B’referenza għall-mistoqsijiet parlamentari 2489 u 2490 dwar foot u car patrols rispettivament, jista’ l-Ministru jikkonferma li qed isiru car u foot patrols regolari fi Triq Ġużeppi Cali, Ta’ Xbiex, peress li r-residenti ta’ din it-triq qegħdin jinnegaw dan u jgħidu li mhumiex qed isiru dawn il-patrols?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li t-tweġibiet li jien kont tajt għall-mistoqsijiet parlamentari 2489 u 2490, għadhom jgħoddu.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ġew ripatrijati immigranti irregolari? Jista' jagħti breakdown sena b'sena u b'pajjiż pajjiż għal dawn l-aħħar ħames snin?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm passaporti diplomatiċi Maltin validi bħalissa? Kemm inħarġu sena b'sena matul l-aħħar Leġiżlatura?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li n-numru ta’ passaporti diplomatiċi Maltin validi bħalissa hu ta’ 432, li minnhom 383 inħarġu matul laħħar leġiżlatura u għadhom validi u 49 ħarġu bejn il-09 ta' Marzu 2013 u l-24 ta' Ġunju 2013.
In-numru ta' passaporti diplomatiċi li nħarġu, sena b'sena, matul il-perijodu ndikat mill-Onor. Membru, kien dan:
- Bejn il-08 ta' Marzu 2008 u l-31 ta Diċembru 2008 ħarġu 52 il-passaport diplomatiku, li minnhom 11 ma għadhomx validi
- Bejn l-1 ta' Jannar 2009 u l-31 ta' Diċembru 2009 ħarġu 104 passaport diplomatiku, li minnhom 13 ma għadhomx validi
- Bejn l-1 ta' Jannar 2010 u l-31 ta' Diċembru 2010 ħarġu 82 passaport diplomatiku, li minnhom 8 ma għadhomx validi
- Bejn l-1 ta' Jannar 2011 u l-31 ta' Diċembru 2011 ħarġu 76 passaport diplomatiku, li minnhom 4 ma għadhomx validi
- Bejn l-1 ta' Jannar 2012 u l-31 ta' Diċembru 2012 ħarġu 94 passaport diplomatiku
- Bejn l-1 ta' Jannar 2013 u t-8 ta' Marzu 2013ħarġu 11 passaport diplomatiku
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – konsulenzi mill-2004
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenzi mill-2004 sal-lum mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħu? Jista’ jgħid jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta tingħata f’seduta oħra.
Jista’ l-Ministru jgħid jekk fid-dawl ta’ bosta lmenti mir-residenti tas-Swieqi minħabba nuqqas ta’ sigurtà, hemmx xi pjan sabiex il-foot patrol u l-car patrols jiżdiedu u jsiru aktar effettivi speċjalment fix-xhur tas-sajf?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li diġà qed issir ronda b’mod regolari kemm mill-Pulizija tad-Distrett, kif ukoll dawk tal-Mobile Squad, però huwa maħsub li is-sorveljanza tal-Pulizija f’din il-lokalità tkompli tissaħħaħ ankè permezz ta’ CCTV.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — Servizzi klerikali minn kuntratturi
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm hemm kuntratti bejn 1 Jannar 2012 u 8 Marzu 2013 maħruġa mid-dipartimenti u entitajiet fid-dekasteru tiegħu għall-servizzi klerikali minn kuntratturi li jissupplixxu skrivana li jagħtu xogħol f’dawn l-entitajiet tal-Gvern? Kemm minnhom jitolbu li l-kuntratturi jħallsu l-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u jekk le, xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema? X’inhi r-rata kull siegħa li titħallas lill-kuntrattur?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor. Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
L-Uffiċċju tal-Passaporti jingaġġa s-servizzi ta’ Simple Co Ltd. Ir-rata li biha jitħallas il-kuntrattur hija ta €11.65 fis-siegħa mingħajr VAT. Qatt ma saret talba lill-kuntrattur dwar jekk iħallasx il-minimu ta’ skala 16 tas-servizz pubbliku (ekwivalenti ta’ Skrivan) u ma huwiex magħruf xi ħlas qegħdin jieħdu l-ħaddiema
L-iskrivani li ġew ingaġġati mid-Dipartiment taċ-Ċittadinanza u tal-Expatriates ġejjin minn żewġ kumpaniji li huma MISCO u Secretarial Services Ltd. Hemm kuntratt iffirmat ma’ MISCO mentri m’hemmx kuntratt ma’ Secretarial Services Ltd. Il-kuntratt imsemmi jistipula rata ta’ €8.90 fis-siegħa eskluż il-VAT mentri ir-rata li titħallas lill-iskrivani tas-Secretarial Services Ltd hija dik ta’ €8.00 fis-siegħa eskluż il-VAT. Dawn iż-żewġ rati huma ogħla mir-rata ta l-iskala 16.
Nil return:
AWAS, PBS, MSS, Probation and Parole, Broadcasting Authority, CVU, Public Registry, Land Registry, IDMO, CPD, AFM, CCF, Detention Services, Schengen Unit, Defence Matters, Aviation Security, Police, MHAS.
Jista’ l-Ministru jgħid kemm huwa n-numru totali ta’ nies miżmuma fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin u li qegħdin iservu sentenza ta’ ħabs? Kemm hemm minnhom li kienu sentenzjati għal għomorhom u li b’hekk mistennija jibqgħu l-ħabs sal-mewt? Dawn huma kollha Maltin? Jista’ jgħid kemm hemm nies miżmuma l-ħabs li mhumiex sentenzjati? Kemm minn dawn huma barranin u ta’ liema nazzjonalità?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli interpellant li n-numru totali ta’ priġunieri sal -21 ta’ Mejju 2013 kien 610 minn dawn kien hemm 476 priġunier sentenzjat u 134 b’arrest preventiv.
Il-priġunieri sentenzjati għal għomorhom hu 12 li minnhom 10 huma Maltin u żewġ Tuneżini.
Il -priġunieri arrestati skont in-nazzjonalità huma kif ġej:
Nazzjonalità
Total
Stati Uniti
1
Gran Brittanja
2
Bulgarija
2
Kolombja
7
Repubblikia Domenikana
1
Olanda
1
Eġittu
10
Etjopja
1
Ġermanja
3
Guinea
2
Ungerija
1
Italja
4
Kosta tal-Avorju
2
Liberja
2
Libja
4
Lithuania
1
Mali
2
Morokk
1
Niġer
2
Niġerja
7
Palestina
1
Panama
2
Polonja
4
Portugal
3
Romanja
5
Slovakja
1
Somalja
8
Spanja
2
Sirja
1
Tuneżija
1
Total
84
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjoanli — konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mis-sena 2000 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ingħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza lis-Sur David Spiteri Gingell.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali – kuntratti ta’ security guards
Question
Jista’ l-Ministru jwieġeb mistoqsija parlamentari 1706 u jinforma lill-Kamra bil-lista ta’ kuntratti ta’ servizzi ta’ sigurtà (security guards/officers) li huma in vigore fil-Ministeru u l-entitajiet li huwa responsabbli minnhom u li r-rata komputata fis-siegħa hija ta’ anqas minn €5.66 eskluża l-VAT?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Kuntratt
Kuntrattur
Tmiem tal-Kuntratt
Rata komputat fis-siegħa
AWAS
CT 2162/2011 *
KSS Ltd
23/09/013
€5.10 (excl. VAT)
Broadcasting Authority
**
Kavallier Security Service
01/08/2011-31/07/2014
€4.95 (excl. VAT ) li hija suġġetta għaż-żieda tal-għoli tal-ħajja.
PBS
Tender PBS 17/2012 ***
Executive Security Services Ltd
05/12/2012 – 06/12/2013
€4.92 (excl. VAT)
*Another Security Tender to follow the above mentioned with a proposed hourly rate of €6.00 (excl. VAT) is being vetted by the department of Contracts.
** Bħala informazzjoni addizjonali, qed ninkludi parti minn kalwsola li hemm fil-kuntratt iffimat mal-kumpanija:
Il-kuntratt relattiv jinkludi klawsola li fost l-oħrajn tispeċifika li:
“ that the company is aware and fully understands the requirements and obligations provided for in the relative employment and will at all time during the period of the contract be fully compliant with the said laws rules and regulations. The company further declares that if it fails to adhere to its obligations as spelled out ..., the contract is terminated ipso facto... .”
***Kuntratt jiġġedded sena b’sena.
Jista’ l-Ministru jgħid x’arranġament hemm viġenti għall-għoti ta’ mediċini, kemm bil-karta roża u kemm mod ieħor, lill-membri tal-Forzi Armati u lill-familjari tagħhom?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li skond Regolament 58 tan-Nomini u l-Kondizzjonijiet tas-Servizz tal-Forza Regolari tal-Forzi Armati ta’ Malta, uffiċċjali u r-rġiel tal –Forza “ikollhom dritt għal dawk il-faċilitajiet ta’ tobba u dentisti kif il-Ministru jista’ minn żmien għal żmien jistabbilixxi”.
Ninsab infurmat li l-uffiċċjali u s-suldati tal-Forzi Armati huma kollha ntitolati għall-mediċini b’xejn applikabbli għad-detenturi tal-karta r-roża. Normalment l-uffiċċjali u s-suldati jiġbru l-mediċini li jeħtieġu mill-klinika tal-Forzi Armati ġewwa Luqa Barracks. F’każ li xi mediċina jkollha bżonn tinxtara fi tmiem il-ġimgħa jew f’jum ta’ festa jew għax ma tkunx disponibbli l-individwu jiġi rimborzat kontra l-irċevuta u r-riċetta tat-tabib.
Faċilità Korrettiva ta' Kordin — Priġunieri li qed jagħmlu studju akkademiku
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm hemm persuni li qed jinżammu fil-Faċilità Korrettiva ta' Kordin u qed jagħmlu xi forma ta' studju akkademiku? Jista' jgħid ukoll f'liema suġġetti u f'liema livelli? Jekk ikollhom bżonn jagħmlu riċerka għall-istudju tagħhom, din kif issir?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Peress li l-istaġun tal-futbol wasal biex jintemm, jista' l-Ministru jgħid kemm kien hemm nies li tressqu l-Qorti fuq ksur tal-liġi fl-Istadium Nazzjonali, fil-Victor Tedesco Stadium, fil-grawnd tal-Hibernians f'Kordin, fis-Centenary Stadium u fil-Gozo Stadium?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li matul l-ewwel ħames xhur ta’ din is-sena, il-Pulizija ressqet quddiem il-Qorti 18-il persuna fuq akkużi ta’ reati fil-grawnds tal-futbol, kif ġej:
Stadium Nazzjonali
6
Victor Tedesco Stadium
3
grawnd tal-Hibernians f'Kordin
4
Centenary Stadium
2
Gozo Stadium
3
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — kuntratti
Question
Jista' l-Ministru jgħid jekk il-kumpaniji, li d-dettalji tagħhom qed jingħataw separatament, għandhomx kuntratti mal-Ministeru, inkluż entitajiet kollha li jaqgħu taħtu? Jekk iva, jista' jgħid x'tip ta' kuntratti għandhom? Jista' jgħid meta daħal fis-seħħ dan il-kuntratt u sakemm se jibqa' fis-seħħ? Jista' jgħid kemm huwa l-valur ta' kull kuntratt?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Kumpanija
Tip ta’ Kuntratt
Daħal fis-seħħ
Jiskadi
Valur
Public Registry & Passports and Civil Registration
Security Service Malta
Trasport ta’ Passaporti u Servizz ta’ Gwardjani
01/04/2011
31/03/2014
€95,155
Security Service Malta
Cash Van
01/04/2011
31/03/2014
€9,751
Nil reply:
Schengen Unit, Permanent Commission Against Corruption, Malta Arbitration Centre, Public Broadcasting Services, Defence Matters, Broadcasting Authoriy, Malta Security Service, Notary to Government, Citizenship and Expatriate Affairs, Central Visa Unit, Lands Registry, Identity Management Office, Ministry for Home Affairs and National Security, Armed Forces of Malta, Probation and Parole, Civil Protection Department, Corradino Correctional Facility, Agency for the Welfare of Asylum Seekers, Attorney General, Aviation Security, OCIO, Central Visa Unit, Police Department.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjoanli — konsulenza
Question
Jista’ l-Ministru jgħid kemm ingħata xogħol ta’ konsulenza mill-Ministeru tiegħu jew dipartimenti, entitajiet, aġenziji u awtoritajiet li jaqgħu fid-dekasteru tiegħu lill-individwu li ismu qed jintbagħat separatament, mill-1999 sal-lum? Jista’ jgħid dwar xiex kien dan ix-xogħol, jekk dan ix-xogħol ingħatax b’direct order jew b’tender u kemm kienet l-ispiża f’kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li ma ngħata l-ebda xogħol ta’ konsulenza lil Dr Peter Caruana Galizia mill-1999 sal-lum.
Ministeru għall-Intern u Sigurtà Nazzjonali — Spejjeż għar-rinnovazzjoni tal-Ministeru
Question
Jista’ l-Ministru jagħti breakdown ta' kemm intefqu mill-fondi pubbliċi biex isir rinovar fil-Ministeru tiegħu minn Marzu 2013 ’l hawn? Jista’ fil-breakdown jinkludi l-uffiċċju tiegħu, kif ukoll tal-istaff tiegħu u konsulenti rispettivi. Jista’ fis-somma jinkludi l-ispejjeż fuq l-għamara kollha tal-uffiċċji, kompjuters u n-nefqa biex dawn jitwaħħlu mas-sistemi neċessarji kif ukoll l-ispiża fuq stationery? Jista’ għal kull item/servizz jgħid kif dan ġie mixtri/inġaġġat, jekk hux permezz ta’ direct order, quotations jew tender?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li kif dħalna fil-Ministeru ma nstabet l-ebda għamara,l-ebda computer u l-ebda tip ta’ stationary. L-ispiża hija annessa:
S
pejjeż li ntefqu minn Marzu ‘l hawn għall-Ministeru għall-Intern u Sigurt
à Nazzjonali
€
Għamara 27,832.50
Kompjuters 10,082.25
Stationery
5,069.22
42,983.97
L-għamara u l-
stationery
ġew mixtrija minn ħwienet diversi. Għaldaqstant it-
treshold
skond il-
Public Procurement Regulations
ma nqabiżx u għalhekk ma kienx jeħtieġ approval għall-
direct order.
In-nefqa għall-komputers, li huma mikrija, tirrapreżenta l-ispiża inizzjali mħallsa għal din is-sena.
Dan il-kiri sar permezz ta'
tender
maħruġa mill-MITA għall-użu tad-Dipartimenti kollha u li kienetintrebħet minn żewġ kumpaniji differenti.
Jista’ l-Ministru jinforma lill-Kamra kemm irċieva lmenti TVM minn Marzu ̕ l hawn, dwar xiex kienu dawn l-ilmenti, min għamilhom, u jekk ingħatatx xi forma ta’ rimedju?
Response (MALLIA, EMANUEL)
B’referenza għall-mistoqsija ninforma lill-Onorevoli Interpellant li minn Marzu sat-8 ta’ Mejju ma nġabret l-ebda informazzjoni. Mit-8 ta’ Mejju l’hawn kien hemm għaxar ilmenti li minnhom id-direzzjoni tal-istazzjon aċċettat li tagħti dritt ta’ risposta f’TVPM u dritt ta’ rimedju fl-aħbarijiet tal-11pm.
L-ilmenti kienu dawn:
1. Talba għar-rimedju minn Dr Natalino Fenech għall-kummenti li għamel is-Sur Saviour Balzan fil-programm ta’ TVAM. Id-dritt tar-risposta ngħata skond il-liġi.
2. Talba għar-rimedju mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista s-Sur Gino Cauchi li ried jidħol bit-telefon biex iwieġeb kliem li intqal fil-konfront tiegħu mis-Segretarju Ġenererali tal-PN. It-talba ma intlaqgħetx bis-Sur Cauchi jintalab jagħmel talba formali skont il-liġi biex tkun kunsidrata.
3. Talba tal-PN għar-rimedju fl-aħbarijiet tal-11pm dwar rappurtaġġ f’kawża ta’ libell tal-Onor Tonio Fenech li intlaqgħet.
4. Ilment mill-Assoċjazzjoni tad-Dentisti dwar intervent fil-programm TVPM tal-20 ta’ Mejju dwar informazzjoni li ngħatat dwar proċedura ta’
dental amalgam restorations
. Il-PBS laqat it-talba għad-dritt ta’ risposta.
5. Ilment tal-PN fit-28 ta’ Mejju b’allegazzjoni ta’ rappurtaġġ selettiv mill-parlament. L-alleggazzjoni ġiet mċaħħda u mwieġba mill-PBS mingħajr ħtieġa ta’ rimedju.
6. Ilment u talba għar-rimedju mill-PN fl-4 ta’ Ġunju għall-intervista mal-kap tal-komunikazzjoni tal-gvern għall-intervista f’TVAM. Il-PBS spjega fit-tweġiba għaliex ma kienx hemm lok ghar-rimedju.
7. Ilment tal-PN dwar diversi punti fl-aħbarijiet li sar mill-PN fl-4 ta’ Ġunju li wkoll ma kienx hemm bażi biex jintlaqa kif ġie spjegat fit-tweġiba tal-PBS lil PN.
8. Ilment tal-PN fit-12 ta’ Ġunju dwar l-aħbarijiet dwar kolleggamenti diretti fl-aħbarijiet li ma intlaqax bir-raġunijiet spjegati bl-ittra tat-tweġiba mill-PBS lil PN.
9. Ilment tal-PN dwar l-aħbarijiet tas-17 ta’ Ġunju dwar il-Kumpanija
China Communications Construction Company
. Il-PBS wieġbet li mxiet b’konsistenza mal-proċeduri stabbiliti.
10. Ilment tal-PN rigward il-messaġġ tal-Prim Ministru fis-17 ta’ Gunju 2013. Il-PBS wiegbet li ma tarax li fl-intier tiegħu l-messaġġ tal-Prim Ministru lin-Nazzjon jimmerita dritt ta’ risposta kif titlob il-liġi.
Jista' l-Ministru jindika kemm hu l-persentaġġ ta' trabi li twieldu f'pajjiżna f'dawn l-aħħar ħames snin li għandhom imniżżel fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom unknown father?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onor Interpellant lil-persentaġġ ta' trabi li twieldu f'pajjiżna u ġew reġistrati fir-Reġistru Pubbliku f'dawn l-aħħar ħames snin li għandhom imniżżel fuq iċ-ċertifikat tat-twelid tagħhom unknown father huwa ta’ 7%.
Jista’ l-Ministru jgħid mill-ewwel tas-sena sal-lum kemm ġew salvati immigranti minn fuq il-baħar? X’inhi n-nazzjonalità ta' dawn l-immigranti? Sa issa kemm minn dawn l-immigranti talbu li jingħataw l-istatus ta' refuġjat? Kien hemm talbiet li ġew milqugħa jew rifjutati, u jekk iva, kemm f' kull każ?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li r-risposta hija kif ġejja:
Din hija t-tabella aġġornata sal-20 ta’ Ġunju 2013:
2013
Jan
Feb
Mar
Apr
May
Jun
Total
Algeria
-
-
1
-
-
-
1
Morocco
-
-
6
-
-
-
6
Somalia
-
-
82
84
83
23
272
Syria
-
-
13
-
-
18
31
-
-
102
84
83
41
310
Mill-ewwel tas-sena sal-20 ta’ Ġunju kien hemm 272 persuna mis-Somalia li ġew salvati minn fuq il-baħar.
Ministeru għall-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali — spiża fuq IT
Question
Jista' l-Ministru jgħid kemm inxtraw jew inkrew computers/laptops/mobile devices għall-impjegati tas-Segretarjat tal-Ministru? Meta nxtraw u kemm hu l-valur li nxtraw bih? Kemm inkrew, jekk inkrew u kemm hi l-kirja? Kemm kienet l-ispiża inizjali? Hemm spiża rikorrenti u kemm hi?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Qed inpoġġi fuq il-Mejda tal-Kamra l-informazzjoni mitluba.
Il-Qawra – rapporti ta’ sewqan b’veloċità għolja u storbju żejjed
Question
Jista’ l-Ministru jagħti tagħrif dwar kemm-il rapport kien hemm fl-għassa tal-Qawra dwar sewqan b’veloċità għolja jew storbju żejjed fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar, kull xahar, matul l-aħħar 12-il xahar?
Response (MALLIA, EMANUEL)
Ninforma lill-Onorevoli Interpellant li mir-rekords disponibbli, jirriżulta li bejn Gunju tas-sena l-oħra sal-lum, il-pulizija kellha erba rapporti dwar sewqan eċċessiv fil-bypass ta’ San Pawl il-Baħar. Dawn kollha kienu mill-istess persuna u saru wieħed f’Jannar, ieħor fi-Frar, ieħor f’April u ieħor f’Mejju ta’ din is-sena.