Jista' l-Ministru jgħid x'investigazzjoni saret wara l-ħsara li saret fi Pjazza fil-Għargħur, nhar l-Erbgħa ta' ġimgħat jew tlieta ilu, meta ħaddiema ta' kuntrattur waqt li kienu qegħdin iħaffru toqba bil-jackhammer bil-barka tal-kunsill lokali tal-Għargħur tajru t-three phase, saret splużjoni u kien biss b'xorti tajba li ma kienx hemm vittmi?
Jista' jgħidilna wkoll jekk kienx hemm il-permessi meħtieġa biex isiru dawn ix-xogħlijiet fi Pjazza tal-Għargħur?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol inkwestjoni kien qed isir mill-Kunsill Lokali li hu responsabbli wkoll mill-ħruġ tal-permess għal dan it-tip ta` xogħol. Għal dan il-għan id-Dipartiment ma jkollux `records` dwar tali permessi.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ġew impjegati ħaddiema ġodda fl-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000? Jista' jgħid ukoll jekk ġewx impjegati ħaddiema ġodda meta ħarġu l-applikazzjonijiet għal dawn l-impjiegi? Jekk jirriżulta li ġew impjegati ħaddiema ġodda mingħajr applikazzjonijiet, jista' jgħid kemm dawk impjegati kien ilhom applikati għall-imsemmi mpjieg? Jekk jirriżulta li lanqas kienu applikati għall-imsemmi mpjieg, jista' jgħid xi kriterji ntużaw biex dawn ingħataw l-impjieg in kwestjoni?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mis-16 ta` Settembru 1999 sa l-4 ta` Jannar 2000 ġie mpjegat persuna waħda bħala `Human Resources and Administration Manager` wara sejħa għal applikazzjonijiet mill-Awtorita' għall-Impjiegi u Taħriġ.
Jista' l-Ministru jgħid kemm ingħataw trasferimenti mis-16 ta' Settembru, 1999 sa l-4 ta' Jannar, 2000 lill-ħaddiema ta' l-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku? Jista' jagħti r-raġuni għaliex saru dawn it-trasferimenti, każ b'każ? Jista' jgħid huwiex il-ħsieb li jsiru aktar trasferimenti fil-futur qarib fil-post tax-xogħol imsemmi?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mis-16 ta` Settembru 1999 sa l-4 ta` Jannar 2000 ma ngħataw l-ebda trasferimenti lill-ħaddiema ta` l-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku.
Peress li ħafna toroq prinċipali fit-12-il distrett, Rabat, Mellieħa, Imġarr, Burmarrad, San Pawl il-Baħar, Manikata, Żebbiegħ, eċċ. jinsabu f'diżastru kawża tal-maltemp u qed joħolqu inkonvenjent kbir, inkluż nuqqas ta' sigurta fit-toroq lis-sewwieqa tal-vetturi, jista' l-Ministru jara li jsir pjan ta' għoti ta' tarmac ta' dawn it-toroq qabel is-sajf li ġej ħalli jkunu lesti qabel jibda l-istaġun turistiku f'pajjiżna? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Il-kisi tat-tarmac fit-toroq prinċipali ta` Malta kollha, inkluż tat-tnax il-distrett qed isir skond pjan li ilu ppublikat diversi xhur. Numru ta` toroq fit-tnax il-distrett huma ndikati li għandhom isiru fl-ewwel fażi tax-xogħol. Tajjeb wieħed jgħid li ż-żmien li l-affarijiet isiru bla pjan, bħal fil-każ tal-Bypass ta` l-Imtarfa, tal-Bypass ta` San Pawl il-Baħar u t-triq li tagħti għal Haż-Żebbuġ spiċċa u m`għandux jirritorna.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jiġu rranġati t-toroq tax-Xemxija, limiti ta' San Pawl il-Baħar, u cioe' jkomplu jingħataw it-tarmac?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jrriżultaw minn dan il-programm.
Dan ix-xogħol li jrid isir b`mod tajjeb, li jservi, u għalhekk ix-xogħol irid isir biex jibqa` tajjeb għat-tul, mhux biex taparsi jkun sar.
Jista' l-Ministru jara li tiġi rranġata u tingħata t-tarmac Triq l-Imġiebah, ix-Xemxija? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Dan ix-xogħol li jrid isir b`mod tajjeb, li jservi, u għalhekk ix-xogħol irid isir biex ikun jista jibqa` tajjeb għat-tul, mhux biex taparsi jkun sar.
Jista' l-Ministru jara li jiġu rranġati u jingħataw it-tarmac Triq il-Preistorja u Triq l-Imqades Megalitiku, ix-Xemxija? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq flimkien mal-Kunsilli Lokali qed jipprepara programm għal asfaltar ta` toroq simili ma` Malta kollha, u x-xogħol fil-lokal isir skond il-prijoritajiet li ser jirriżultaw minn dan il-programm.
Dan ix-xogħol li jrid isir b`mod tajjeb, li jservi, u għalhekk ix-xogħol irid isir biex jibqa` tajjeb għat-tul, mhux biex taparsi jkun sar.
Jista' l-Ministru jgħid x'jiġri issa li ddaħħlet il-VRT meta persuna li jkollha bżonn tagħmel xi tiswijiet fil-vettura tagħha biex tkun konformi mal-liġi, jkollha tistenna biex tagħmel dan minħabba li l-aġent ma jkollux l-ispare parts għall-vettura partikolari? Min se jkun responsabbli għal dan id-difett fil-vettura?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nitlob lill-Onor. Interpellant jagħmel il-mistoqsija lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta persuna tkun responsabbli li tagħmel triq, u din ma tagħmilhiex, x'inhuma l-passi li l-gvern jieħu kontra dan in-nuqqas?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li skond il-liġijiet Maltin, kull persuna li tibni għandha d-dover li tibni t-triq ukoll sal-livell tal-qatran. Wara dan id-Dipartiment tat-toroq suppost li jidħol biex jagħti l-wiċċ ta` l-istess triq. Sfortunatament huma ftit ħafna dawk li jibnu t-triq kif suppost, u għalhekk l-istess Dipartiment tat-Toroq qed ikollu jibni t-toroq minn taħt.
Jista' l-Ministru jieħu passi biex tiġi rranġata Triq Ħadd in-Nies, Zabbar, għax hi triq ferm residenzjali u tinsab imħarrbta kollha peress li, minkejja li kienet asfaltata xi snin ilu, il-kuntrattur kien għadda kanen ġodda ta' l-ilma, kissirha u ħallieha hekk, u dan minkejja interventi tiegħi anke mad-direttur tat-toroq? Possibbli li wara għadd ta' snin issir xi ħaġa biex ir-residenti ma jibqgħux jgħixu f'dan l-ambjent degredanti?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li mir-`records` tad-Dipartiment jirriżulta li x-xogħol sar mill-Korporazzjoni tas-Servizzi ta` l-Ilma. Id-Dipartiment għalhekk informa lill-Korporazzjoni biex fejn hemm bżonn tqabbad lill-kuntrattur tagħha biex jirranġa x-xogħol.
Jista' l-Ministru jintervjeni dwar l-ilmenti ta' residenti f'Nazju Ellul Street, kantuniera ma' St. George's Street, Gżira fejn għal dawn l-aħħar 35 sena rriżulta li malli tagħmel ix-xita qed jinġabar ilma tax-xita u tad-drenaġġ minħabba fid-diżlivelli li hemm f'dik il-parti tat-triq? Tista' tieħu passi rimedjali kontra dan il-flooding eċċessiv?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li d-Dipartiment tat-Toroq u l-Kunsill qegħdin jiddiskutu din il-problema biex tinstab l-aħjar soluzzjoni.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir upgrading ta' l-area, fi Triq il-Batterija c/w Triq il-Palazz l-Aħmar, f'Sta Venera? U meta se jsiru arranġamenti tat-traffiku aħjar, bħal xi stop sign eċċ?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li xogħolijiet ta` `upgrading` u ta` arranġamenti tat-traffiku ġeneralment isiru mill-Kunsill Lokali, u għalhekk l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
Jista' l-Ministru jgħid meta se jsir xi tip ta' bus shelter għan-nies li jkunu qed jistennew Ħal Qormi, San Bastjan fl-area ta' ħdejn il-każin tal-banda Pinto?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li fl-Awtorita` dwar it-Trasport Pubbliku ma jirriżultax li hemm talbiet ta` din ix-xorta, madankollu, wieħed irid jara jekk hemmx lok ta` `Bus Shelter` fil-post imsemmi.
Jista' l-Ministru jgħid meta d-dipartiment se jsewwi t-turġien taċ-ċimiterju ta' Ħal Qormi (fuq in-naħa ta' wara) li tkissru minn trakkijiet li jgħaddu minn hemm?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li peress li dan it-tip ta` manutenzzjoni isir mill-Kunsill Lokali l-Onor. Interpellant hu mitlub jirreferi l-mistoqsija tiegħu lill-Ministru kkonċernat.
B'riferenza għar-risposta tal-mistoqsija parlamentari numru 13591, jista' l-Ministru jgħid meta se jitlesta l-programm ta' asfaltar ta' toroq lokali li qiegħed isir flimkien mal-kunsilli lokali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħol fuq dan il-programm huwa fi stadju avvanzat.
Possibbli t-Traffic Control Board jew l-awtorita' kompetenti tara li Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun tiġi down graded għax din m'għandhiex bypass minħabba li ġiet fil-village core b'aktar minn 100 familja joqogħdu fiha, b'diversi entitajiet kummerċjali u kollha side streets residenzjali?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li għalkemm it-triq il-President Anton Buttigieg għandha l-karaterristiċi ta` `by pass` m`hiex meqjusa bħala `arterial` jew `distributor road` u għaldaqstant ix-xogħol li jsir fiha huwa r-responsabilita` tal-Kunsill Lokali.
Il-bord għall-Kontroll tat-Traffiku diġa ħa diversi miżuri biex it-`traffic management` f`din it-triq jitjieb.
Jista' l-Traffic Control Board jikkonferma jekk id-double lines li saru biss f'parti waħda ta' Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun u sarux mill-Kunsill Lokali taż-Żejtun?
Saru bil-kunsens u l-approvazzjoni tat-Traffic Control Board?
It-Traffic Control Board sar jaf qabel ma saru jew wara li saru meta jien informajt personalment lis-Sur Peter Ripard li wara li wara mar fuq il-post personalment?
Jekk qabel saru dawn id-double lines intalab il-parir professjonali tat-Traffic Control Board, minn min intalab, kif intalab?
F'dan il-każ, it-Traffic Control Board issuġġerixxa li dawn isiru biss f'parti waħda tat-triq?
Jaqbel it-Traffic Control Board li din it-triq tiġi down graded?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposti li tajt għad-domandi numru 13816,13821 u 13823.
X'jaħseb u x'inhuma l-kummenti tat-Traffic Control Board fuq id-double lines li saru f'parti żgħira ta' Triq il-President Anton Buttigieg, Żejtun peress li jien informat li l-pulizija taż-Żejtun ma jaqblux li kellhom isiru u li anqas ġew konsultati wara li saru dawn id-double lines?
Response (GALEA, ĊENSU)
Nirreferi lill-Onor. Interpellant għar-risposta li tajt għad-domanda parlamentari numru 13816 u nżid li wara vista fuq il-post mill-Uffiċjali tal-Bord għall-Kontroll tat-Traffiku, il-Bord iddeċida li dawn il-linji huma utili ħafna għax dawn iservu biex jitrażżan il-parkeġġ fl-`approach` għal `junction` traffikuża ħafna.
Il-Bord jikkonferma li l-pulizija mhux biss ġiet ikkonsultata iżda tagħt in-`no objection` tagħha speċifikament għal dawn il-linji.
Jista' l-Ministru jirrispondi l-mistoqsija parlamentari numru 13569 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Ambjent u li ġiet riferuta lilek u cioe': jista' jieħu ħsieb l-inkonvenjent tal-persuna, li l-partikolaritajiet tagħha qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija, peress li wara li saru xi xogħlijiet fit-triq issa qiegħed ikollha problemi ma' kull ħalba xita li tagħmel?
Response (GALEA, ĊENSU)
Jien infurmat li x-xogħolijiet f`din it-triq qed isiru mill-Kunsill Lokali.
Tajt struzzjonijiet lid-Dipartiment tat-Toroq biex jara x`inhu l-każ.