gvern jissussidja x-xiri ta' dawn iż-żraben?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninsab infurmata li żraben ortopediċi jiġu provduti lill-persuni b'diżabilita' mill-Orthotics u Prosthetics Unit fl-Isptar San Luqa. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.

Mtarfa — Ċentru għall-persuni b'diżabilita' - kiri ta' vannijiet

Question

B'riferenza għat-tliet vannijiet mikrija b'Lm40 kuljum li hemm fiċ-ċentru ta' l-adulti tal-persuni b'diżabilita' fl-Imtarfa, ma tħossx il-Ministru li aħjar ikun provdut vann minn dipartiment ieħor ħalli l-flus in kwestjoni jintużaw għal titjib ta' servizzi oħra li dejjem jenħtieġu aktar il-bżonnijiet ta' dawn il-persuni b'diżabilita'?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ta’ min jgħid li l-vannijiet li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant huma vannijiet speċjali armati bit-tail-lift biex ikunu jistgħu jġorru persuni bis-siġġu tar-roti. Ninsab infurmat li fil-fatt, sas-sena l-oħra, t-taqsima taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum għal persuni b’diżabilita’ kellha ħames vannijiet ta’ dan it-tip iżda dawn m’humiex biżżejjed biex ilaħqu man-numru ta’ klijenti li jattendu ċ-Centri msemmija. Biex ilaħħaq man-numru ta’ klijenti fil-każ taċ-Ċentru ta’ l-Imtarfa, sas-sena l-oħra, kienu qed jinkrew żewġ vannijiet oħra bit-tail-lift. Tard is-sena l-oħra wieħed mill-vannijiet tad-Dipartiment kien involut f’inċident tat-traffiku bir-riżultat li ma setgħax jintuża aktar u għalhekk kellu jiġi rimpjazzat b’wieħed mikri. Ma naf b’ebda Dipartiment li għandu dawn it-tip ta’ vannijiet u li jista’ jagħmilhom għad-disposizzjoni taċ-Ċentri ta’ Matul il-Jum.

Ministeru tal-politika soċjali — Kiri ta' vetturi

Question

Jista' il-Ministru jgħid kemm kienet in-nefqa għall-kirjiet ta' karozzi, vannijiet u vetturi oħra matul Jannar u Frar ta' din is-sena tal-ministeru u d-dekasteri li jaqgħu taħtu? Kemm kienet l-istess nefqa s-sena l-oħra, 2003?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra Tabella li turi l-informazzjoni mitluba.

Djar — Każ dwar applikazzjoni

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex fir-rigward ta’ l-applikazzjoni quddiem il-housing department li d-dettalji tagħha qed jintbagħtu separatament, qed iddum xhur biex toħroġ no objection?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ninforma lill-Onor. Interpellant li l-Awtorita’ tad-Djar ma għandha l-ebda applikazzjoni pendenti quddiemha għall-bini ta’ washroom mill-persuna ndikata.

Sigurta' Soċjali — Każ dwar pensjoni ta' l-irtirar

Question

Tista' il-Ministru tgħid għaliex għadu ma rrispondix dwar il-każ ta' persuna li d-dettalji dwarha qed jintbagħtu separatament, peress li din ma ngħatatx id-dritt tagħha li tieħu pensjoni ta' l-irtirar u għal benefiċċju?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi lill-persuna ndikata fl-uffiċċju distrettwali tad-Dipartiment tas-Sigurta’ Soċjali li jkopri l-lokalita’ tagħha.

Każi quddiem it-tribunal industrijali

Question

B'riferenza għat-tweġiba ta' mistoqsija parlamentari 4235, jista' il-Viċi Prim Ministru jgħid meta se jiġi rikostitwit it-tribunal industrijali biex ikunu jistgħu jitkomplew żewġ każi li huma differiti sine die sakemm tinbidel il-kompożizzjoni tal-bord?

Response (CRISTINA, DOLORES)

It-Tribunali Industrijali li għamel referenza għalihom l-Onor. Interpellant ser jiġu kostitwiti wara li ssir l-emenda meħtieġa fl-Att dwar ir-Relazzjonijiet Industrijali u ta’ l-Impieg li tikklarifika l-kompożizzjoni tat-Tribunal fid-diversi ċirkostanzi kif ikun il-każ.

Introduzzjoni tal-mard Kroniku — Schedule 5

Question

Peress li l-introduzzjoni tal-mard kroniku (Schedule 5) taqa' taħt il-Ministeru tal-Politika' Soċjali, jista' l-Ministeru jikkonsidra li l-marda mitochondrial mypothy tiġi inkluża taħt din l-iskema?

Response (CRISTINA, DOLORES)

Ngħarraf lill-Onor. Interpellant li t-tibdil fil-lista tal-mard li jidhru fit-Taqsima II tal-Ħames Skeda ta’ l-Att dwar is-Sigurta’ Soċjali jista’ jiġi kkunsidrat wara li jingħata l-parir tad-Drugs and Therapeutic Committee, li jaqa’ taħt ir-responsabbilta’ tal-Ministeru għas-Saħħa. Għalhekk nitlob lill-Onor. Interpellant jirreferi l-Mistoqsija tiegħu lill-Ministru konċernat.