Legislature:
Category:
Reset
Active:
Leg 12 PQ #6486 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei — length of stay medja

Question

Jista' l-Ministru jagħti informazzjoni dwar kemm kienet l-length of stay medja għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei ġimgħa b’ġimgħa, f’Ottubru u Novembru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average length of stay għall-pazjenti ġewwa l-Isptar Mater Dei f’Ottubru u Novembru 2013 huma kif se nsemmi: Xahar 2013 Average Length of Stay (ġranet) Ottubru 4.9 Novembru 5.0 Dawn il-figuri jiġu kkalkulati kull xahar għal- in-patients u jeskludu d- Day Cases u n- Nursery Cots.
Leg 12 PQ #6487 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – bed occupancy

Question

Jista' l-Ministru jgħid kemm kienet il-bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei, ġimgħa b’ġimgħa, bejn f’Ottubru u Novembru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li minn informazzjoni miġbura permezz tal-Hospital Activity Report tal-Patient Administration System tal-Isptar Mater Dei, l-average bed occupancy ġewwa l-Isptar Mater Dei għal Ottubru u Novembru 2013 taħt f’forma ta’ persentaġġ: Xahar 2013 % Average Bed Occupancy for In-patient beds Ottubru 87.1 Novembru 88.5 Dan il-persentaġġ jiġi kkalkulat kull xahar għas-soddod li jintużaw għal- in-patients u jeskludi dawk is-sodod użati esklusivament minn Day Cases u n- Nursery Cots.
Leg 12 PQ #6958 Sitting 108 2014-01-15 Oral · Final From: CHARLÒ BONNICI To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — skema ta' rtirar kmieni

Question

Jista’ l-Ministru jgħid jekk fis-Segretarjat privat tiegħu, fil-Ministeru, dipartiment u l-entitajiet kollha li jaqgħu taħtu hemmx persuni impjegati li bbenefikaw minn skemi ta’ rtirar kmieni jew skemi oħra simili mnedija mill-Air Malta?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat illi ma kien hemm l-ebda persuna li daħlet fil-Ministeru għas-Saħħa jew id-dekasteru li jaqa’ taħtu li nfurmat lill-management li bbenefikat minn skema tal-irtirar kmieni jew skema simili mnedija mill-Air Malta.
Leg 12 PQ #6476 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Mater Dei għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-management accounts tal-Isptar Mater Dei se jiġu ffinaliżżati fl-ewwel ġimgħa ta’ Frar 2014.
Leg 12 PQ #6477 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Monte Karmeli — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Monte Karmeli għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6478 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Karin Grech — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Isptar Karin Grech għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Management Accounts tal-Isptar Karin Grech għax-xahar ta’ Ottubru 2013.
Leg 12 PQ #6479 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Foundation for Medical Services — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-Foundation for Medical Services għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-Management Accounts tal-Fondazzjoni għas-Servizzi Mediċi joħorġu kull tlett xhur (quaterly), għaldaqstant L-Management Accounts sa l-aħħar ta’ Settembru diġa tqedu fuq il-Mejda tal-Kamra f’mistoqsija Parlamentari numru 5745.
Leg 12 PQ #6480 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Central Procurement and Supplies Unit — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tas-Central Procurement and Supplies Unit għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6481 Sitting 107 2014-01-14 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Spiżerija tal-GħażlaTiegħek — management accounts

Question

Jista’ l-Ministru jpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-management accounts tal-operat tal- Ispiżerija tal-GħażlaTiegħek (POYC) għax-xahar ta’ Ottubru 2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-Management Accounts tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek għax-xahar ta’ Ottubru 2013.
Leg 12 PQ #6470 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet ta’ knee u hip replacements — lista ta’ stennija

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kienet il-lista ta’ stennija għal knee replacements u hip replacements sat-30 ta’ Settembru tas-snin 2007-2013, sena b’sena?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-numru ta’ pazjenti fuq il-lista ta’ stennija għal knee replacements u hip replacements fis-snin u x-xhur indikati kien bħal ma jidher fit-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra. F’ nofs is-sena 2009 sar eżerċizzju biex il- waiting lists tal-ortopedija, li qabel kienu jinġabru manwalment, jiġu iċċentralizzati fuq sistema tal-kompjuter. Ta’ min jinnota li l-informazzjoni għas-sena 2007 inġabret skond il-Bupa category u mhux it-tip ta’ operazzjoni u għalhekk ma ġietx inkluża f’din it-tabella.
Leg 12 PQ #6471 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Operazzjonijiet knee u hip replacements

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm saru knee u hip replacements kull sena mis-sena 2008 sal-2013?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li mill-informazzjoni miġbura mis-Surgical Operations Register, MDH in-numru ta’ episodji ta’ operazzjonijiet irregistrati li saru fl-Isptar Mater Dei għall-operazzjonijiet msemmija jidhru fi-tabella li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra.
Leg 12 PQ #6472 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern — ħaddiema

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien il-complement tal-istaff, grad b’grad, fl-isptarijiet tal-Gvern fit-30 ta’ Settembru ta’ kull sena mis-sena 2008 sal-2013? Kemm kienet l-ispiża totali f’termini ta’ paga u allowances fl-istess snin f’kull kategorija?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li l-informazzjoni mitluba għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6473 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Sptarijiet tal-Gvern – nefqa fuq makkinarju ġdid/u maintenance

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa l-ammont totali li nefaq il-Gvern f’termini ta’ makkinarju ġdid/u maintenance fl-isptarijiet governattivi (f’Malta u f’Għawdex), sptar bi sptar, kull sena mis-sena 2004 sal-lum? Kemm minn dan l-ammont tħallas mill-Unjoni Ewropea?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onorevoli Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6474 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Prodotti out-of-stock

Question

Jista’ l-Ministru jagħti lista dettaljata ta’: · mediċini (f’kull forma u/jew doża); · prodotti farmaċewtiċi (f’kull forma u/jew doża); · apparat mediku; u · disposables jew consumables li huma out-of-stock f’kull entità tas-saħħa fid-dekasteru tiegħu kif ukoll fl-ispiżeriji tal-Ispiżerija tal-GħażlaTiegħek (POYC)? X’inhi r-raġuni li huma out-of-stock, kemm ilhom out-of-stock u meta se jerġgħu jkunu għad-dispożizzjoni tas-servizz tas-saħħa u tal-pazjenti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Leg 12 PQ #6475 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: CLAUDIO GRECH To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u ingaġġi

Question

Jista' l-Ministru jagħti l-lista ta’ kuntratti, direct orders, kummissjonijiet u/jew ingaġġi oħra mogħtija mill-Ministeru tiegħu mill-1 ta’ Settembru 2013 sal-lum? Għal kull każ jista’ jagħti: a. id-data meta’ ngħata; b. l-iscope of supply u/jew ix-xogħol u/jew il-provista li jkopri; c. il-valur tiegħu; d. it-termini li fih iridu jsiru x-xogħlijiet; e. il-metodu ta’ proċedura ta’ xiri li ntużat; u f. x’kariga kellu l-uffiċjal pubbliku li awtorizza x-xiri?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninforma lill-Onor. Membru li t-tweġiba għal din il-mistoqsija għadha qed tinġabar u tingħata f’xi seduta oħra.
Leg 12 PQ #6717 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – approvazzjoni ta’ xogħol mid-Dipartiment tal-Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid kemm kien l-ammont ta’ xogħol li ġie invoiced mill-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-2012 lill-Isptar Mater Dei u kemm minn dan l-ammont ġie approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-ammont ta’ xogħol li ġie invoiced mill-kumpanija msemmija fl-2012 lill-Isptar Mater Dei kien ta’ € 5,807,601 u l-ammont li ġie approvat mid-Dipartiment tal-Kuntratti kien ta’ € 5,987,800.
Leg 12 PQ #6718 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: DAVID AGIUS To: Ministeru għas-Saħħa

Sptar Mater Dei – approvazzjoni ta’ xogħol mid-Dipartiment tal-Kuntratti

Question

Jista’ l-Ministru jgħid x’inhi n-natura tax-xogħol tal-kumpanija li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament fl-Isptar Mater Dei u kemm kien l-ammont ta’ xogħol li ġie invoiced mill-kumpanija fl-2012? Kemm minn dan l-ammont ġie approvat mid-Dipartiment tal-Kuntrattti?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li n-natura tax-xogħol tal-kumpanija msemmija hija ta’ tiswija, manutenzjoni preventiv u xogħlijiet kunsidrati zgħar skont l-esiġenzi tal-isptar fuq sistemi mekkaniċi, eletriċi, bini u għamara u dak kollu relatat magħhom. L-ammont invoiced fuq dan il-kuntratt kienet ta’ € 2.166 miljun u kien kollu kopert bl-appravazjoni mid-Dipartiment tal-Kuntratti.
Leg 12 PQ #6764 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: SILVIO PARNIS To: Ministeru għas-Saħħa

Appuntament mas-CDAU – każ ta’ persuna

Question

Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 5992 li oriġinarjament saret lill-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol u issa ġiet riferuta lilu u jara l-każ ta’ persuna li d-dettalji dwarha qed jingħataw separatament peress li qed tistenna appuntament mas-CDAU?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li dan il-każ qed jiġi segwid mid-Dipartiment tal-Costemer Care.
Leg 12 PQ #6854 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: MARIO DE MARCO To: Ministeru għas-Saħħa

Ministeru għas-Saħħa — xiri jew kiri ta’ opri ta’ arti

Question

Jista’ l-Ministru jagħti rendikont tal-opri ta’ arti li nxtraw jew inkrew mill-Ministeru, dipartimenti, entitajiet u aġenziji li jaqgħu taħtu wara d-9 ta’ Marzu 2013? Jista’ jgħid f’kull każ fuq il-parir ta’ min saret l-għażla?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li ma nxtraw jew inkrew l-ebda opri tal-arti mill-Ministeru u aġenziji wara d-9 ta’ Marzu 2013.
Leg 12 PQ #6876 Sitting 106 2014-01-13 Oral · Final From: MARIO GALEA To: Ministeru għas-Saħħa

Resource Food Thickener — Mediċina Out of Stock

Question

Jista' l-ministru jara li l-prodott Resource Food Thickener li kif jaf hu prodott ferm importanti għall-persuni li għandhom problema biex jibilgħu, jkunu available fl-isptarijiet peress li infurmat li dan reġa' jinsab out of stock?

Response (FARRUGIA, GODFREY)

Ninsab infurmat li l-prodott ‘Thickening agent’ kien disponnibli f’ammonti żgħar fl-aħħar ta’ Diċembru wara nuqqas fis-settur privat u internazzjonalment. Infurmat ukoll li fl-isptarijiet tqassam ‘stock’ fl-10 ta’ Jannar stess minħabba li l-aġent wasalu Malta fid-9 ta' Jannar 2014.