Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 9 PQ #25924 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Persuna b'Diżabilita'

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'passi konkreti ttieħdu biex il-persuna b'diżabilita li d-dettalji dwarha huma annessi separatament li qed taħdem fl-Iskola Pawlu Xuereb ir-Rabat (Malta) ikollha l-għajnuna meħtieġa biex ma tibqax waħedha tqandel il-bankijiet, tnaddaf it-twieqi fil-għoli u xogħol ieħor ta' tindif?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fl-Iskola Primarja Pawlu Xuereb tar-Rabat issa hemm 'full complement' ta' Minor Staff.
Leg 9 PQ #26204 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Universita' ta' Malta

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm assistant lecturers, lecturers, associate professors jjew professors ta' ċittadinanza Maltija jaħdmu bħala mpjegati full-time ta' l-Universita' ta' Malta bejn l-1995 u l-2001 (n-numru huma gentilment mitlub separat għal kull kategorija u għal kull sena) Jista' l-Ministru jgħid kemm kien l-ogħla salarju fil-grad ta' assistant lecturer, lecturer, senior lecturer, associate professor u professor matul dan il-perijodu? Kemm kien hemm assistant lecturers, lecturers, senior lecturers, assiate professors jew professors li kien ta' nazzjonalita' barranija u li kienu jaħdmu full-time bħala mpjegati ta' l-Universita' ta' Malta f'xi żmien bejn l-1995 u l-2001? MIn kienu dawn il-barranin? Min minnhom kellu dottorat? Kemm kien is-salarju fis-sena ta' kull wieħed u waħda?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed tinġabar u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #26205 Sitting 546 2001-06-04 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Skola Speċjali

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk hux possibli l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija preċendenti tiegħi 25639 li erġajt irrepetejtha (25939) u li baqgħet ma ġietx imwieġba?

Response (GALEA, LOUIS)

Tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #25381 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JOSEPH CUSCHIERI To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Kontijiet

Question

Jista' l-Ministru jgħid separatament kemm hemm kontijiet pendenti mal-Enemalta u l-Water Services Corporation mill-Ministeru u entitajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista' jgħid kemm jammontaw dawn il-kontijiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Sakemm ma ningħatax raġuni 'l għala qed tintalab, ma nara ebda skop li tinġabar din l-informazzjoni dettaljata.
Leg 9 PQ #25917 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Bord tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew maħtura fuq il-Bord tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi? Fuq liema bażi ġew maħtura fuq dan il-bord, każ b'każ, persuna b'persuna? Meta ġew maħtura? Meta ġew infurmati li se jinħatru?

Response (GALEA, LOUIS)

Dwar il-persuni maħtura fuq il-Bord tal-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi, nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 25740. Il-membri tal-Bord inħatru kif jitlob l-Istatut tal-Fondazzjoni fuq il-bażi ta' esperjenza u kompetenza f'oqsma professjonali marbuta mal-missjoni tal-Fondazzjoni.
Leg 9 PQ #26056 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Cleaners

Question

Jista' l-Ministru jgħid għaliex meta jispiċċaw cleaners bl-eta' ta' l-irtirar eċċ minn mal-Dipartiment ta' l-Edukazzjoni ma jiġux impjegati minn dawk li jkunu impjegati bħala casuals?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-ingaġġ ta' cleaners full-time hu prerogattiva tal-Management and Personnel Office. L-ingaġġ ta' cleaners part-time hu responsabilita` ta' l-iskola konċernata u jsir taħt proċess totalment differenti mill-ingaġġ ta' cleaners full-time i.e. ħaddiema mpjegati b'mod permanenti maċ-ċivil. Ebda cleaner part-time ma jista' jiġi ngaġġat fuq bażi full-time b'mod awtomatiku.
Leg 9 PQ #26090 Sitting 545 2001-05-30 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Teacher — Pupil Ration

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'inhu t-teacher - pupil ratio fl-iskejjel primarji u fl-iskejjel sekondarji tal-Gvern?

Response (GALEA, LOUIS)

It-tagħrif mitlub qed jiġi verifikat u tweġiba tingħata f'xi Seduta oħra.
Leg 9 PQ #25750 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Watchmen

Question

Jista' l-Ministru jgħid min-nofs April sal-lum kemm inqalgħu watchmen mill-iskejjel? Mil-liema skejjel inqalgħu? Fejn intbagħtu? Kif intgħażlu biex jiġu trasferiti?

Response (GALEA, LOUIS)

Nirreferi lill-Onor. Membru għat-tweġiba li tajt għall-Mistoqsija Parlamentari Numru 26101.
Leg 9 PQ #25751 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Edukazzjoni

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir biex il-livell ta' ndafa fl-iskejjel primarji, sekondarji u post-sekondarji tal-gvenr ikun sodisfaċenti? Mill-bidu ta' din is-sena skolastika d-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni kemm irċeviet ilmenti minn skejjel differenti dwar il-problema tan-nuqqas ta' staff biex inaddaf? Mil-liema skejjel waslu dawn l-ilment?X'sar dwar dawn l-ilmenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-sezzjoni li tieħu ħsieb il-Minor Staff qed tagħmel minn kollox biex kull skola statali jkollha 'cleaning complement' kif ġie stipulat fir-Report-Support Staff Requirements in State Schools - 1998'. Fil-bidu tas-sena skolastika, is-sezzjoni irċeviet ilmenti minn skejjel dwar nuqqas ta' staff li jagħmlu xogħol ta' manutenzjoni u t-tindif. Ħafna minn dawn il-każi ġew solvuti. L-iskejjel kienu: * L-iskola Primarja f'San Pawl il-baħar * L-iskola Primarja ta' l-Imġarr * L-iskola Primarja tar-Rabat 'A' * Liċeo Dun Ġużepp Żammit Brighella Ħamrun * Skola Sekondarja Ġuże` D'Amato Raħal Ġdid * Liċeo Marija Reġina Blata l-Bajda * L-iskola tal-Mużika Johann Strauss fil-Belt Valletta.
Leg 9 PQ #25885 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Performance Bonus

Question

Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqsija parlamentari nru 25406 għar-rigward il-Ministeru tiegħu u ċioe: jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra min huma dawk l-uffiċċjali li skond il-ħatra tagħhom kienu jew qegħdin fuq performance agreement u għaldaqstant irċevew il-performance bonus minbarra s-salarju f'xi waħda mis-snin 1998, 1999 u/jew 2000 u fl-istess żmien kienu nominati jew maħtura għal xi pożizzjoni jew kariga oħra li tagħha rċevew xi ħlas, kumpens jew benefiċċju minbarra s-salarju u l-performance bonus? Għal liema kariga jew nomina dawn l-uffiċċjali pubbliċi rċevew il-ħlas, kumpens jew benefiċċju? X'kien il-ħlas, kumpens jew benefiċċju f'kull każ u x'kienet il-ħatra rispettiva tagħhom fiċ-ċivil li għaliha kellhom performance agreement u allura rċevew il-performance bonus?

Response (GALEA, LOUIS)

L-informazzjoni mitluba qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 9 PQ #25962 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: MARIE LOUISE COLEIRO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Dyslexia

Question

Jista' l-Ministru jgħid jekk id-dipartiment għandux ippjanat li jagħti appoġġ lil tfal li jbatu mid-dyslexia wara l-ħin ta' l-iskola, per eżempju permezz ta' għajnuna ta' parapethic teacher?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-SpLD Service (Specific Learning Difficulties Service) li huwa s-sezzjoni fid-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni responsabbli għat-tfal dyslexic m'għandux pjan, għalissa, biex jagħti taħriġ speċjalizzat wara l-ħin ta' l-iskola. Il-peripatetic teachers li jaħdmu fl-SpLD Unit jagħtu appoġġ lit-tfal fil-ħin ta' l-iskola, sewwa fl-iskola stess kif ukoll fil-Unit. L-SpLD Service jaħdem ukoll mal-ġenituri biex jinbena l-appoġġ li dawn jagħtu lit-tfal fid-dar.
Leg 9 PQ #25992 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: JEAN PIERRE FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Masters Psychology

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm iggradwaw persuni b' BA Social Work sena b'sena b'dawn l-aħħar snin? Kemm iggradwaw wkoll f'Masters Psychology barra minn Malta. Hemmx il-ħsieb li dan tal-aħħar jibda jsir fl-Universita' ta' Malta?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni m'għandhiex il-mezzi kif tkun taf kemm persuni Maltin gradwaw Masters fil-Psikoloġija barra minn pajjiżna. Il-Masters fil-Psikoloġija huwa wieħed mill-korsijiet li l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni diġa' qed toffri.
Leg 9 PQ #26003 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: CHRIS AGIUS To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Tfal ma jafux jiktbu u jaqraw

Question

Jista' l-Ministru jgħid x'qed isir b'mod konkret sabiex it-tfal li ma ikunux jafu jiktbu u jaqraw jonqsu? Kif jistgħu jagħmlu l-ġenituri li jkollhom xi wild li sa year 5 ma jafx jikteb u jaqra, sabiex iżommuh jirrepeti sena?

Response (GALEA, LOUIS)

Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni għal dawn l-aħħar snin ħadet u għadha tieħu inizjattivi fuq livell ta' skejjel, klassijiet u individwi biex isiru magħrufa dawk it-tfal li baqgħu lura fit-tagħlim u qed jittieħdu passi biex dawn l-istess tfal tingħatalhom l-għajnuna meħtieġa biex javvanzaw. Fost dawn il-passi: A) Qed jingħata servizz ta' Edukazzjoni Kumplementarja fit-tieni sena tal-Primarja. Marbuta ma' dan is-servizz hemm dawn l-inizjattivi: * Jitqassmu riżorsi lill-għalliema ta' l-Edukazzjoni Kumplementarja; * Jittieħdu inizjattivi biex kull għalliem/a joħloq programmi li jindirizzaw il-bżonnijiet edukattivi speċifiċi ta' dawn it-tfal; * Jiġu organizzati korsijiet ta' aġġornament (induction training u in-service cources) lill-għalliema ta' dawn it-tfal; * Isiru żjarat ta' sikwit fil-klassijiet ta' dawn l-istudenti; * L-għalliema joħolqu l-metodi ta' tagħlim b'mod individwali kif ukoll fi gruppi; * Jiġu organizzati laqgħat ta' tagħrif ma' diversi gruppi ta' ġenituri flimkien ma' uliedhom li jieħdu s-servizz ta' Edukazzjoni Kumplimentarja, fuq il-qari u l-kitba (Hands on experience). B) Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Fakulta` ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita` ta' Malta qed jaħdmu id f'id biex iwettqu proġett dwar 'Literacy' f'dawn l-iskejjel: Primarji:- Cospicua, Kerċem (Gozo), Vittoriosa, Ħamrun (Vinċenzo Buġeja Street), Ħamrun (School Street), Victoria (Gozo), Birkirkara, Floriana, Għargħur, St Julian's, Msida, Sliema u Senglea. Sekondarji:- Furtu Selvatico Boys' Secondary School, Naxxar u Maria Teresa Nuzzo Girls' Secondary School, Ħamrun. C) Id-Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni u l-Fakulta1 ta' l-Edukazzjoni ta' l-Universita` ta' Malta qed jaħdmu id f'id biex iwettqu proġett bl-isem 'Let Me Learn' f'dawn l-iskejjel: Valletta Primary, Mosta Primary 'A' u Fra Diego Bonanno, Marsa. D) Hemm il-Klabb Sajf għal tfal ta' Year 2 li, waqt is-sena skolastika, jibbenefikaw mis-servizz ta' complementary teachers. Klab Sajf jiffoka fuq il-kisba ta' ħila fit-taħdit, smigħ, qari u kitba. E) Tfal li d-diffikulta` tagħhom ġejja mill-fatt li għandhom bżonnijiet speċjali jgħaddu minn proċess ta' statementing u jingħataw għajnuna skond il-ħtieġa. F) Numru ta' klassijiet jinżammu b'numru żgħir ta' tfal biex it-tfal jingħataw iżjed għajnuna individwali. G) Wara konsultazzjoni bejn ġenituri u l-kap ta' l-iskola, tista' tittieħed deċiżjoni li ċertu tfal jirrepetu sena sabiex jissudaw u jkunu f'qagħda aħjar li jkampaw is-sena ta' wara. Tfal li jibqgħu repeaters f'Year 5 mhux neċessarjament ser jitgħallmu jiktbu u jaqraw. H) Fil-ġejjieni, dawn it-tfal se jkunu jistgħu jsegwu programm ta' appoġġ wara l-ħin ta' l-iskola waqt li l-ġenituri tagħhom ukoll se jingħataw l-appoġġ kollu meħtieġ li jgħinhom irawmu ħila ta' komunikazzjoni, kitba u qari. Dan l-appoġġ se jingħata mill-Fondazzjoni għal Servizzi Edukattivi.
Leg 9 PQ #26035 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: HELEN D'AMATO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Parental Leave

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm impjegati li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu li qegħdin fuq parental leave? Kemm minnhom huma rġiel u kemm minnhom huma nisa? F'liema skala huma dawn l-impjegati?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fid-dekasteru ta' l-Edukazzjoni, impjegati li qegħdin fuq Parental Leave huma kif ġej: Dipartiment Numru ta' Skala impjegati Nisa _______________________________________________________ Direttur Servizzi Korporattivi 2 14 1 18 _______________________________________________________ Segretarjat Parlamentari Nil Nil _______________________________________________________ Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport Nil Nil _______________________________________________________ Diviżjoni ta' l-Edukazzjoni 2 7 12 8 79 9 4 10 12 11 21 13 17 14 11 15 8 18 1 19 1 20 ---------------------------------------------------------- Subtotal 168 _______________________________________________________ Dipartiment ta' l-Eżamijiet 1 14 1 15 _______________________________________________________ Dipartiment tal-Libreriji u Arkivji Nil Nil _______________________________________________________ Dipartiment tal-Mużewijiet 3 16 _______________________________________________________ Dipartiment tal-Kultura Nil Nil _______________________________________________________ Fondazzjoni għall-Istudji Internazzjoniali 1 Senior Clerk _______________________________________________________ Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija Nil Nil _______________________________________________________ Universita` ta' Malta (Academic) 1 Asst. Lecturer (Univ. Scale 7) (Non-Academic) 2 11 4 13 1 14 1 15 1 17 _______________________________________________________ PBS 2 D 1 C 1 B _______________________________________________________ Dar il-Mediterran għall- Konferenzi Nil Nil _______________________________________________________ Ċentru Malti għar-Restawr Nil Nil _______________________________________________________
Leg 9 PQ #26050 Sitting 544 2001-05-29 Oral · Final From: CARMELO ABELA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Ċina

Question

B'referenza għall-mistoqsija tiegħi dwar iż-żgħażagħ Maltin li żaru ċ-Ċina, jista' l-Ministru jagħtini lista taż-żagħżagħ li żaru ċ-Ċina u min liema organizzazzjonijiet taż-żagħżagħ ġew magħżula? Jista' jikkonferma li se jkun hemm aktar bdil ta' żjarat bejn żgħażagħ Ċiniżi u żgħażagħ Maltin? Jekk hu hekk xi kriterju se juża s-Segretarjat taż-Żgħażagħ u Sport biex jgħażel lil min imur iċ-Ċina? Jista' jara li l-istedina miċ-Ċina tkun ċirkolata lill-għaqdiet kollha membri tal-Kunsill taż-Żgħażagħ biex jiġi assigurat li l-għażla tkun waħda ħielsa u ġusta?

Response (GALEA, LOUIS)

Lista taż-żgħażagħ li żaru ċ-Ċina s-sena li għaddiet qed titpoġġa fuq il-Mejda tal-Kamra. Informat li din is-sena se jkun hemm żewġ gruppi li se jieħdu sehem fi skambji ta' żjarat bejn żgħażagħ Maltin u dawk Ċiniżi. Kif isir kull sena d-Dipartiment taż-Żgħażagħ u Sport diġa` ħareġ sejħa għall-applikazzjonijiet għal żjart f'diversi pajjiżi, inkluża ċ-Ċina. Din is-sejħa dehret fil-ġurnali lokali li joħorġu matul il-ġimgħa. Qatt ma kienet policy tad-Dipartiment li tkun ċirkulata stedina lil xi għaqda partikolari propju biex dawn iż-żjarat ikunu miftuħa għaż-żgħażagħ Maltin kollha bejn is-16 u s-26 sena.
Leg 9 PQ #25442 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: NOEL FARRUGIA To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Għajnuna

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm fil-fatt huma n-numru ta' Għaqdiet Lokali u tal-volotarjat li talbu l-għajnuna lid-Dipartiment ta' l-Isport u Kultura biex jiżviluppaw range tal-plattini matul dawn l-aħħar snin? Liema huma dawn il-lokalitajiet f'Malta u Għawdex u xi progress sar dwar dawn it-talbiet?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li s-Segretarjat irċieva talba mill-Għaqda Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti Mellieħa biex jingħataw għajnuna biex jiżviluppaw shooting range fil-Mellieħa. L-għaqda ġiet mitluba tibgħat pjanti tas-sit propost. Huma ġew ukoll mitluba jikkonfermaw jekk saritx talba formali lid-Dipartiment ta' l-Artijiet għall-allokazzjoni ta' l-art u lill-Awtorita` ta' l-Ippjanar għall-permessi meħtieġa. Sal-lum għadna ma rċevejna ebda risposta.
Leg 9 PQ #25740 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi

Question

Jista' l-Ministru jgħid min huma l-persuni li ġew maħtura fil-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi? B'liema budget se taħdem sa Diċembru 2001? Kif se jkun allokat dan il-budget? Kemm se jitħallsu l-persuni li nħatru f'din il-fondazzjoni? Kemm saru laqgħat s'issa ta' din il-fondazzjoni?

Response (GALEA, LOUIS)

Il-membri li jiffurmaw il-Bord tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Edukattivi (FSE) huma dawn li ġejjin. Il-Professur Kenneth Wain Chairperson Is-Sinjorina Mary Rose Mifsud Membru Is-Sur Frans Borg Membru Is-Sur Alan Caruana Membru Is-Sur Leonard Callus Membru Dr Pierre Attard Membru Is-Sinjorina Salvina Muscat Membru Il-Gvern alloka dotazzjoni ta' Lm50,000 għas-sena 2001. L-allokazzjoni tal-baġit ta' l-FSE tkun determinata mill-Bord stess bl-approvazzjoni tal-Ministeru tal-Finanzi. S'issa saru ħames laqgħat. Dwar il-ħlas tal-membri tal-Bord, din hi materja li qed nidħlu fiha u għad trid tittieħed deċiżjoni.
Leg 9 PQ #25742 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: EVARIST BARTOLO To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Studenti Ġodda

Question

Jista' l-Ministru jgħid fuq il-bażi tax-xejriet fl-aħħar ħames snin kemm huma stmati li se jintbagħtu studenti ġodda fl-iskejjel sekondarji (ex-opportunity centres) tas-subien u l-bniet fil-Marsa, tal-bniet fil-Ħamrun, tas-subien fil-Furjana u tas-subien fin-Naxxar, skola bi skola f'Settembru 2001?

Response (GALEA, LOUIS)

Informat li fuq bażi tax-xejriet fl-aħħar ħames snin huwa stmat li l-popolazzjoni fl-iskejjel imsemmija ser tkun bejn wieħed u ieħor hekk:- Floriana 38 Marsa 59 Naxxar 65 Tereza Nuzzo 33 Fra Diego 35
Leg 9 PQ #25799 Sitting 543 2001-05-28 Oral · Final From: LEO BRINCAT To: Ministeru ta' l-Edukazzjoni

Fondazzjoni ta' l-iskejjel — Task force

Question

Jista' jitqiegħed fuq il-Mejda tal-Kamra r-rapport sħiħ li ħejja t-task force konness mal-fondazzjoni ta' l-iskejjel ta' għada - inkluża l-analisi dettaljata li qed jingħad li saret dwar is-sitwazzjoni preżenti?

Response (GALEA, LOUIS)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra kopji ta' dokumentazzjoni konnessa mal-Fondazzjoni ta' l-Iskejjel ta' Għada u li jiena kont għaddejt lill-Oppożizzjoni xi ġimgħat ilu.