Jista' l-Ministru jagħti rendikont dettaljat tat-tenders kollha ta' ġarr u trasport ta' għamara u merkanzija oħra, tkun xi tkun, li ġew awarded lid-ditta Borg Bros. ta' Triq id-Demnuq, Siġġiewi, minn Settembru, 1998 sal-ġurnata tal-lum, inklużi dawk li għadhom operattivi sal-lum? Jista' jgħid liema tenders ingħataw lil din id-ditta b'direct order u liema tenders ingħataw wara sejħa għall-offerti? Jista' l-Ministru jagħti l-informazzjoni mitluba għal kull dipartiment, korporazzjoni u awtorita' li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-Onorevoli Interpellant li risposta għal din il-mistoqsija tingħata f`xi Seduta oħra.
Jista' l-Ministru jara li jinbidlu ll-wires tad-dawl li hemm fejn Victor House, Tas-Sirena, Baħrija peress li qed tkun sospiża l-provvista tad-dawl regolarment?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nformat li l-Korporazzjoni Enemalta diga` għamlet l-investigazzjonijiet tagħha dwar ix-xogħol li għalih qed issir riferenza. Ġie stabbilit li hemm bżonn jgħaddi t-three phase u li l-arbli tat-tlett pulzieri jridu jinbidlu. Dan ix-xogħol hu maħsub li jsir flimkien ma` xogħolijiet oħra.
Jista' l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru ta' ħofor ta' l-ilma li ġew permessi matul il-perijodu ta' Jannar u Mejju ta' din is-sena?
Kemm-il spezzjoni saret fuq ħofor ta' l-ilma li huma rrapportati li saru bla permessi meħtieġa u x'passi ttieħdu?
Peress li numru ta' hydroloġisti jgħidu li dawn il-ħofor ta' l-ilma mhux jiġu kkontrollati u qed jaffettwaw ħażin is-sorsi tal-ħażna ta' l-ilma naturali, jista' l-Ministru jinforma lill-Kamra bil-pożizzjoni tal-Gvern dwar din il-kwestjoni?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena infurmat li bejn Jannar u Mejju 2000 ma ingħata ebda permess għat-tħaffir ta` boreholes. Matul l-istess perijodu ġew reġistrati 75 borehole, 67 imsemmi saru rapporti dwar tħaffir illegali ta` 9 boreholes f`Malta u f`Għawdex. Wara li saru l-ispezzjonijiet meħtieġa irriżulta li:
Ittieħdet azzjoni legali dwar borehole f`Malta u oħra f`Għawdex
Tlieta f`Malta ġew magħluqa
Fi tliet każi f`Għawdex iddaħħlet il-pulizija iżda irriżulta li ma kien hemm xejn illegali.
F`ħames każi f`Malta irriżulta li fil-fatt ma kienx hemm tħaffir.
Għar-rigward ta` l-isfruttament tar-riżorsi ta` l-ilma, il-Korporazzjoni għas-servizzi ta` l-Ilma trid li jsir pjan ta` transizzjoni mis-sitwazzjoni preżenti għal waħda aktar ordinata u xjentifika. Madankollu hu ppjanat li t-twettieq ta` pjan bħal dan għandu jkun fir-responsabbilta` ta` l-Awtorita` tar-Riżorsi li għad trid titwaqqaf u li ser tkun ir-regolatur ta` l-ilma u ta` d-dawl.
B'riferenza għall-ħsarat li ġarrbu numru ta' residenzi fil-Fgura f'April li għadda, minħabba ħsarat fis-sistema ta' l-elettriku, jista' l-Ministru jgħid kemm familji għamlu talbiet għall-kumpens lill-Enemalta? Jista' jgħid fiex waslu dawn it-talbiet?
Response (BONNICI, JOSEF)
Ir-risposta għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jwieġeb il-mistoqija parlamentari numru 16551?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-bozoz ġodda li għadhom jitwaħħlu fit-Tieni distrett huma:
Lokalita` Triq
Fgura Triq il-Karmelitani
Triq Ħaż-Żabbar kantuniera ma` Triq San Tumas
Triq San Pietru
Triq Mater Boni Consigli
Isla Iż-Żoni ta` l-ipparkjar fi Pjazza Mitrovich
Kalkara Triq Agostino Portelli
Triq Melchiore de Robles
Xgħajra Triq Ġdida fi Triq il-Fortizza tal-Grazzja
Triq il-Knisja
Żabbar Triq id-Dukkar kantuniera ma` Triq San Franġisk
Triq Erminia Cilia Abela kantuniera ma` Triq il-Qasam Industrijali
Triq il-Baħrija
Triq il-Kappuċċini ma` Triq Alessio Erardi
Triq is-Sienja
Pjazza San Nikola
Triq il-Ficus kantuniera ma` Triq il-Mina ta`
Hompesch
Triq Ġanni Bonavia
Huwa ppjanat li x-xogħol jitlesta sa l-aħħar ta` Lulju ta` din is-sena.
Jista' l-Ministru separatament jgħid skond iż-żoni jew pajjiżi rispettivi kemm ikopru ħin it-Telecards ta' Lm2, Lm3 u Lm5 tal-Maltacom?
Jista' l-Ministru jgħid separatament ukoll meta sar l-aħħar tibdil f'dan is-sens?
Response (BONNICI, JOSEF)
Il-lista tat-tariffa ta` drittijiet imħallsa għal kull minuta skond iż-żona għal telefonati ma` barra minn Malta tinsab fid-direttorju tat-telefon. Ghaldaqstant, biex ikun jaf kemm ħin tkopri Telecard, kull ma` għandu jagħmel l-Onorevoli Interpellant huwa li jiddividi l-valur tat-telecard bit-tariffa relattiva.
Jista' l-Ministru jara li wires tal-Maltacom li hemm ma' residenza li l-partikolaritajiet tagħha qegħdin jidhru separatament u li qegħdin ikerrhu l-ambjent, jitneħħew jew jiġu rranġati?
Response (BONNICI, JOSEF)
L-ilment ta` l-Onorevoli Interpellant ġie mgħoddi lill-Maltacom plc sabiex jiġi investigat u jekk ikun il-każ tittieħed l-azzjoni meħtieġa.
Jista' l-Ministru jara li ssir ġustizzja mal-ħames linesmen Għawdxin li daħlu jaħdmu mal-Korporazzjoni Enemalta, qegħdin jaħdmu fuq id-distrett ta' Tas-Sliema u qed ikollhom il-paga mnaqqsa b'Lm44 kull ħmistax-il ġurnata għax jaslu għax xogħol fis-7.15 am minflok fis-7.00 a.m.? Jista' l-Ministru jara mhux biss li dan ma jseħħx għaliex l-istess regola ma tapplikax għall-Maltin li jmorru għal xi ġurnata (mhux kuljum) Għawdex, imma wkoll li dawn jiġu provduti bi trasport miċ-Ċirkewwa u mhux jikru karozza kull darba?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tlabt lill-Korporazzjoni Enemalta biex tinfurmani bid-dettalji kollha tal-każ.
Jista' l-Ministru jikkonferma jekk huwiex veru li l-ħaddiema on-loan mal-Maltacom ser jintbagħtu lura fil-post oriġinali tax-xogħol tagħhom? Jekk fl-affermattiv, jista' flimkien mal-Maltacom jikkonsidraw in-numru ta' snin ta' servizz tal-ħaddiema nvoluti, biex wara li dawn taw servizz ta' snin twal lill-Maltacom jew isiru tal-post jew jingħataw is-somma?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nixtieq ninforma lill-onorevoli Interpellant li tweġiba għal din il-mistoqsija parlamentari tingħata f`xi seduta oħra.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-pensjonanti ex-ħaddiema tal-Maltacom, MIA, Air Malta u Malta Drydocks, ibbenefikawx mill-aħħar ftehim kollettiv li sar ma' dawn l-azjendi? Jekk fl-affermattiv,x'kienu l-benefiċċji li bbenefikaw minnhom?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nissuġġerixxi li l-mistoqsija parlamentari ssir lill-Ministru tal-Politika Soċjali.
Peress li l-kont Nru. 910195400 ġie għoli aktar mis-soltu u l-familja qed tilmenta li hemm xi differenza kontra tagħha fil-kalkolu, jista' d-dipartiment jirrivedi u jirrimedja għal dan l-ilment?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 16673 waqt is-Seduta numru 316.
Peress li l-kont Nru. 944139320 ġie għoli aktar mis-soltu u l-familja qed tilmenta li hemm kalkoli ħżiena u kontra tagħha, jista' d-dipartiment ġentilment jirrivedi u jirrimedja għall-ilment ta' Lm611 kont tad-dawl u l-ilma?
Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 16673 waqt is-Seduta numru 316.
Peress li l-kont tal-konsum ta' l-ilma bin-numru 940708570 ġie għoli ħafna aktar mis-soltu u l-familja qed tilmenta li m'għandhiex tagħti l-Lm400 f'kont pendenti mal-WSC, jista' d-dipartiment konċernat ġentilment jirrimedja għal dan l-inkonvenjent li qed issofri l-familja konċernata?
Response (BONNICI, JOSEF)
Nirreferi lill-Onorevoli Interpellant ghat-twegiba li tajt ghall-mistoqsija numru 16673 waqt is-Seduta numru 316.
Jista' l-Ministru jikkonsidra bl-akbar serjeta' li jsir street lighting fi Triq l-Imħallef William Harding, Pembroke quddiem Plot 199 sa Plot 204 u minn quddiem Plot 208 sa Plot 211?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba sabiex Triq l-Imhallef William Harding f`Pembroke tigi mdawwla giet mghoddija lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tigi kkunsidrata. Inserrah mohh l-Onorevoli Interpellant li talbiet ta` dan it-tip dejjem jigu kkunsidrati bl-akbar serjeta`.
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-Maltapost tistax tieħu ħsieb li tara hemmx il-ħtieġa ta' letter box f'Pjazza 7 ta' Ġunju, 1919, Ħamrun?
Response (BONNICI, JOSEF)
Jiena nfurmat li fejn jirrigwarda twahhil ta` kaxxi ta` l-ittri godda, il-Maltapost timxi fuq rakkomandazzjonijiet ta` l-Unjoni Postali Universali u cioe` li jkun hemm kaxxa ta` l-ittri ghal kull tlitt elef resident.
Fil-kaz tal-Hamrun, fejn hemm popolazzjoni ta` ftit aktar minn hdax-il elf ruh, ir-residenti ghandhom ghad-dispozizzjoni taghhom tmien kaxxi ta` l-ittri, li hija figura ghola hafna minn dik rakkomandata mill-organizazzjoni msemmija qabel. In vista ta` dan, it-talba ta` l-Onorevoli Interpellant mhux possibbli li tintlaqa`.
Barra minn hekk l-eqreb kaxxa ta` l-ittri ghar-residenti tal-pjazza msemmija tinsab fi Triq Barbara fil-Qasam tad-Djar tar-Rabbat, distanza ta` madwar mija u hamsin metru.
Jista' l-Ministru jara li pipe tad-dawl li dettalji dwaru qed jintbagħtu separatament minn din il-mistoqsija u li jinsab fi stat perikoluż, jinbidel mill-aktar fis possibbli?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant ghaddejtha lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tigi kkunsidrata u jekk ikun il-kaz jittiehdu l-passi mehtiega.
Jista' l-Ministru jara li wires tad-dawl li hemm ma' residenza li l-partikolaritajiet tagħha jidhru separatament u li qegħdin ikerrhu l-ambjent jitneħħew jew jiġu rranġati?
Response (BONNICI, JOSEF)
It-talba ta` l-Onorevoli Interpellant ghaddejtha lill-Korporazzjoni Enemalta sabiex tigi kkunsidrata u jekk ikun il-kaz jittiehdu l-passi mehtiega.
Peress li meta ressaqt l-ilment dwar il-kont tad-dawl li għandu l-account number 1000022560 Distect code 925, intqal mill-Ministru għall-Ambjent li dan il-kont huwa totalment żbaljat li minn ta' l-inqas fih mijiet ta' liri fi żball, jista' l-Ministru jinfurmani għaliex dan il-kont ta' familja ta' 9 persuni minn Lm919 għall-perjodu ta' bejn is-6 ta' Jannar 1999 u s-17 ta' Mejju 1999 niżel biss b'Lm100 għall-ammont ta' Lm808.78c?
Peress li din il-familja għadha qed tikkontesta dan il-kont inġust għar-raġunijiet loġiċi, jista' l-Ministru jara li verament jitnaqqsu l-mijiet ta' liri kif intqal? Jekk fl-affermattiv, meta?
Response (BONNICI, JOSEF)
Tajjeb jinghad li l-Korporazzjoni ghas-Servizzi ta` l-Ilma ghandha taqsima msejjha `Customer Care` proprju biex tilqa` l-ilmenti tac-cittadini, fosthom dawk dwar kontijiet tad-dawl u ta` l-ilma. Ghaldaqstant ikun apprezzat jekk il-persuni kkoncernati jirreferu l-ilment taghhom lit-taqsima msemmija.